21980A1017(04)



Official Journal L 275 , 18/10/1980 P. 0037 - 0042
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0171
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0171
Greek special edition: Chapter 11 Volume 22 P. 0028


Arranġament

fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Urugwaj fuq il-kummerċ tal-laħam tal-muntun u tal-ħaruf

Ittra Nru 1

Sinjur,

Għandi l-unur li nirreferi għan-negozzjati li saru dan l-aħħar bejn id-delegazzjonijiet rispettivi tagħna bil-għan li jsiru proviżjonijiet dwar l-importazzjoni tal-laħam tal-muntun, tal-ħaruf u tal-bodbod fil-Komunità Ekonomika Ewropea mill-Urugwaj, b'konnessjoni ma' l-implimentazzjoni mill-Komunità ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tan-nagħaġ u tal-muntun.

Waqt dawn in-negozjati ż-żewġ partijiet qablu fuq dan li ġej:

1. Dan l-Arranġament jgħodd kemm

- għall-muntun, ħaruf jew laħam tal-bodbod frisk u tal-friża: (subinċiż 02.01 A IV a)) tat-Tariffa tal-Kodiċi Doganali Komuni),

- laħam tal-muntun,tal-ħaruf u tal-bodbod tal-friża (sottotitlu 02.01 A IV b)) tat-Tariffa tal-Kodiċi Doganali Komuni).

2. Fit-termini ta' dan l-arranġament il-possibilitajiet ta' l-esportazzjoni tal-laħam tal-muntun, tal-ħaruf u tal-bodbod mill-Urugwaj għall-Komunità huma ffissati għal din il-kwantità annwali:

5100 tunnellata metrika espressi bħala karkassi peżati [1].

Sabiex jiġi żgurat li dan l-Arranġament jiffunzjona kif suppost, l-Urugwaj tintrabat li timplementa l-proċeduri neċessarji sabiex tassigura li l-kwantità esportata kull sena ma' taqbiżx il-kwantità mifthema u li l-espotazzjoni sseħħ skond il-proċeduri tradizzjonali ta' preżentazzjoni (iffriżat jew imkessaħ)

Jekk xi bidliet fit-teknoloġija u fil-kummerċ joffru possibilità li tinbidel l-istruttura tal-preżentazzjoni tal-kummerċ, iż-żewġ partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-kumitat imsemmi fil-klawżola 10 qabel ma ssir xi modifika sabiex isibu soluzzjoni adattata.

3. Jekk il-Komunità ikollha rikors għall-klawżola ta' protezzjoni, hija tintrabat li l-aċċess ta' l-Urugwaj għall-Komunità kif imsemmi f'dan l-arranġament ma' jkunux kompromessi.

4. Jekk l-importazzjoni mill-Urugwaj f'xi sena partikolari taqbeż il-limiti mifthema fuqhom, il-Komunità tirriżerva d-dritt li twaqqaf l-importazzjoni mill-Urugwaj għall-bqija ta' dik is-sena. Il-kwantità żejda titnaqqas mill-esportazzjoni li għalija l-Urugwaj hija intitolata fis-snin sussegwenti

5. Il-Komunità tintrabat biex iżżomm is-sisa applikabbli fuq il-prodotti importati li huma msemmija fl-arranġament preżenti għal mhux iżjed minn 10 % ad valorem.

6. Waqt iż-żmien ta' l-adeżjoni ta' Stati Membri ġodda, il-Komunità, f'konsultazzjoni ma' l-Urugwaj, għandha timmodifika l-kawntitajiet stabbiliti fil-klawżola 2, skond il-kummerċ ta' l-Urugwaj ma kull Stat Membru ġdid. Id-dazji applikabbli għall-importazzjonijiet għall-imsemmija Stati Membru ġodda għandhom ikunu stabbiliti skond ir-regolamenti tat-Trattat ta' l-Adeżjoni; tenut kont tal-livell massimu ta' sisa speċifikat fil-klawżola nru. 5 ta' dan l-arranġament.

Il-kwantità totali kif msemmi fil-klawżola nru. 2 hawn fuq hija stabbilita għal 5800 tunnellata f'piż tal-karkassi sa mid-data ta' adeżjoni tal-Greċja fil-Komunità.

