Official Journal L 275 , 18/10/1980 P. 0028 - 0035
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0162
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0162
Greek special edition: Chapter 11 Volume 22 P. 0018
Ftehim f’għamla ta’ bdil ta’ ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u New Zealand dwar kummerċ fil-laħam tal-muntun, ħaruf u l-laħam tal-mogħża Ittra Nru. 1 Sinjur, Għandi l-unur nirreferi għan-negozjati li saru bejn id-delegazzjonijiet rispettivi tagħna bl-iskop li jiġu ikkompilati l-provvedimenti relatati ma’ l-importazzjoni ġewwa l-Komunità tal-laħam tal-muntun u l-ħaruf u l-laħam tal-mogħża minn New Zealand, flimkien ma’ l-implimentazzjoni tar-regolament għal organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-muntun u l-ħaruf u l-laħam tal-mogħża. Filwat illi qed tiġi rikonoxxuta d-dipendenza vitali ta’ l-ekonomija ta’ New Zealand fuq l-industrija tan-nagħaġ u fuq l-esportazzjoni tal-laħam tal-muntun u l-ħaruf lejn is-swieq tad-dinja, partikolarment lejn il-Komunità, u l-importanza li jiġi żgurat li l-bejgħ normali tal-laħam tal-muntun u l-ħaruf tagħhom f’dawn is-swieq m’għandux ikun ippreġudikat, għandi l-unur li nipproponi Ftehim skond il-kondizzjonijiet li ġejjin: Klawsola 1 Prodotti inklużi Il-Ftehim għandu x’jaqsam ma’: - laħam tal-muntun jew ħaruf jew laħam tal-mogħża frisk jew imkessaħ (02.01 A IV a)), - laħam tal-muntun jew ħaruf jew laħam tal-mogħża iffriżat (02.01 A IV b)). Klawsola 2 Fakoltà ta’ użu u kwantità Skond dan il-Ftehim New Zealand hija garantita l-possibiltà li jkollha aċċess għall-Komunità għall-laħam tal-muntun u l-ħaruf u l-laħam tal-mogħża tagħha sal-kwantità li hemm maħsuba fil-Ftehim. New Zealand hija assigurata li l-bejgħ normali tagħha tal-laħam tal-muntun u l-ħaruf m’għandux ikun ippreġudikat bid-dħul fis-seħħ tar-regolament. Sabiex jiġi żgurat li l-Ftehim jitħaddem kif jixraq, in-New Zealand taċċetta li timplimenta l-proċeduri adattati biex tiżgura li l-kwantità annwali li tiġi attwalment esportata ma teċċedix il-kwantità li tkun ġiet iffissata. Din il-kwantità hija ffissata għal 234000 tunnellati metriċi f’piż ta’ karkassa [1]. Prodotti mkessħin Il-kwantitajiet iffissati hawn fuq jiġu esportati skond il-mod tradizzjonali ta' presentazzjonijiet (iffriżati jew mkessħin). Il-Komunità tikkonferma li mhux l-iskop ta'dan il-Ftehim li ma jħallix li n-New Zealand tieħu vantaġġ mill-iżviluppi teknoloġiċi ġodda jew li żżomm il-pożizzjoni kompetittiva tagħha fis-suq ta' ġewwa l-Komunità. Jekk il-bdil fit-teknoloġija u l-kummerċ jagħmilha possibbli li tiġi mibdula l-istruttura ta' kif jiġi ppreżentat il-kummerċ, iż-żewġ partijiet ta' dan il-Ftehim għandhom jikkonsultaw wieħed lill-ieħor qabel ma ssir il-bidla fil-kumitat imsemmi fi Klawsola 10 sabiex tinstab soluzzjoni xierqa. Klawsola 3 Klawsola ta’ protezzjoni Jekk il-Komunità jkollha bżonn iddur fuq il-klawsola ta’ protezzjoni, hija taċċetta li tipproteġi l-interessi tan-New Zealand kif jirriżultaw minn dan il-Ftehim. Klawsola 4 Meta tinqabeż il-kwantità ffissata Jekk l-importazzjoni min-New Zealand taqbeż il-kwantitajiet miftiehma, il-Komunità tirriserva d-dritt li tissospendi l-importazzjoni minn dak il-pajjiż. Klawsola 5 Tariffa Il-Komunità taċċetta li tirrestrinġi t-taxxa applikabbli fuq l-importazzjoni