21982A0728(01)



Official Journal L 219 , 28/07/1982 P. 0053 - 0055
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 10 P. 0124
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 10 P. 0124
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 26 P. 0007
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 26 P. 0007


Il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni

bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja dwar il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-kummerċ ta’ manjoka

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

min-naħa waħda,

IL-GVERN TAR-RENJU TAT-TAJLANDJA,

min-naħa l-oħra,

WAQT LI JIRRIKONOXXU d-dipendenza ta’ l-ekonomija tat-Tajlandja dwar il-produzzjoni ta’ manjoka u l-esportazzjoni tagħha lejn il-Komunità u l-problemi fis-suq Komunitarju li jirriżultaw mill-importazzjonijiet jiżdiedu ta’ manjoka,

WAQT LI HUMA KONXJI li l-produzzjoni ta’ manjoka fit-Tajlandja hija kkonċentrata fiż-żoni l-iktar foqra u politikament sensittivi,

B’KONT MEĦUD tal-miri ta’ żvilupp agrikolu u diversifikazzjoni ta’ l-uċuh fit-Tajlandja u l-interess komuni ta’ l-istabilizzar ta’ swieq tal-manjoka fit-Tajlandja u fil-Komunità,

WAQT LI JAFFERMAW li huma lesti jikkooperaw fuq kwistjonijiet li jikkonċernaw il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-kummerċ ta’ manjoka abbażi ta’ benefiċċju reċiproku,

KONXJI li din il-kooperazzjoni għandha tiġi realizzata b’mod progressiv u pragmatiku,

IDDEĊIDEW li jikkonkludu Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-kummerċ ta’ manjoka u għal dan l-iskop innominaw bħala l-pjenipotenzjarji tagħhom:

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ:

IL-GVERN TAR-RENJU TAT-TAJLANDJA:

LI, wara li skambjaw il Pjeni Poteri tagħhom, li nstabu li kienu f’forma tajba u dovuta,

FTEHMU KIF ĠEJ:

L-Artikolu 1

B’kont meħud tal-miri ta’ l-iżvilupp agrikolu u d-diversifikazzjoni ta’ l-uċuħ fit-Tajlandja u ta’ l-istabbilizzar tas-swieq ta’ manjoka fit-Tajlandja u fil-Komunità, it-Tajlandja tieħu fuqha li tamministra l-esportazzjonijiet tagħha ta’ manjoka taħt is-subintestatura 07.06 A tat-Tariffa Doganali Komuni lill-Komunità tul il-perjodu ta’ ħames snin mill-1982 sa l-1986, maqsuma b’tali mod li jassiguraw li dawn l-esportazzjonijiet ma jeċċedux il-kwantitajiet miftiehma bejn it-Tajlandja u l-Komunità.

Għas-sena 1982 il-kwantità ta’ esportazzjoni għandha tkun ta’ ħames miljun tunnellata.

Fażi I

Għas-snin 1983 u 1984, kwantitajiet ta’ esportazzjoni għandhom ikunu:

(a) 5,0 miljun tunnellata kull sena;

u

(b) kwantità addizzjonali ta’ mhux iktar minn 10 % tal-kwantità annwali msemmija fis-subparagrafu (a) li għandhom jitħallew għal dawn il-perjodu ta’ sentejn u li jistgħu jiġu utilizzati kompletament, jew kollha f’sena waħda jew parzjalment fis-sentejn, sabiex tiġi akkomodata l-fluttwazzjoni tas-soltu fil-produzzjoni ta’ komoditajiet primarji u sabiex tiġi ffaċilitata l-istabilizzazzjoni ta’ swieq tal-manjoka fit-Tajlandja u fil-Komunità.