7. Il-Komunità għandha tara li tevita l-iżvilupp tas-suq li jista' jippreġudika l-kummerċ tal-muntun u tal-ħaruf mill-Urugwaj fis-suq tal-Komunità fil-limiti tal-kwantitajiet mifthiema. B'mod partikolari, Il-Komunità għandha tieħu passi sabiex tassigura li r-rimi tal-ħażniet ta' interventazzjoni tal-laħam tal-friża li jirriżulta mill-operazzjoni tar-regolament ma jimminax il-kummerċ tal-muntun u l-ħaruf mill-Urugwaj.

8. Waqt li żżomm f'moħħha l-objettivi u d-disposizzjonijet ta' dan l-arranġament, il-Komunità taqbel li kwalunkwe implimentazzjoni attwali tar-refużjonijiet jew ta' kwalunkwe forma oħra ta' għajnuna fir-rigward ta' l-esportazzjonijiet tal-laħam tal-muntun, ħaruf u nagħaġ u ħrief ħajjin intiżi għall-qtil għandha tapplika biss għall-prezzijiet u l-kondizzjonijiet li jkunu konformi ma' l-obbligazzjonijiet internazzjonali eżistenti u fir-rigward ta' l-ishma tradizzjonali tal-Komunità ta' l-esport dinji f'dawn il-prodotti. Dan il-kliem għandu jiġi interpretat b'mod konsistenti ma' l-Artikolu XVI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-tariffi u l-kummerċ u b'mod partikolari f'konformità ma' l-Artikolu 10(2) (c) tal-Ftehim dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' l-Artikoli VI, XVI, u XXIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-tariffi u l-kummerċ.

9. L-Uruguaj għandha tassigura li dan l-arranġament jiġi osservat, b'mod partikolari billi jinħarġu ċertifikati ta' l-esportazzjoni li jkopru l-prodotti msemmija fil-klawżola nru. 1 fil-limitazzjonijiet tal-kwantitatjiet koperti b'dan l-arranġament.

Mill-parti tagħha l-Komunità għandha tadotta d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex tagħmel il-ħruġ taċ-ċertifikati ta' l-importazzjoni għall-prodotti msemmija hawn fuq, li joriġinaw mill-Urugwaj, soġġetti għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' l-esportazzjoni, maħruġ mill-awtorità kompetenti designata mill-Gvern ta' l-Urugwaj.

Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' din is-sistema għandhom jiġu stabbiliti b'mod li garanzija ma tkunx neċessarja għall-ħruġ ta' ċertifikat ta' l-importazzjoni fir-rigward tal-prodotti in kwistjoni.

Ukoll, dawn ir-regoli dettaljati ta' applikazzjoni għandhom jiġġrovdu li l-awtorità kompetenti ta' l-Urugwaj għandha tikkomunika perjodikament mall-awtorità kompetenti tal-Komunità il-kwantitajiet li fir-rigward tagħhom ċ-ċertifikati ta' l-esportazzjoni jkunu inħarġu, separati, fejn xieraq, skond id-destinazzjoni tagħhom.

10. Għandu jiġi stabbilit Kumitat Konsultattiv magħmul minn rappreżentanti mill-Komunità u mill-Urugwaj. Il-Kumitat għandu jassigura li l-arranġament qed jiġi applikat kif suppost u li qed jiffunzjona mingħajr problemi. Għandu jeżamina regolarment it-tendenza tas-swieq taż-żewġ partijiet tal-laħam tal-muntun, tal-ħaruf, u tal-bodbod u t-tendenza tas-suq internazzjonali, kif ukoll il-kondizzjonijiet tal-marketing f'dawk is-swieq, inklużi dawk relevanti għall-objettiv stabbilit fil-klawżola nru. 7 ta' dan l-arranġament.

Għandu jassigura li l-applikazzjoni xierqa ta' l-arranġament ma tkunx affettwata bl-esportazzjoni tal-muntun u tal-ħaruf u prodotti b'bażi tal-laħam tal-bodbod lejn il-Komunità taħt l-intestatura doganali tal-Komunità mhux msemmija mill-arranġament.

Il-Kumitat għandu jiddiskuti l-problemi kollha li jistgħu jitqajjmu fl-applikazzjoni ta' l-arranġament u għandu jirakkomanda s-soluzzjonijiet xierqa lill-awtoritajiet kompetenti.

11. Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-arranġament għandhom jiġu miftiehma mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-partijiet u l-obbligazzjonijiet taħt GATT.