ta’ prodotti li huma skond il-Ftehim preżenti għal ammont massimu ta’ 10 %, ad valorem. Klawsola 6 Dħul ta’ membri ġodda Mad-dħul ta’ Stati Membri ġodda, il-Komunità, b’konsultazzjoni man-New Zealand, tibdel il-kwantitajiet li hemm fil-klawsola 2, skond il-kummerċ tan-New Zealand ma’ kull Stat Membru ġdid. L-ispejjeż ta’ l-importazzjoni għall-Istati Membri ġodda msemmija għandhom jiġu ffissati skond ir-regoli tat-Trattat ta’ Adeżjoni; filwaqt illi jiġi kkunsidrat il-livell massimu tat-taxxa speċifikat fi klawsola 5 ta’ dan il-Ftehim. Il-kwantità totali kif imsemmija fi klawsola 2 hawn fuq hija iffissata għal 245500 tunnellati metriċi f’piż ta’ karkassa mid-data tad-dħul fil-Komunità tal-Greċja. Klawsola 7 Tneħħija ta’ stokkijiet ta’ intervent Il-Komunità għandha tagħmel dak kollu li tista’ biex tevita kull żvilupp fis-suq li jista’ jippreġudika l-bejgħ normali ta’ laħam tal-muntun u ħaruf ta’ New Zealand fis-suq tal-Komunità fil-limiti tal-kwantitajiet maqbula. B’mod partikulari, il-Komunità għandha tieħu passi biex tiżgura li t-tneħħija ta’ stokkijiet ta’ intervent f’għamla ffriżata li tirriżulta minn meta jibda jseħħ ir-regolament, ma idgħajjfux dan l-oġġettiv. Barra dan, iż-żewġ partijiet għandhom jagħmlu kull sforz biex jinkoraġġixxu l-konsum tal-laħam tan-nagħaġ fil-Komunità mingħajr ma tiġi affettwata l-istabbiltà tas-suq. Klawsola 8 Restituzzjonijiet fuq l-esportazzjoni Filwaqt li tikkunsidra l-oġġettivi u l-provvedimenti ta’ dan il-Ftehim il-Komunità taqbel li kull implimentazzjoni ta’ rifużjoni jew kull għamla ta’ għajnuna dwar esportazzjoni ta’ laħam tal-muntun, ħaruf jew nagħaġ ħaj u ħaruf intenzjonat għal qtil għandhom japplikaw biss bil-prezzijiet u kondizzjonijiet li jikkonformaw ma’ obbligazzjonijiet internazzjonali eżistenti u fir-rigward ta’ l-ishma tradizzjonali li għandha l-Komunità fil-kummerċ ta’ l-esportazzjoni f’dawn il-prodotti fid-dinja. Dawn il-kliem għandhom jiġu interpretati b’mod li jkunu konsistenti ma’ Artikolu XVI tal-GATT u b’mod partikulari skond 10 (2) (ċ) tal-Ftehim dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta’ Artikoli VI, XVI u XXIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-tariffi u l-kummerċ (GATT). Klawsola 9 Ċertifikati ta’ l-esportazzjoni u l-importazzjoni In-New Zealand għandha tiżgura li l-kwantitajiet annwali li hemm riferenza għalihom fil-Klawsola 1 ma jeċċedux il-limiti li hemm speċifikati billi tiżgura, b’mod partikolari, li ma jinħarġux ċertifikati ta’ esportazzjoni għall-ebda ammont aktar minn dawn l-istess limiti. Min-naħa tagħha, il-Komunità għandha taċċetta li tadotta kull provvediment meħtieġ biex tagħmel il-ħruġ tal-liċenza ta’ importazzjoni għall-prodotti li hemm riferenza hawn fuq, u li joriġinaw minn New Zealand, soġġett għall-wiri ta’ ċertifikat ta’ esportazzjoni, maħruġ mill-awtorità kompetenti nominata mill-Gvern tan-New Zealand, Regoli dettaljati biex tiġi applikata din is-sistema għandhom jiġu preskritti b’mod li ma jkunx hemm bżonn ta’ xi miżuri ta’ sigurtà biex tinħareġ liċenza ta’ importazzjoni dwar il-prodotti msemmija. Dawn ir-regoli dettaljati ta’ applikazzjoni għandhom ukoll jaħsbu biex l-awtorità kompetenti tan-New Zealand tikkomunika perjodikament lill-awtorità kompetenti tal-Komunità l-kwantitajiet li għalihom ikunu ħarġu