21975A1114(01)



Official Journal L 252 , 14/09/1978 P. 0002 - 0065
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 2 P. 0037
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 2 P. 0037
Spanish special edition: Chapter 02 Volume 5 P. 0047
Portuguese special edition Chapter 02 Volume 5 P. 0047


Konvenzjoni doganali

DWAR IT-TRASPORT INTERNAZZJONALI TA' OĠĠETTI KOPERTI B'CARNÉ TAT-TIR

(KONVENZJONI TIR)

IL-PARTIJIET KONTRAENTI,

HUMA U JIXTIEQU li jiffaċilitaw il-ġarr internazzjonali ta' oġġetti permezz ta' vettura tat-triq,

HUMA U JQISU li t-titjib tal-kundizzjonijiet ta' trasport jikkostitwixxi wieħed mill-fatturi essenzjali għall-iżvilupp ta' koperazzjoni fosthom,

WAQT LI JIDDIKJARAW lilhom infushom favur simplifikazzjoni u armonizzazzjoni ta' formalitajiet amministrattivi fil-qasam ta' trasport internazzjonali, b'mod partikolari fil-fruntieri,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

KAPITOLU I

ĠENERALI

(a) Definizzjonijiet

Artikolu 1

Għall-għanijiet ta' din il-Konvenzjoni:

(a) it-terminu "operat TIR" għandu jfisser it-trasport ta' merkanzija minn uffiċċju doganali tal-ħruġ lejn uffiċċju doganali tad-destinazzjoni skond il-proċedura, msejħa l-"proċedura TIR", preskritta f'din il-Konvenzjoni;

(b) it-terminu "dazji u taxi ta' importazzjoni jew esportazzjoni" għandu jfisser dazji doganali u d-dazji l-oħra kollha, taxxi, miżati u ħlasijiet oħra li jinġabru mal-, jew f'konnessjoni ma' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta' merkanzija, imma li ma jinkludux miżati u ħlasijiet limitati fl-ammont għall-ispiża approssima ta' servizzi mogħtija;

(ċ) it-terminu "vettura tat-triq" għandu jfisser mhux biss kull vettura tat-triq li taħdem bl-enerġija imma wkoll kull karru jew semi-karru disinjat biex tintrabat magħha;

(d) it-terminu "tgħaqid flimkien ta' vetturi" għandu jfisser vetturi magħqudin flimkien (coupled) li jivvjaġġaw fit-triq bħala unit;

(e) it-terminu "kontenitur (container)" għandu jfisser artikolu ta' tagħmir ta' trasport (lift-van, tank li jitmexxa jew struttura oħra simili):

(i) magħluq kollu jew parzjalment biex jikkostitwixxi kompartment maħsub biex jikkontjeni merkanzija,

(ii) ta' karatteristiku permanenti u għal din ir-raġuni b'saħħtu biżżejjed biex ikun xieraq għal użu ripetut,

(iii) disinjat speċjalment biex jiġi faċilitat it-trasport ta' merkanzija minn mod wieħed jew aktar ta' trasport mingħajr tagħbija mill-ġdid intermedju,

(iv) disinjat għal maniġġjar fil-pront, partikolarment meta jiġi trasferit minn mod wieħed ta' trasport għal ieħor,

(v) disinjat biex jimtela u jiġi żvujtat faċilment, u

(vi) li għandu volum intern ta' metru kubu wieħed jew aktar.