12. Il-kwantità annwali stabbilita fil-klawsola nru. 2 tirreferi għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru. Il-kwantità applikabbli mill-implimentazzjoni ta' l-arranġament preżenti u sa' l-1 ta' Jannar tas-sena li jkun imiss għandha tiġi ffissata fuq bażi pro rata f'rabta mal-kwantità totali annwali u għandha tagħti każ tal-fattur staġonali tal-kummerċ.

13. Dan l-arranġament għandu japplika, min-naħa l-waħda, għat-terrotorji li għalihom japplika t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat u, min-naħa l-oħra, għat-territorju tar-Repubblika tal-Lvant ta' l-Urugwaj.

14. Dan l-arranġament għandu jidħol fis-seħħ nhar l-20 ta' Ottubru 1980. Għandu jibqa' fis-seħħ sal-31 ta' Marzu 1984, u jibqa' fis-seħħ wara din id-data soġġett għad-dritt ta' kull parti li tirrinunzja għal dan l-arranġament billi tagħti notifika bil-miktub ta' sena. Fi kwalunkwe każ, id-dispożizzjonijiet ta' dan l-arranġament għandhom jiġu eżaminati miż-żewġ partijiet qabel l-1 ta' April 1984 bil-għan li jsir kwalunkwe aġġustament li dawn jaqblu li hu neċessarju.

Nibqa' Obbligat jew int kordjalement tikkonferma l-ftehim tal-Gvern tagħkom għal dan li ġej:

Jekk jogħġbok aċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni min-naħa tiegħi.

Ghall-KunsillTal-Komunitajiet Ewropej

Ittra Nru 2

Sinjur,

Nixtieq ninfurmak li irċevejt l-ittra tiegħek bid-data tal-lum, li taqra kif ġej:

"Għandi l-unur li nirreferi għan-negozzjati li seħħew dan l-aħħar bejn id-delegazzjonijiet rispettivi tagħna sabiex nagħmlu dispożizzjonijiet dwar l-importazzjonijiet fil-Komunità Ekonomika Ewropea tal-laħam tal-muntun, tal-ħaruf jew tal-bodbod mill-Urugwaj f'konnessjoni ma' l-implimentazzjoni mill-Komunità ta' l-organizazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tal-muntun u tal-bodbod.

Waqt dawn in-negozzjati iż-żewġ partijiet qablu fuq dan li ġej:

1. Dan l-arranġament għandu jirrelata ma:

- laħam tal-muntun, tal-ħaruf jew tal-bodbod frisk jew imkessaħ (subinċiż 02.01 A IV a)) tat-Tariffa tal-Kodiċi Doganali Komuni),

- laħam tal-muntun, tal-ħaruf jew tal-bodbod tal-friża (subinċiż 02.01 A IV b)) tat-Tariffa tal-Kodiċi Doganali Komuni).

2. Fit-termini ta' dan l-arranġament, il-possibilitajiet ta' esportazzjoni tal-laħam tal-muntun, tal-ħaruf u tal-bodbod mill-Urugwaj lejn il-Komunità huma stabbiliti għall-kwantitajiet annwali li ġejjin:

5100 tunnellata metrika espressa f'piż tal-karkassi [2].

Sabiex ikun assigurat il-funzjonament xieraq ta' l-arranġament, l-Urugwaj tobblika ruħha li timplementa l-proċeduri xierqa sabiex tassigura li l-kwantità annwali li tkun attwalment esportata ma taqbiżx il-kwantità mifthiema u għandha tiġi esportata skond il-modi tradizzjonali ta' presentazzjoni (fil-friża jew imkessaħ).

Jekk xi bidliet fit-teknoloġija u fil-kummerċ joffru possibilità li tinbidel l-istruttura tal-preżentazzjoni tal-kummerċ, iż-żewġ partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-kumitat imsemmi fil-klawżola 10 qabel ma ssir xi modifika sabiex isibu soluzzjoni adattata.

3. Jekk il-Komunità jkollha tagħmel użu mill-klawsola salvagwadjanti, din tobbliga ruħha li l-aċċess ta' l-Urugwaj fil-Komunità kif porvdut għaliħ f'dan il-ftehim m'għandux ikun milqut.