ċertifikati ta’ esportazzjoni, analizzati b’mod dettaljat, fejn hu xieraq, skond id-destinazzjoni. Klawsola 10 Kumitat Konsultattiv Għandu jitwaqqaf Kumitat Konsultattiv magħmul minn rappreżentanti tal-Komunità u tan-New Zealand. Il-Kumitat għandu jiżgura li l-Ftehim qiegħed jiġi applikat kif jixraq u qiegħed jaħdem mingħajr diffikultà. Għandu jeżamina regolarment it-tendenza tas-swieq taż-żewġ partijiet fil-laħam tal-muntun u l-ħaruf u l-laħam tal-mogħża u t-tendenza tas-suq internazzjonali, kif ukoll il-kondizzjonijiet tal-bejgħ ta’ dawk is-swieq inklużi dawk li huma rilevanti għall-oġġettiv mniżżel fil-klawsola 7 ta’ dan il-Ftehim. Għandu jiżgura li l-applikazzjoni xierqa tal-Ftehim ma tkunx affettwata bl-esportazzjoni lill-Komunità tal-laħam tal-muntun u ħaruf u prodotti bbażati fuq il-laħam tal-mogħża skond kategoriji tad-dwana li ma jkunx hemm riferenza għalihom fil-Ftehim. Il-Kumitat għandu jiddiskuti kull kwistjoni relatata ma’ l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim li tista’ tiġi mressqa quddiemu minn kull waħda miż-żewġ partijiet u għandu jirrakkomanda soluzzjonijiet xierqa lill-awtoritajiet kompetenti. Klawsola 11 Dmirijiet skond il-GATT Il-provvedimenti tal-Ftehim għandhom jiġu maqbula mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u dmirijiet tal-partijiet skond il-GATT. Klawsola 12 Perijodu V.R. Il-kwantità annwali ffissata fil-klawsola 2 tirreferi għall-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru. Il-kwantità applikabbli għall-perijodu bejn id-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim u l-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara għandu jiġi ffissat fuq bażi pro rata b’relazzjoni mall-kwantità annwali totali. Klawsola 13 Dan il-Ftehim għandu japplika, min-naħa l-waħda, għat-territorji fejn it-Trattat li stabbilixxa l-Komunità Ekonomika Ewropea huwa applikat u skond il-kundizzjonijiet preskritti f’dak it-Trattat u, min-naħa l-oħra, għat-territorju metropolitan tan-New Zealand. Klawsola 14 Bidu u eżami mill-ġdid Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Ottubru 1980. Għandu jibqa’ fis-seħħ sal-31 ta’ Marzu 1984 u għandu jkompli fis-seħħ wara din id-data bil-kundizzjoni li kull parti jkollha d-dritt li toħroġ minnu billi tagħti avviż ta’ sena bil-miktub. F’kull każ il-provvedimenti ta’ dan il-Ftehim għandhom jiġu eżaminati miż-żewġ partijiet qabel l-1 ta’ April 1984 bl-iskop li jsiru dawk l-aġġustamenti li jaqblu li hemm bżonn isiru. Għandi l-unur nipproponi li jekk dak li ssemma hawnhekk huwa aċċettabbli għall-Gvern tiegħek, din l-ittra u r-risposta konfermattiva tiegħek għandhom flimkien jikkostitwixxu u jagħtu xhieda ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u n-New Zealand dwar is-suġġett. Nitolbok tilqa’, Sinjur, l-assigurazzjoni ta’ l-ogħla rispett tiegħi. Għall-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej Ittra Nru. 2 Sinjur, Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek li ġġib id-data ta’ llum, li taqra kif ġej hawn taħt: "Għandi l-unur nirreferi għan-negozjati li saru bejn id-delegazzjonijiet rispettivi tagħna bl-iskop li jiġu ikkompilati l-provvedimenti relatati ma’ l-importazzjoni ġewwa l-Komunità tal-laħam tal-muntun u l-ħaruf u l-laħam tal-mogħża minn New Zealand, flimkien ma’ l-implimentazzjoni