21982A0428(01)



Official Journal L 300 , 28/10/1982 P. 0020 - 0022
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 16 P. 0021
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 16 P. 0021
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 10 P. 0142
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 10 P. 0142


Skambju ta' ittri

bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) li jistabbilixxu l-proċedura għall-koperazzjoni bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet

(82/725/KEFA, KEE, Euratom)

Brussel, it-28 ta' April 1982

Għażiż Dr Mahler,

Fil-korsa tal-konversazzjoni li seħħet reċentament bejn ir-rapreżentanti taż-żewġ organizzazzjonijiet tagħna, dehret ċara li hemm ħtieġa li tiżdied il-koperazzjoni u li jissaħħaħ il-makkinarju eżistenti għall-konsultazzjoni.

Għandu l-unur li nipproponi li aħna nistabbilixxu, permezz ta' skambju ta' ittri, kuntatt aktar mill-qrib u relazzjonijiet aktar effettivi tax-xogħol bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

Għal numru ta' snin kien hemm koperazzjoni ferm attiva bejn il-Kumitat Reġjonali għall-Ewropa f'Kopenħagen u l-Kummissjoni li kien ferm vantaġġuż għaż-żewġ partijiet Dik il-koperazzjoni kienet stabbilita fi skambju ta' ittri bid-data tad-29 ta' Mejju u d-19 ta' Ġunju 1972 li aħna hawnhekk nikkonfermaw.

Iż-żewġ organizzazzjonijiet tagħna għandhom interesi komuni f'numru ta' oqsma relatati mas-saħħa, mhux biss fil-livell reġjonali, imma wkoll fil-livell dinji, notevolment f'dak li jirrigwardja l-programm dinji tal-iżvilupp tas-saħħa, ir-riċerka medika, is-saħħa pubblika, l-istabbiliment tal-kriterja u n-nomri tas-saħħa, partikolarment fil-qasam ta' l-ambjenti ġenerali u ta' ħidma, l-evidenza kollha tal-ħtieġa li tkun estiża l-koperazzjoni fuq livell aktar globali.

Għal din ir-raġuni, jien nħoss li wasal iż-żmien li jkunu stabbiliti il-metodi ewlenija tal-koperazzjoni li jistgħu ikunu stabbiliti bejn iż-żewġ organizzazzjoni tagħna. Dawn il-proċeduri huma stabbiliti fil-memorandum anness ma din l-ittra.

Bit-tisħieħ u l-iżvilupp ta' tali koperazzjoni, aħna nkunu nevitaw duplikazzjoni bla bżonn ta' l-attivitajiet tagħna u ngħinu fl-akkwist aktar effiċjenti ta' l-obbjettivi tal-progress soċjali u t-tisħieħ tas-saħħa taż-żewġ organizzazzjonijiet tagħna.

Nixtieq li nipproponi li din l-ittra u l-appendiċi tagħha, u t-tweġiba li inti tibgħatli, għandhom ikunu meqjusaa bħala li jikkostitwixxu l-arranġament li jistabbilixxi relazzjonijiet bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, li għandu jidħol fis-seħħ mad-data tat-tweġiba tiegħek.

Sinċerament tiegħek,

Ivor Richard

Membru tal-Kummissjoni

Is-Sur H. Mahler, MD,

Direttur-Ġenerali ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa,

CH-1211 Ženeva 27

MEMORANDUM

li jiddiffenixxi l-arranġamenti għall-koperazzjoni bejn l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u l-Komunitajiet Ewropej

1. Iż-żewġ Partijiet għandhom jikkonsultaw regolarment ma xulxin dwar materji ta' interess komuni għall-iskop ta' l-akwist ta' l-obbjettivi fil-qasam tas-saħħa u bil-għan li jistabbilixxu kordinazzjoni aktar effettiva fl-iżvilupp u l-eżekuzzjoni tal-programmi relevanti li huma mwettqa minn kwalunkwe miż-żewġ organizzazzjonijiet.

2. Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tistieden, meta xieraq, lir-rappreżentanti ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa sabiex jipparteċipaw bħala osservaturi fil-laqgħat tagħha fir-rigward ta' dawk il-punti fuq l-aġenda li dwarhom l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u l-Komunitajiet Ewropej għandhom interess komuni.