Fażi II

Għas-snin 1985 u 1986 il-kwantitajiet ta’ esportazzjoni għandhom ikunu:

(a) 4,5 miljun tunnellata fis-sena;

u

(b) kwantità addizzjonali ta’ mhux aktar minn 10 % tal-kwantità annwali msemmija fis-subparagrafu (a) li għandha titħallas għal dan il-perjodu ta’ sentejn u li tista’ tiġi utilizzata kompletament, jew kollha f’darba jew parzjalment fis-sentejn, sabiex tiġi akkomodata il-fluttwazzjoni tas-soltu fil-produzzjoni ta’ komoditajiet primarji u sabiex tiġi ffaċilitata l-istabilizzazzjoni ta’ swieq tal-manjoka fit-Tajlandja u fil-Komunità.

Huwa mifhum li l-kwantitajiet imsemmija f’dan l-Artikolu m’għandhomx ikopru kwantitajiet intransitu jew ri-esportati lejn destinazzjonijiet barra l-Komunità, jew dawk soġġett għal arranġamenti ta’ pproċessar intern.

L-Artikolu 2

Jekk diffikultajiet serji addizzjonali ta’ bilanċ ta’ pagamenti dovuti għall-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ manjoka, jew diffikultajiet maġġuri fir-reġjuni sensittivi ta’ produzzjoni ta’ manjoka jirriżultaw fit-Tajlandja, jew jekk diffikultajiet serji jirriżultaw fis-swieq Komunitarji għal prodotti agrikoli, iż-żewġ partijiet għandhom jidħlu f’konsultazzjoni bl-iskop li jistabilixxu jekk dawn id-diffikultajiet jeżistux u, jekk neċessarju, għandhom jiftiehmu dwar miżuri approprjati li għandhom jiġu applikati għat-tul ta’ dawn id-diffikultajiet.

L-Artikolu 3

Il-Komunità tieħu fuqha li tillimita l-imposta applikabbli għal importazzjonijiet ta’ manjoka koperti bi-Ftehim sa ammont massimu ta’ 6 % ad valorem u sabiex tassigura li t-Tajlandja tgawdi trattament MFN fir-rigward tar-rata ta’ l-imposta. Għal kwantitajiet miftiehma, il-kondizzjonijiet l-oħra ta’ importazzjoni għandhom ikunu dawk eżistenti taħt ir-rabta preċedenti tal-GATT.

L-Artikolu 4

B’kont meħud tad-drittijiet u l-obbligi internazzjonali tagħha, il-Komunità għandha tieħu miżuri approprjati sabiex tassigura li l-pożizzjoni tat-Tajlandja dwar is-suq Komunitarju tal-manjoka tul il-perjodu kopert bil-Ftehim ma jkunx megħlub b’mod sinifikattiv b’żieda sostanzjali fil-kwantitajiet ta’ manjoka importati minn pajjiżi oħra. F’dan il-kuntest il-Komunità tiftakar ukoll fl-importanza ta’ prodotti karboidrati li jistgħu jikkompetu direttament mal-manjoka.

L-Artikolu 5

It-Tajlandja għandha tassigura li l-kwantitajiet koperti b’dan il-Ftehim ma jeċċedux il-limiti speċifikati hemmhekk billi jassiguraw li ċertifikati ta’ l-esportazzjoni ma joħorġux għal kwalunkwe ammont lil hinn minn dawn il-limiti.

Min-naħa tagħha, il-Komunità għandha tieħu fuqha li tadotta d-dispożizzjonijiet kollha neċessarji biex toħroġ liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-prodotti msemmija fuq li joriġinaw fit-Tajlandja, soġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ l-esportazzjoni, maħruġ mill-awtorità kompetenti nnominata mill-Gvern tat-Tajlandja. Il-liċenzja ta’ l-importazzjoni għandha tinhareġ fi żmien sebat ijiet minn din il-preżentazzjoni.

Id-data ta’ ħruġ ta’ ċertifikati ta’ l-esportazzjoni għandha tiddetermina s-sena li għaliha l-kwantitajiet mibgħuta bil-baħar għandhom jiġu attribwiti.

L-awtoritajiet komptenti taż-żewġ partijiet għandhom perjodikament jiskambjaw informazzjoni neċessarja għall-verifika tal-kwantitajiet attwali esportati u importati sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim.