4. Jekk l-importazzjonijiet mill-Urugwaj fi kwalunkwe sena waħda jaqbu l-kwantitajiet mifthiema, il-Komunità tirriżerva d-dritt li tissospendi l-importazzjonijiet mill-Urugwaj għall-bqija ta' dik is-sena. Il-kwantità żejda li ġiet trasbordata għandha tiġi mnaqqsa mill-intitolament ta' l-esportazzjoni ta' l-Urugwaj għas-sena li jkun imiss.

5. Il-Komunità tobbliga ruħha li tillimita s-sisa applikabbli għall-importazzjonijiet koperti mill-arranġament preżenti għal ammont massimu ta' 10 % ad valorem.

6. Waqt iż-żmien ta' l-adeżjoni ta' Stati Membri ġodda, il-Komunità, f'konsultazzjoni ma' l-Urugwaj, għandha timmodifika l-kawntitajiet stabbiliti fil-klawżola 2, skond il-kummerċ ta' l-Urugwaj ma kull Stat Membru ġdid. Id-dazji applikabbli għall-importazzjonijiet għall-imsemmija Stati Membru ġodda għandhom ikunu stabbiliti skond ir-regolamenti tat-Trattat ta' l-Adeżjoni; tenut kont tal-livell massimu ta' sisa speċifikat fil-klawżola nru. 5 ta' dan l-arranġament.

Il-kwantità totali kif msemmi fil-klawżola nru. 2 hawn fuq hija stabbilita għal 5800 tunnellata f'piż tal-karkassi sa mid-data ta' adeżjoni tal-Greċja fil-Komunità.

7. Il-Komunità għandha tara li tevita l-iżvilupp tas-suq li jista' jippreġudika l-kummerċ tal-muntun u tal-ħaruf mill-Urugwaj fis-suq tal-Komunità fil-limiti tal-kwantitajiet mifthiema. B'mod partikolari, il-Komunità għandha tieħu passi sabiex tassigura li r-rimi tal-ħażniet ta' interventazzjoni tal-laħam tal-friża li jirriżulta mill-operazzjoni tar-regolament ma jimminax il-kummerċ tal-muntun u l-ħaruf mill-Urugwaj.

8. Waqt li żżomm kont ta' l-objettivi u d-disposizzjonijet ta' dan l-arranġament, il-Komunità taqbel li kwalunkwe implimentazzjoni attwali tar-refużjonijiet jew ta' kwalunkwe forma oħra ta' għajnuna fir-rigward ta' l-esportazzjonijiet tal-laħam tal-muntun, ħaruf u nagħaġ u ħrief ħajjin intiżi għall-qtil għandha tapplika biss għall-prezzijiet u l-kondizzjonijiet li jkunu konformi ma' l-obbligazzjonijiet internazzjonali eżistenti u fir-rigward ta' l-ishma tradizzjonali tal-Komunità ta' l-esport dinji f'dawn il-prodotti. Dan il-kliem għandu jiġi interpretat b'mod konsistenti ma' l-Artikolu XVI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-tariffi u l-kummerċ u b'mod partikolari f'konformità ma' l-Artikolu 10(2) (c) tal-Ftehim dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' l-Artikoli VI, XVI, u XXIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-tariffi u l-kummerċ.

9. L-Urugwaj għandha tassigura li dan l-arranġament jiġi osservat, b'mod partikolari billi jinħarġu ċertifikati ta' l-esportazzjoni li jkopru l-prodotti msemmija fil-klawżola nru. 1 fil-limitazzjonijiet tal-kwantitatjiet koperti b'dan l-arranġament.

Mill-parti tagħha l-Komunità għandha tadotta d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex tagħmel il-ħruġ taċ-ċertifikati ta' l-importazzjoni għall-prodotti msemmija hawn fuq, li joriġinaw mill-Urugwaj, soġġetti għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' l-esportazzjoni, maħruġ mill-awtorità kompetenti designata mill-Gvern ta' l-Urugwaj.

Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' din is-sistema għandhom jiġu stabbiliti b'mod li garanzija ma tkunx neċessarja għall-ħruġ ta' ċertifikat ta' l-importazzjoni fir-rigward tal-prodotti in kwistjoni.

Ukoll, dawn ir-regoli dettaljati ta' applikazzjoni għandhom jiġġrovdu li l-awtorità kompetenti ta' l-Urugwaj għandha tikkomunika perjodikament mall-awtorità kompetenti tal-Komunità il-kwantitajiet li fir-rigward tagħhom ċ-ċertifikati ta' l-esportazzjoni jkunu nħarġu, separati, fejn xieraq, skond id-destinazzjoni tagħhom.

