Official Journal L 144 , 10/06/1980 P. 0002 - 0008
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 9 P. 0183
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 9 P. 0183
Greek special edition: Chapter 11 Volume 20 P. 0210
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 13 P. 0004
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 13 P. 0004
Ftehim ta' koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Indonezja, il-Malasja, il-Filippini, Singapore u t-Tajlandja - pajjiżi membri ta' l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet ta' l-Asja tax-Xlokk IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, mill-parti l-waħda, u IL-GVERNIJIET TA' L-INDONEZJA, L-MALASJA, L-FILIPPINI, SINGAPORE U T-TAJLANDJA - PAJJIŻI MEMBRI TA' L-ASSOĊJAZZJONI TAN-NAZZJONIJIET TA' L-ASJA TAX-XLOKK, minn issa ‘l quddiem imsejħa l-ASEAN, mill-parti l-oħra, Wara li kunsidraw ir-relazzjonijiet ta' ħbiberija u r-rabtiet tradizzjonali bejn il-pajjiżi membri ta' l-ASEAN u l-Istati Membri tal-Komunità; Filwaqt li jaffermaw l-impenn li jappoġġjaw b'mod reċiproku l-isforzi ta' l-ASEAN u tal-Komunità sabiex joħolqu u jsaħħu organizzazzjonijiet reġjonali kommessi għat-tkabbir ekonomiku, il-progress soċjali u l-iżvilupp kulturali u jimmiraw li jipprovdu element ta' bilanċ fir-relazzjonijiet internazzjonli; Ispirati mir-rieda komuni tagħhom li jikkonsolidaw, jintensifikaw u jiddiversifikaw ir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi tagħhom safejn u sakemm jistgħu bil-kapaċità tagħhom tat-tkabbir sabiex jissodisfaw il-ħtiġiet ta' xulxin fuq il-bażi ta' vantaġġ paragunabbli u benfiċċju reċiproku; Filwaqt li jaffermaw ir-rieda tajba tagħhom li jikkontribwixxu għall-espansjoni tal-kummerċ internazzjonali sabiex jiksbu aktar tkabbir ekonomiku u progress soċjali; Konxji illi din il-kooperazzjoni trid tkun bejn sieħba indaqs imma trid tqis il-livell ta' l-iżvilupp tal-pajjiżi membri ta' l-ASEAN bħala raggruppament vjabbli u koeżiv, li kontribwixxa għall-istabbiltà fl-Asja tax-Xlokk; Persważi illi din il-kooperazzjoni għandha tiġi realizzata f'manjiera evoluzzjonarja u prammatika hekk kif jiżviluppaw il-politika tagħhom; Filwaqt li jaffermaw ir-rieda komuni tagħhom li jikkontribwixxu għal fażi ġdida fil-kooperazzjoni ekonomika internazzjonali u li jiffaċilitaw l-iżvilupp tar-riżorsi umani u materjali rispettivi tagħhom fuq il-bażi tal-libertà, l-egwaljanza u l-ġustizzja; Iddeċidew li jikkonkludu Ftehim ta' Kooperazzjoni u għal dan il-fini nominaw bħala l-plenipotenzarji tagħhom: IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Attilio Ruffini, il-President-fil-Kariga tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej, Ministru ta' l-Affarrijiet Barranin tar-Repubblika Taljana; Wilhelm Haferkamp, il-Viċi-President tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej; IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA' L-INDONEZJA: Il-Prof. Dr Mochtar Kusumaatmadja, Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, IL-GVERN TAL-MALASJA: Tengku Ahmad Rithaudeen, Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-FILIPPINI: Carlos P. Romulo, Ministru ta' l-Affarijiet Barranin; IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA' SINGAPORE: S. Rajaratnam, Ministru ta' l-Affarijiet Barranin; IL-GVERN TR-RENJU TAT-TAJLANDJA: IL-MARIXXAL EWLIENI TA' L-AJRU SIDDHI SAVETSILA, Ministru ta' l-Affarijiet Barranin; LI, wara li skambjaw il-poteri sħaħ tagħhom, misjuba fil-għamla tajba u mistħoqqa, FTIEHMU KIF ĠEJ: Artikolu 1 It-trattament ta' pajjiż l-aktar iffavorit Il-Partijiet għandhom, fir-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom, jagħtu lil xulxin it-trattament ta' nazzjon l-aktar iffavorit skond id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ, mingħajr preġudizzju, madankollu, għad-diposizzjonijiet tal-Protokoll anness ma' dan il-Ftehim. Artikolu 2 Il-kooperazzjoni kummerċjali 1. Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jippromwovi l-iżvilupp u d-diversifikazzjoni ta' l-iskambji kummerċjali reċiproċi tagħhom sa l-ogħla livell possibbli filwaqt li jqisu s-sitwazzjonijiet ekonomiċi rispettivi tagħhom. 2. Il-Partijiet jaqblu li jistudjaw modi u mezzi dwar kif jegħlbu l-ostakoli għall-kummerċ, u b'mod partikolari l-ostakoli eżistenti tan-nuqqas ta' tariffi jew ta' kważi tariffi, filwaqt li jqisu x-xogħol ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali. 3. Il-Partijiet għandhom skond il-leġislazzjoni tagħhom u fil-kondotta tal-politika tagħhom: (a) jikkooperaw fil-livell internazzjonli u bejniethom infushom fis-soluzzjoni tal-problemi kummerċjali ta' interess komuni li għandhom x'jaqsmu ma' l-oġġetti; (b) jużaw l-aħjar sforzi tagħhom għalbiex jikkonċedu lil xulxin il-faċilitajiet l-iktar wiesgħa għat-transazzjonijiet komuni tagħhom; (ċ) iqisu bis-sħiħ l-interessi u l-ħtiġiet rispettivi tagħhom rigward l-aċċess imtejjeb għall-prodotti fabbrikati, semi-fabbrikati u primarji kif ukoll rigward il-proċessar aktar tar-riżorsi; (d) iġibu flimkien l-operaturi ekonomiċi fiż-żewġ reġjuni bil-għan li joħolqu mudelli ġodda tal-kummerċ; (e) jistudjaw u jirrakkommandaw miżuri għall-promozzjoni tal-kummerċ li x'aktarx jinkoraġġixxu l-espansjoni ta' l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet; (f) ifittxu, safejn u sakemm possibbli, l-veduti tal-Partijiet l-oħra fejn il-miżuri jiġu kunsidrati li jista' jkollhom effett negattiv fuq il-kummerċ bejn iż-żewġ reġjuni. Artikolu 3 Il-kooperazzjoni ekonomika 1. Fid-dawl tal-kumplimentarjetà ta' l-interessi tagħhom u tal-kapacitajiet ekonomiċi tagħhom fuq l-iskond fit-tul, il-Partijiet għandhom idaħħlu l-kooperazzjoni ekonomika fl-oqsma kollha meqjusa xierqa mill-Partijiet. Fost il-għanijiet ta' din il-kooperazzjoni għandhom ikunu: - l-inkoraġġiment ta' rabtiet ekonomiċi eqreb permezz ta' investiment benefiċjali reċiprokament, - l-inkoraġġiment tal-progress teknoloġiku u xjentifiku, - il-ftuħ ta' għejjun ġodda tal-forniment u ta' swieq ġodda, - il-ħolqien ta' opportunitajiet ġodda tax-xogħol 2. Bħala mezz għal dawn il-finijiet, il-Partijiet għandhom, kif xieraq, jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw, fost ħwejjeġ oħra: - skambju ma' jaqta' xejn tat-tagħrif rilevanti għall-kooperazzjoni ekonomika kif ukoll l-iżvilupp tal-kuntatti u ta' l-attivitajiet ta' promozzjoni bejn id-ditti u l-organizzazzjonijiet fiż-żewġ reġjuni, - il-kura u t-tkabbir, bejn id-ditti rispettivi, tal-kooperazzjoni industrijali u teknoloġika, inkluż it-tħaffir tal-minjieri, - il-kooperazzjoni fl-oqsma tax-xjenza u tat-teknoloġija, l-enerġija, l-ambjent, it-trasport u l-komunikazzjonijiet, l-biedja, s-sajd u l-forestrija. B'żieda ma' dan, il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jtejbu l-klima favorevoli eżistenti ta' l-investiment fost ħwejjeġ oħra permezz ta' l-inkoraġġiment ta' l-estensjoni, minn u lill-Istati Membri kollha tal-Komunità u lill-pajjiżi membri kollha ta' l-ASEAN, rigward il-promozzjoni ta' l-investiment u l-arranġamenti ta' protezzjoni li jagħmlu ħilthom sabiex japplikaw il-prinċipju tan-non-diskriminazzjoni, jimmiraw li jiżguraw trattament ġust u jirriflettu l-prinċipju tar-reċiproċità. 3. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet, dan il-Ftehim u kull azzjoni meħuda taħtu ma għandhom bl-ebda mod jaffettwaw il-poteri ta' kull Stat Membru tal-Komunitajiet li jindaħal għal attivitajiet bilaterali ma' pajjiż membru ta' l-ASEAN fil-qasam tal-kooperazzjoni ekonomika u jikkonkludi, meta xieraq, ftehim ġodda ta' kooperazzjoni ekonomika ma' dawn il-pajjiżi. Artikolu 4 Kooperazzjoni ta' l-iżvilupp 1. Il-Komunità tagħraf illi l-ASEAN huwa reġjun li qiegħed jiżviluppa u trid tespandi l-kooperazzjoni tagħha ma' l-ASEAN sabiex tikkontribwixxi għall-isforzi ta' l-ASEAN li jtejjeb il-fiduċja fih innifsu, s-saħħa ekonomika mħallta ma' l-elastiċità u l-ġid materjali tal-popli tiegħu permezz ta' proġetti għalbiex jaċċelleraw l-iżvilupp tal-pajjiżi ta' l-ASEAN u tar-reġjun kollu. 2. Il-Komunità trid tieħu l-miżuri kollha possibbli sabiex tintensifika l-appoġġ tagħha ġewwa l-qafas tal-programmi tagħha favur il-pajjiżi mhux assoċjati li qegħdin jiżviluppaw, għall-iżvilupp u l-kooperazzjoni reġjonali ta' l-ASEAN. 3. Il-Komunità trid tikkoopera ma' l-ASEAN sabiex jiġu realizzati proġetti u programmi konkreti inter alia ghal produzzjoni u provvista ta' ikel, l-iżvilupp tas-settur rurali, faċilitajiet ta' l-edukazzjoni u tat-taħriġ u oħrajn ta' karattru iktar wiesa' sabiex jippromwovu l-iżvilupp ekonomiku u l-kooperazzjoni reġjonali. 4. Il-Komunità trid tfittex koordinament ta' l-attivitajiet tal-kooperazzjoni ta' l-iżvilupp tal-Komunità u l-Istati Membri tagħha fir-reġjun ta' l-ASEAN b'mod speċjali fejn jidħlu l-proġetti reġjonali ta' l-ASEAN. 5. Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw il-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn is-sorsi tal-finanzi fiż-żewġ reġjuni. Artikolu 5 Il-Kumitat Konġunt tal-Kooperazzjoni 1. Għandu jiġi stabbilit Kumitat Konġunt tal-Kooperazzjoni sabiex jippromwovi u jżomm taħt rivista l-attivitajiet varji tal-kooperazzjoni previsti bejn il-Partijiet fil-qafas tal-Ftehim. Għandhom isiru konsultazzjonijiet fil-Kumitat f'livell xieraq sabiex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni u sabiex jitmexxew ‘il quddiem l-għanijiet ġenerali ta' dan il-Ftehim. Il-Kumitat għandu normalment jiltaqa' mill-anqas darba fis-sena. Għandhom isiru laqgħat speċjali tal-Kumitat fuq it-talba tal-waħda jew l-oħra miż-żewġ Partijiet. 2. Il-Kumitat Konġunt tal-Kooperazzjoni għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura u tal-programm tax-xogħol. Artikolu 6 Ftehim oħra Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-kooperazzjoni ekonomika fl-Artikolu 3(3), id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom jissostitwixxu d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim konklużi bejn l-Istati Membri tal-Komunitajiet u l-Indoneżja, l-Malasja, l-Filippini, Singapore u t-Tajlandja safejn u sakemm id-dispożizzjonijiet ta' l-aħħar huma jew inkompatibbli jew identiċi mad-dispożizzjonijiet ta' l-ewwel. Artikolu 7 Applikazzjoni territorjali Dan il-Ftehim għandu japplika, mill-banda l-waħda, għat-territorji li fihom jiġi applikat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan it-Trattat u, mill-banda l-oħra, għat-territorji ta' l-Indoneżja, l-Malasja, l-Filippini, Singapore u t-Tajlandja. Artikolu 8 Tul taż-żmien 1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar li jiġi wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu notifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan, u għandu jissokta fis-seħħ għal perjodu inizjali taż-żmien ta' ħames snin u wara dan għal perjodi taż-żmien ta' sentejn bla ħsara għall-waħda jew l-oħra miż-żewġ Partijiet li jtemmuh b'avviż bil-miktub mogħti sitt xhur qabel id-data ta' l-iskadenza ta' kull perjodu taż-żmien. 