tar-regolament għal organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-muntun u l-ħaruf u l-laħam tal-mogħża. Filwat illi qed tiġi rikonoxxuta d-dipendenza vitali ta’ l-ekonomija ta’ New Zealand fuq l-industrija tan-nagħaġ u fuq l-esportazzjoni tal-laħam tal-muntun u l-ħaruf lejn is-swieq tad-dinja, partikolarment lejn il-Komunità, u l-importanza li jiġi żgurat li l-bejgħ normali tal-laħam tal-muntun u l-ħaruf tagħhom f’dawn is-swieq m’għandux ikun ippreġudikat, għandi l-unur li nipproponi Ftehim skond il-kondizzjonijiet li ġejjin: Klawsola 1 Prodotti inklużi Il-Ftehim għandu x’jaqsam ma’: - laħam tal-muntun jew ħaruf jew laħam tal-mogħża frisk jew imkessaħ (02.01 A IV a)), - laħam tal-muntun jew ħaruf jew laħam tal-mogħża iffriżat (02.01 A IV b)). Klawsola 2 Fakoltà ta’ użu u kwantità Skond dan il-Ftehim New Zealand hija garantita l-possibiltà li jkollha aċċess għall-Komunità għall-laħam tal-muntun u l-ħaruf u l-laħam tal-mogħża tagħha sal-kwantità li hemm maħsuba fil-Ftehim. New Zealand hija assigurata li l-bejgħ normali tagħha tal-laħam tal-muntun u l-ħaruf m’għandux ikun ippreġudikat bid-dħul fis-seħħ tar-regolament. Sabiex jiġi żgurat li l-Ftehim jitħaddem kif jixraq, in-New Zealand taċċetta li timplimenta l-proċeduri adattati biex tiżgura li l-kwantità annwali li tiġi attwalment esportata ma teċċedix il-kwantità li tkun ġiet iffissata. Din il-kwantità hija ffissata għal 234000 tunnellati metriċi f’piż ta’ karkassa [2]. Prodotti mkessħin Il-kwantitajiet iffissati hawn fuq jiġu esportati skond il-mod tradizzjonali ta’ presentazzjonijiet (iffriżati jew mkessħin). Il-Komunità tikkonferma li mhux l-iskop ta’dan il-Ftehim li ma jħallix li n-New Zealand tieħu vantaġġ mill-iżviluppi teknoloġiċi ġodda jew li żżomm il-pożizzjoni kompetittiva tagħha fis-suq ta’ ġewwa l-Komunità. Jekk il-bdil fit-teknoloġija u l-kummerċ jagħmilha possibbli li tiġi mibdula l-istruttura ta’ kif jiġi ppreżentat il-kummerċ, iż-żewġ partijiet ta’ dan il-Ftehim għandhom jikkonsultaw wieħed lill-ieħor qabel ma ssir il-bidla fil-kumitat imsemmi fi Klawsola 10 sabiex tinstab soluzzjoni xierqa. Klawsola 3 Klawsola ta’ protezzjoni Jekk il-Komunità jkollha bżonn iddur fuq il-klawsola ta’ protezzjoni, hija taċċetta li tipproteġi l-interessi tan-New Zealand kif jirriżultaw minn dan il-Ftehim. Klawsola 4 Meta tinqabeż il-kwantità ffissata Jekk l-importazzjoni min-New Zealand taqbeż il-kwantitajiet miftiehma, il-Komunità tirriserva d-dritt li tissospendi l-importazzjoni minn dak il-pajjiż. Klawsola 5 Tariffa Il-Komunità taċċetta li tirrestrinġi t-taxxa applikabbli fuq l-importazzjoni ta’ prodotti li huma skond il-Ftehim preżenti għal ammont massimu ta’ 10 %, ad valorem. Klawsola 6 Dħul ta’ membri ġodda Mad-dħul ta’ Stati Membri ġodda, il-Komunità, b’konsultazzjoni man-New Zealand, tibdel il-kwantitajiet li hemm fil-klawsola 2, skond il-kummerċ tan-New Zealand ma’ kull Stat Membru ġdid. L-ispejjeż ta’ l-importazzjoni għall-Istati Membri ġodda msemmija għandhom jiġu ffissati skond ir-regoli tat-Trattat ta’ Adeżjoni; filwaqt illi jiġi kkunsidrat il-livell massimu tat-taxxa speċifikat fi klawsola 5 ta’ dan il-Ftehim. Il-kwantità totali kif imsemmija fi klawsola 2 hawn fuq hija iffissata għal 245500 tunnellati metriċi f’piż ta’ karkassa mid-data tad-dħul