21982A0607(01)



Official Journal L 300 , 28/10/1982 P. 0023 - 0024
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 10 P. 0145
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 10 P. 0145
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 16 P. 0024
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 16 P. 0024


Ftehim ta' koperazzjoni

bejn il-Kunsill ta' l-Unità Ekonomika Għarbija (CAEU) u l-Komunitajiet Ewropej

(82/726/KEFA, KEE, Euratom)

IL-KUNSILL TA' L-UNITÀ EKONOMIKA GĦARBIJA

(hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ il-Kunsill) rapprezentat mis-Segretarju Ġenerali tiegħu,

u

IL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

rappreżentati mill-President tal-Kummissjoni tagħhom,

KONXJI mill-ħtieġa ta' parteċipazzjoni effettiva u pożittiva fl-iżvilupp u t-titjib tar-relazzjonijiet bejn l-organizzazzjonijiet li għandhom il-kompetenza fil-kamp ta' l-iżvilupp ekonomiku,

XEWAQNA li jagħmlu kull sforz biex jikkordinaw l-attivitajiet tagħhom biex iservu l-interessi komuni taż-żewġ partijiet,

FTEHMU DWAR DAN LI ĠEJ:

Artikolu I

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-Komunitajiet Ewropej għandhom jipprovdu lill-xulxin b'dawk l-istudji, dokumenti u tagħrif hekk kif inhuma disponibbli għat-tqassim fil-qafas tal-koperazzjoni tagħhom dwar kwistjonijiet ta' interess komuni.

Artikolu II

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandhom jibgħatu esperti, f'intervalli xierqa, biex jipprovdu t-teknika u l-esperjenza tagħhom, u biex jieħdu sehem f'seminars ta' interess komuni biex jaqsmu l-benefiċċji ta' l-esperjenza rispettiva tagħhom fil-kamp prattiku.

Artikolu III

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandhom jistiednu lill-xulxin biex jattendu laqgħat li jistgħu jkunu ta' interess speċjali.

Artikolu IV

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandhom iżommu lill-xulxin infurmati bi programmi kontinwi u ppjanati dwar kwistjonijiet ta' interess komuni.

Artikolu V

Dan il-Ftehim huwa validu għal ħames snin mid-data tal-firma, u għandu jiġġedded awtomatikament għall-perijodu simili ta' żmien, sakemm xi wieħed mill-Partijiet ma jesprimix, b'avviż bil-mitub, id-deċiżjoni tiegħu li jitterminah sitt xhur qabel ma jiskadi.

Artikolu VI

Id-disposizzjonijiet tal-Ftehim jistgħu jiġu emendati u riveduti kollha kemm huma jew f'xi dettal bi qbil komuni bejn iż-żewġ Partijiet.

Artikolu VII

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ malli jiġi iffirmat mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unità Ekonomika Għarbija, u mill-President tal-Kummisjsoni tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu VIII

Dan il-Ftehim huwa magħmul f'żewġ oriġinali fl-ilsien Għarbi u Ingliż, biż-żewġ testi jkunu ugwalment awtentiċi.

Magħmul fi Brussel, 7 ta' Ġunju 1982.

Għall-Kunsill ta' Unità Ekonomika Għarbija

Segretarju Ġenerali

+++++ TIFF +++++

Dr Fakhri Kaddori

Għall-Komunitajiet Ewropej

President tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

+++++ TIFF +++++

Gaston E. Thorn

--------------------------------------------------