L-Artikolu 6

Il-Komunità għandha tagħmel l-aħjar li tista’ sabiex tipprovdi assistenza għal proġetti mmirati lejn l-iżvilupp rurali u d-diversifikazzjoni ta’ l-uċuh fit-Tajlandja, u partikolarment fir-reġjuni l-iktar foqra tal-produzzjoni ta’ cassava tal-pajjiż. Għandu jkun mifhum li proġetti taħt id-diversifikazzjoni ta’ l-uċuh għandhom ukoll jinkludu proġetti ta’ riċerka dwar it-tqegħid fis-suq ta’ uċuħ diversifikati kif ukoll dwar l-utilizzazzjoni tal-manjoka.

Waqt li tipprovdi din l-assitenza, il-Komunità għandha, barra mir-riżorsi finanzjarji proprji tagħha, tfittex il-kooperazzjoni ta’ donaturi bilaterali u multilaterali, inklużi, b’mod partikolari, l-Istati Membri tal-Komunità.

Il-Komunità għandha wkoll tikkunsidra mezzi ta’ promozzjoni tar-realizzazzjoni ta’ proġetti reċiprokament vantaġġużi li jirrelataw għad-diversifikazzjoni ta’ produzzjoni agrikola.

L-Artikolu 7

Meta l-funzjonament tajjeb ta’ dan il-Ftehim jeħtieġ hekk għandu jkun hemm laqgħat f’livell ministerjali bejn il-Gvern tar-Renju tat-Tajlandja u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.

Grupp konġunt permanenti ta’ xogħol għandu jiġi stabbilit, u jkun kompost minn rappreżentanti tal-Komunità u tat-Tajlandja.

Il-grupp għandu jassigura li il-Ftehim qiegħed jiġi appikat sewwa u qiegħed jiffunzjona ħarir. Għandu jirrevedi regolarment il-prgress ta’ żvilupp rurali u ta’ diversifikazzjoni ta’ uċuħ fit-Tajlandja kif ukoll ix-xejriet ta’ produzzjoni, kummerċ u konsum ta’ manjoka fit-Tajlandja, fil-Komunità u fid-dinja, u żviluppi tas-suq ta’ prodotti ta’ karboidrati direttament kompetittivi mal-manjoka.

Il-grupp għandu jiddiskuti kwalunkwe kwistjoni li tirrelata għall-applikazzjoni tal-Ftehim li tista’ tigi proposta minn kwalunkwe Parti u għandu jirrakkomanda soluzzjonijiet approprjati lill-awtoritajiet kompetenti.

Laqgħat tal-grupp għandhom jinżammu kull meta neċessarju, u fi kwalunkwe każ mill-inqas darba fis-sena, f’ħin u f’post li għandhom jiġu miftiehma.

L-Artikolu 8

Dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorji li fihom it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea huwa applikat u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat imsemmi, min-naħa waħda u fit-territorji tar-Renju tat-Tajlandja, min-naħa l-oħra.

L-Artikolu 9

Il-Ftehim huwa konkluż għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 1982 sal-31 ta’ Diċembru 1986.

Għandu jkompli għal perjodu sussegwenti ta’ tlett snin ibbażati fuq il-kwantitajiet stabbiliti għall-1985 u l-1986 jekk ma jiġix denunzjat minn kwalunkwe parti mill-inqas sena qabel l-iskadenza tal-perjodu inizjali ta’ ħames snin jew ta’ kwalunkwe perjodu sussegwenti ta’ tliet snin.

Madankollu, qabel ma tinnotifika d-denunzja tal-Ftehim, kwalunkwe parti għandha tidħol f’konsultazzjoni mal-parti l-oħra sabiex tfittex soluzzjonijiet jew tiftiehem fuq emendi, li kienu jagħmluha possibbli li jkomplu bil-Ftehim.

L-Artikolu 10

Dan il-Ftehim huwa mfassal f’żewġ kopji bil-lingwi Daniż, Olandiż, Ingliż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Taj u Taljan, u kull test huwa ugwalment awtentiku.

--------------------------------------------------