10. Għandu jiġi stabbilit Kumitat Konsultattiv u magħmul minn rappreżentanti mill-Komunità u mill-Urugwaj. Il-Kumitat għandu tassigura li l-arranġament qed jiġi applikat kif suppost u li qed jiffunzjoni mingħajr problemi. Għandu jeżamina regolarment it-tendenza tas-swieq taż-żewġ partijiet tal-laħam tal-muntun, tal-ħaruf, u tal-bodbod u t-tendenza tas-suq internazzjonali, kif ukoll il-kondizzjonijiet tal-marketing f'dawk is-swieq, inklużi dawk relevanti għall-objettiv stabbilit fil-klawżola nru. 7 ta' dan l-arranġament.

Għandu jassigura li l-applikazzjoni xierqa ta' l-arranġament ma tkunx affettwata bl-esportazzjoni tal-muntun u tal-ħaruf u prodotti b'bażi tal-laħam tal-bodbod lejn il-Komunità taħt l-intestatura doganali tal-Komunità mhux msemmija mill-arranġament.

Il-Kumitat jiddiskuti il-mistoqsijiet kollha li jistgħu jitqajjmu meta l-arranġament jiġi applikat u jirrakomanda soluzzjonijiet xierqa lill-awtoritajiet kompetenti.

11. Id-disposizzjonijiet ta' dan l-arranġament għandhom jiġu miftiehma mingħajr preġduizzju għad-drittijiet u l-obligazzjonijiet tal-partijiet taħt il-GATT.

12. Il-kwantità annwali iffissata fi klawħola 2 tirreferi għall-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru. Il-kwantità applikabli ma' l-implementazzjoni ta' dan l-arranġament sal-1 ta' Jannar tas-sena li jmiss se tkun iffissata fuq bażi pro-rata skond il-kwantità totali annwali u tieħu in konsiderazzjoni l-istaġun tal-kummerċ.

13. Dan l-arranġament jgħodd min-naħa, għat-territorji fen it-Trattat li jistabilixxi il Komunità Ekonomika Ewropea jiġi applikat bil-kondizzjonijiet stability f'dak it-Trattat, kif ukoll it-territorju tar-Repubblika ta' l-Arġentina.

14. Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-20 t'Ottubru 1980. Huwa jibqa' fis-seħħ sal-31 ta' Marzu 1984 u jibqa' fis-seħħ wara fejn kull parti għandha d-dritt li tħabbar ir-rinunzja tagħha billi tinnotifika bil-miktub minn sena qabel. F'kull każ id-disposizzjonijiet ta' dan l-arranġament jiġu eżaminati miż-żewġ partijiet qabel l-1 t'April 1984 bl-għan li jsiru xi tibdiliet meqjusa neċessarji.

Jiena nkun obbligat jekk inti ġentilment tikkonferma l-ftehim tal-Gvern tiegħek rigward dan msemmi hawn fuq."

Għandi l-unur li nikkonferma li l-Gvern tiegħi jaċċetta il-kontenut ta' l-ittra tiegħek.

Jekk jogħġbok Sinjur, aċċetta l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Għall-Gvern tar-Repubblikatal-Lvant tal-Urugway.

[1] Karkassi peżati (piż ekwivalenti bone-in). B'dan għandu jiġi miftiehem il-piż tal-laħam preżentat bil-għadam ġo fih kif ukoll laħam bl-għadam li jkun ġie maqlub b'koeffiċjent f'piż bone-in. Għal dan l-għan, 55 kg ta' laħam tal-muntun bl-għadam jikkorispondi għal 100 kg ta' muntun bone-in u 60 kg ta' ħaruf bl-għadam jikkorrispondi għal 100 kg ta' ħaruf bone-in.

[2] Piż tal-karkassi (piż ekwivalenti bone-in). B'din il-frażi għandu jinftiehem il-piż tal-laħam bone-in ppreżentat bħala tali kif ukoll laħam bl-għadam maqlub b'koeffiċjent f'piż bone-in. Għal dan l-għan, 55 kg tal-laħam tal-muntun bl-għadam jikkorrispondi għal 100 kg ta' muntun bone-in u 60 kg ta' laħam tal-ħaruf bl-għadam jikkorrispondi għal 100 kg ta' ħaruf bone-in.

--------------------------------------------------