fil-Komunità tal-Greċja. Klawsola 7 Tneħħija ta’ stokkijiet ta’ intervent Il-Komunità għandha tagħmel dak kollu li tista’ biex tevita kull żvilupp fis-suq li jista’ jippreġudika l-bejgħ normali ta’ laħam tal-muntun u ħaruf ta’ New Zealand fis-suq tal-Komunità fil-limiti tal-kwantitajiet maqbula. B’mod partikulari, il-Komunità għandha tieħu passi biex tiżgura li t-tneħħija ta’ stokkijiet ta’ intervent f’għamla ffriżata li tirriżulta minn meta jibda jseħħ ir-regolament, ma idgħajjfux dan l-oġġettiv. Barra dan, iż-żewġ partijiet għandhom jagħmlu kull sforz biex jinkoraġġixxu l-konsum tal-laħam tan-nagħaġ fil-Komunità mingħajr ma tiġi affettwata l-istabbiltà tas-suq. Klawsola 8 Restituzzjonijiet fuq l-esportazzjoni Filwaqt li tikkunsidra l-oġġettivi u l-provvedimenti ta’ dan il-Ftehim il-Komunità taqbel li kull implimentazzjoni ta’ rifużjoni jew kull għamla ta’ għajnuna dwar esportazzjoni ta’ laħam tal-muntun, ħaruf jew nagħaġ ħaj u ħaruf intenzjonat għal qtil għandhom japplikaw biss bil-prezzijiet u kondizzjonijiet li jikkonformaw ma’ obbligazzjonijiet internazzjonali eżistenti u fir-rigward ta’ l-ishma tradizzjonali li għandha l-Komunità fil-kummerċ ta’ l-esportazzjoni f’dawn il-prodotti fid-dinja. Dawn il-kliem għandhom jiġu interpretati b’mod li jkunu konsistenti ma’ Artikolu XVI tal-GATT u b’mod partikulari skond 10 (2) (ċ) tal-Ftehim dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta’ Artikoli VI, XVI u XXIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-tariffi u l-kummerċ (GATT). Klawsola 9 Ċertifikati ta’ l-esportazzjoni u l-importazzjoni In-New Zealand għandha tiżgura li l-kwantitajiet annwali li hemm riferenza għalihom fil-Klawsola 1 ma jeċċedux il-limiti li hemm speċifikati billi tiżgura, b’mod partikolari, li ma jinħarġux ċertifikati ta’ esportazzjoni għall-ebda ammont aktar minn dawn l-istess limiti. Min-naħa tagħha, il-Komunità għandha taċċetta li tadotta kull provvediment meħtieġ biex tagħmel il-ħruġ tal-liċenza ta’ importazzjoni għall-prodotti li hemm riferenza hawn fuq, u li joriġinaw minn New Zealand, soġġett għall-wiri ta’ ċertifikat ta’ esportazzjoni, maħruġ mill-awtorità kompetenti nominata mill-Gvern tan-New Zealand, Regoli dettaljati biex tiġi applikata din is-sistema għandhom jiġu preskritti b’mod li ma jkunx hemm bżonn ta’ xi miżuri ta’ sigurtà biex tinħareġ liċenza ta’ importazzjoni dwar il-prodotti msemmija. Dawn ir-regoli dettaljati ta’ applikazzjoni għandhom ukoll jaħsbu biex l-awtorità kompetenti tan-New Zealand tikkomunika perjodikament lill-awtorità kompetenti tal-Komunità l-kwantitajiet li għalihom ikunu ħarġu ċertifikati ta’ esportazzjoni, analizzati b’mod dettaljat, fejn hu xieraq, skond id-destinazzjoni. Klawsola 10 Kumitat Konsultattiv Għandu jitwaqqaf Kumitat Konsultattiv magħmul minn rappreżentanti tal-Komunità u tan-New Zealand. Il-Kumitat għandu jiżgura li l-Ftehim qiegħed jiġi applikat kif jixraq u qiegħed jaħdem mingħajr diffikultà. Għandu jeżamina regolarment it-tendenza tas-swieq taż-żewġ partijiet fil-laħam tal-muntun u l-ħaruf u l-laħam tal-mogħża u t-tendenza tas-suq internazzjonali, kif ukoll il-kondizzjonijiet tal-bejgħ ta’ dawk is-swieq inklużi dawk li huma rilevanti għall-oġġettiv mniżżel fil-klawsola 7 ta’ dan il-Ftehim. Għandu jiżgura li l-applikazzjoni xierqa