3. L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa għandha tistieden lill-Komunitajiet Ewropej sabiex jipparteċipaw bħala oservaturi fis-sezzjonijiet ta' l-Assemblea Dinjija tas-Saħħa, fil-Board Eżekuttiv u fil-Kumitat Reġjonali għall-Ewropa u, meta xieraq, fix-xogħol tal-kumitati tagħhom, fir-rigward tal-punti fl-aġenda tagħhom li fihom il-Komunitajiet Ewropej u l-Organizzazzjoni Dinja tas-Saħħa għandhom interess komumi.

4. Iż-żewġ partijiet għandhom ukoll jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa sabiex jassiguraw il-parteċipazzjoni reċiproka tal-parti l-oħra f'laqgħat xierqa li huma koperti permezz ta' l-awspiċji rispettivi tagħhom.

5. Iż-żewġ Partijiet għandhom jinkorraġġixxu u jiffaċċilitaw l-iskambju reċiproku ta' l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni pertinenti dwar materji b'interes komuni fi ħdan l-oqsma rispettivi tagħhom, bil-għan li jżidu l-effiċċjenza tal-isforzi rispettivi tagħhom f'dawk l-oqsma.

6. L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, permezz tar-Direttur-Ġenerali tagħha, għandha toffri lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kwalunkwe sostenn tekniku li jista jkun mitlub għall-iskop ta' l-istudju tal-materji ta' l-interess komuni.

Il-proċeduri għar-rifużjoni mill-Kummissjoni tan-nefqa nvoluta mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa għandhom ikunu determinati bi ftehim komuni f'kull wieħed mill-każi.

7. Iż-żewġ Partijiet għandhom jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa li jkunu fi ħdan il-poteri tagħhom sabiex jassiguraw l-implementazzjoni effettiva ta' dawn id-disposizzjonijiet u, partikolarment:

(a) għandhom jagħmlu l-arranġamenti xierqa sabiex jassiguraw kollaborazzjoni u kuntatt aktar mill-qrib bejn l-uffiċjali taż-żewġ istituzzjonijiet fl-oqsma ta' l-interess komuni;

(b) għandhom, permezz tar-rapreżentanti rispettivi tagħhom, jirrevedu l-progress magħmul fit-twaqqif tal-koperazzjoni effettiva bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet.

Ġinevra, it-2 ta' Ġunju 1982

Għażis Sinjur,

Nirringrazjak ta' l-ittra tiegħek tat-28 ta' April 1982 u dwar il-memorandum anness magħha li jiddiffenixxi l-arranġamenti għall-koperazzjoni bejn l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u l-Komunitajiet Ewropej.

Għandi l-unur li ninformak li l-Organizzazzjoni hija bi qbil sħiħ mal-proposti li jinsabu fid-dokumenti u jiena nħares il-quddiem għall-estenzjoni tal-koperazzjoni tagħna u ta' l-istabbiliment ta' relazzjonijiet aktar effettivi tal-ħidma bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet.

Għalhekk, bi qbil mas-suġġeriment tiegħek, l-ittra tiegħek tat-28 ta' April u l-memorandum anness magħha, flimkien ma din it-tweġiba, għandhom jikkostitwixxu l-arranġament għall-istabbiliment tar-relazzjonijiet bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Organizzazzjoni Dinja tas-Saħħa, arranġament li daħal fis-seħħ sa mid-data tal-lum.

Sinċerament tiegħek,

H. Mahler, Md

Direttur-Ġenerali

Is-Sur Ivor Richard,

Membru tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej,

B-1049 Brussel.

Brussel, id-9 ta' Ġunju 1982

Għażiż Dr Mahler,

Nirringrazzjak ta' l-ittra tiegħek tat-2 ta' Ġunju 1982 li fiha inti kkonfermajt li l-proposi li jikkonċernaw ir-relazzjonijiet futuri bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Organizzazzjoni Dinja tas-Saħħa huma aċċettabbli għalik.

Jiena nħares il-quddiem għal aktar koperazzjoni bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet tagħna.

Sinċerament tiegħek,

Ivor Richard

Membru tal-Kummissjoni

Is-Sur H. Mahler, MD,

Direttur-Ġenerali ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa,

CH-1211 Ġinevra 27.

--------------------------------------------------