2. Dan il-Ftehim jista' jiġi emendat bil-kunsens reċiproku tal-Partijiet sabiex jitqiesu sitwazzjonijiet ġodda. Artikolu 9 Ilsna awtentiċi Dan il-Ftehim huwa mfassal f'seba' kopji oriġinali fl-ilsien Daniż, Olandiż, Ingliż, Franċiż, Ġermaniż, u Taljan, b'kull wieħed mit-testi jkun ugwalment awtentiku. Til bekræftelse heraf har undertegnede befuldmægtigede underskrevet denne aftale.Zu Urkund dessen haben die unterzeichneten Bevollmächtigten ihre Unterschriften unter dieses Abkommen gesetzt.In witness whereof the undersigned Plenipotentiaries have signed this Agreement.En foi de quoi, les plénipotentiaires soussignés ont apposé leurs signatures au bas du présent accord.In fede di che, i plenipotenziari sottoscritti hanno apposto le loro firme in calce al presente accordo.Ten blijke waarvan de ondergetekende gevolmachtigden hun handtekening onder deze Overeenkomst hebben gesteld. Udfærdiget i Kuala Lumpur, den syvende marts nitten hundrede og firs.Geschehen zu Kuala Lumpur am siebenten März neunzehnhundertachtzig.Done at Kuala Lumpur on the seventh day of March in the year one thousand nine hundred and eighty.Fait à Kuala Lumpur, le sept mars mil neuf cent quatre-vingts.Fatto a Kuala Lumpur, addì sette marzo millenovccentottanta.Gedaan te Koeala Loempoer, de zevende maart negentienhonderdtachtig, For Rådet for De europæiske Fællesskaber,Für den Rat der Europäischen Gemeinschaften,For the Council of the European Communities,Pour le Conseil des Communautés européennes,Per il Consiglio delle Comunità europee,Voor de Raad van de Europese Gemeenschappen, +++++ TIFF +++++ For the Government of the Republic of Indonesia +++++ TIFF +++++ For the Government of Malaysia +++++ TIFF +++++ For the Government of the Repiblic of Philippines +++++ TIFF +++++ For the Government of the Republic of Singapore +++++ TIFF +++++ For the Government of the Kingdom of Thailand +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- Protokoll li jirrigwrda Artikolu 1 tal-Ftehim 1. Skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll, il-Komunità Ekonomika Ewropea u Parti li mhix parti kontraenti tal-Ftehim dwar it-Tariffi u l-Kummerċ għandhom, rigward l-oġġetti importati jew esportati, jikkonċedu lil xulxin it-trattament ta' pajjiż l-aktar iffavorit fil-materji kollha li għandhom x'jaqsmu ma': - id-dazji u l-piżijiet ta' kull xorta, inkluż il-metodu dwar kif jinġabru dawn id-dazji u piżijiet, - ir-regolamenti li jirrigwardaw il-clearance, it-transitu, il-magazinaġġ u t-trasbord, - it-taxxi diretti u indiretti u l-piżijiet interni l-oħra, - ir-regolamenti li jirrigwardaw il-ħlasijiet inklużi l-allokazzjoni tal-munita korrenti barranija u t-trasferiment ta' dawn il-ħlasijiet, - ir-regolamenti li jaffettwaw il-bejgħ, ix-xiri, il-ġarr, it-tqassim u l-użu ta' l-oġġetti fis-suq intern. 2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall: (a) vantaġġi konċessi lill-pajjiżi ġirien sabiex jiffaċilitaw it-traffiku li jaqsam il-fruntieri; (b) vantaġġi konċessi bil-għan li jistabbilixxu unjoni tad-dwana jew żona ta' kummerċ ħieles jew kif meħtieġ minn din l-unjoni tad-dwana jew żona ta' kumerċ ħieles; (ċ) vantaġġi konċessi lil pajjiżi partikolari skond il-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ; (d) vantaġġi li l-Istati membri ta' l-ASEAN jikkonċedu lil ċerti pajjiżi skond il-Protokoll dwar in-Negozjati Kummerċjali fost il-Pajjiżi li Qegħdin Jiżviluppaw fil-kuntest tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ; (e) vantaġġi konċessi jew li jridu jiġu konċessi ġewwa l-qafas ta' l-ASEAN sakemm dawn ma jaqbżux lil dawk li huma konċessi jew li jridu jiġu konċessi ġewwa l-qafas ta' l-ASEAN mill-pajjiżi membri ta' l-ASEAN li huma partijiet kontraenti tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ. --------------------------------------------------