tal-Ftehim ma tkunx affettwata bl-esportazzjoni lill-Komunità tal-laħam tal-muntun u ħaruf u prodotti bbażati fuq il-laħam tal-mogħża skond kategoriji tad-dwana li ma jkunx hemm riferenza għalihom fil-Ftehim. Il-Kumitat għandu jiddiskuti kull kwistjoni relatata ma’ l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim li tista’ tiġi mressqa quddiemu minn kull waħda miż-żewġ partijiet u għandu jirrakkomanda soluzzjonijiet xierqa lill-awtoritajiet kompetenti. Klawsola 11 Dmirijiet skond il-GATT Il-provvedimenti tal-Ftehim għandhom jiġu maqbula mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u dmirijiet tal-partijiet skond il-GATT. Klawsola 12 Perijodu V.R. Il-kwantità annwali ffissata fil-klawsola 2 tirreferi għall-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru. Il-kwantità applikabbli għall-perijodu bejn id-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim u l-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara għandu jiġi ffissat fuq bażi pro rata b’relazzjoni mall-kwantità annwali totali. Klawsola 13 Dan il-Ftehim għandu japplika, min-naħa l-waħda, għat-territorji fejn it-Trattat li stabbilixxa l-Komunità Ekonomika Ewropea huwa applikat u skond il-kundizzjonijiet preskritti f’dak it-Trattat u, min-naħa l-oħra, għat-territorju metropolitan tan-New Zealand. Klawsola 14 Bidu u eżami mill-ġdid Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Ottubru 1980. Għandu jibqa’ fis-seħħ sal-31 ta’ Marzu 1984 u għandu jkompli fis-seħħ wara din id-data bil-kundizzjoni li kull parti jkollha d-dritt li toħroġ minnu billi tagħti avviż ta’ sena bil-miktub. F’kull każ il-provvedimenti ta’ dan il-Ftehim għandhom jiġu eżaminati miż-żewġ partijiet qabel l-1 ta’ April 1984 bl-iskop li jsiru dawk l-aġġustamenti li jaqblu li hemm bżonn isiru. Għandi l-unur nipproponi li jekk dak li ssemma hawnhekk huwa aċċettabbli għall-Gvern tiegħek, din l-ittra u r-risposta konfermattiva tiegħek għandhom flimkien jikkostitwixxu u jagħtu xhieda ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u n-New Zealand dwar is-suġġett." Għandi l-unur nikkonferma li dak li hawn miktub aktar il-quddiem huwa aċċettabbli għall-Gvern tiegħi, u li l-ittra tiegħek flimkien ma’ din ir-risposta għandhom jikkostitwixxu Ftehim skond il-proposta tiegħek. Nitolbok tilqa’, Sinjur, l-assigurazzjoni ta’ l-ogħla rispett tiegħi. Għall-Gvern tan-New Zealand [1] Piż tal-karkassa (il-piż ekwivalenti bl-għadom ġol-karkassa) B’din il-frażi huwa mifhum il-piż tal-laħam bl-għadam ġo fih ippreżentat hekk kif ikun kif ukoll laħam dissussat konvertit f’laħam bl-għadam permezz ta’ ko-effiċjent. Għal dan il-għan 55 kg ta’ laħam tal-muntun dissussat jikkorrispondi għal 100 kg ta’ laħam tal-muntun bl-għadam ġo fih u 60 kg ta’ ħaruf dissussat jikkorrispondi għal 100 kg ta’ ħaruf bl-għadam ġo fih. [2] Piż tal-karkassa (il-piż ekwivalenti bl-għadom ġol-karkassa) B’din il-frażi huwa mifhum il-piż tal-laħam bl-għadam ġo fih ippreżentat hekk kif ikun kif ukoll laħam dissussat konvertit f’laħam bl-għadam permezz ta’ ko-effiċjent. Għal dan il-għan 55 kg ta’ laħam tal-muntun dissussat jikkorrispondi għal 100 kg ta’ laħam tal-muntun bl-għadam ġo fih u 60 kg ta’ ħaruf dissussat jikkorrispondi għal 100 kg ta’ ħaruf bl-għadam ġo fih. --------------------------------------------------