"Inġenji li ma jistgħux jiġu muntati (Demountable bodies)" għandhom jiġu trattati bħala kontenituri (containers);

(f) it-terminu "uffiċċju doganali tal-ħruġ" għandu jfisser kull uffiċċju doganali ta' Parti Kontraenti fejn jibda t-trasport internazzjonali ta' tagħbija jew parti minn tagħbija ta' merkanzija skond il-proċedura TIR:

(g) it-terminu "uffiċċju doganali tad-destinazzjoni" għandu jfisser kull uffiċċju doganali ta' Parti Kontraenti fejn jispiċċa t-trasport internazzjonali ta' tagħbija jew parti minn tagħbija ta' merkanzija skond il-proċedura TIR:

(h) it-terminu "uffiċċju doganali en route" għandu jfisser kull uffiċċju doganali ta' Parti Kontraenti li minnha vettura tat-triq, tgħaqid ta' vetturi jew kontenitur (container) huma importati jew esportati fil-kors ta' operat ta' TIR;

(j) it-terminu "persuna" għandu jfisser persuni kemm naturali kif ukoll morali;

(k) it-terminu "merkanzija tqila jew goffa" għandu jfisser kull oġġett tqil jew goff li minħabba fit-toqol, id-daqs jew in-natura tiegħu normalment ma jinġarrx f'vettura tat-triq magħluqa jew container magħluq;

(l) it-terminu "assoċjazzjoni li tiggarantixxi" għandu jfisser assoċjazzjoni approvata mill-awtoritàjiet doganali ta' Parti Kontraenti biex taġixxi bħala garanti għal persuni li qed jużaw il-proċedura TIR.

(b) Skop

Artikolu 2

Din il-Konvenzjoni għandha tapplika għat-trasport ta' merkanzija mingħajr tagħbija mill-ġdid intermedju, f'vetturi tat-triq, tagħqid ta' vetturi jew f'containers, matul fruntiera waħda jew aktar bejn uffiċċju doganali tal-ħruġ ta' Parti Kontraenti waħda u uffiċċju doganali tad-destinazzjoni ta' Parti Kontraenti oħra jew l-istess waħda, basta li xi porzjon mill-vjaġġ bejn il-bidu u t-tmiem ta' l-operat tat-TIR isir bit-triq.

Artikolu 3

Biex id-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni jsiru applikabbli:

(a) l-operati ta' trasport iridu jitwettqu:

(i) permezz ta' vetturi tat-triq, tagħqid ta' vetturi u containers approvati minn qabel fuq il-kundizzjonijiet dikjarati f'Kapitolu III (a), jew

(ii) permezz ta' vetturi oħra tat-triq, tagħqid ieħor ta' vetturi jew kontenituri (containers) oħra fuq il-kundizzjonijiet dikjarati f'Kapitolu III (ċ);

(b) l-operati ta' trasport iridu jiġu garantiti minn assoċjazzjonijiet approvati bi qbil mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 u jridu jitwettqu taħt kopertura ta' Carné tat-TIR, li għandu jikkonforma mal-mudell riprodott fl-Anness I ma' din il-Konvenzjoni.

(ċ) Prinċipji

Artikolu 4

Merkanzija li tinġarr skond il-proċedura tat-TIR m'għandhiex tiġi suġġetta għall-ħlas jew depożitu ta' dazji ta' importazzjoni jew esportazzjoni u taxxi fl-uffiċċji doganali li qiegħed matul ir-rotta.

Artikolu 5

1. Merkanzija li tinġarr skond il-proċedura tat-TIR f'vetturi tat-triq, tagħqid ta' vetturi jew containers siġillati m'għandhomx bħala regola ġenerali jiġu suġġetti għal eżami f'uffiċċju doganali li qiegħed matul ir-rotta.

2. Madanakollu, biex jiġu prevenuti abbużi, awtoritàjiet doganali jistgħu f'każijiet eċċezzjonali, u partikolarment meta tkun suspettata irregolarita, jwettqu eżami tal-merkanzija f'dawn l-uffiċċji.

KAPITOLU II

ĦRUĠ TA' CARNÉ TAT-TIRLijabilita ta' assoċjazzjonijiet li jiggarantixxu

Artikolu 6

1. Bla ħsara għal dawn il-kundizzjonijiet u garanziji kif għandha tistabbilixxi, kull Parti Kontraenti tista' tawtorizza assoċjazzjonijiet biex joħorġu Carnés tat-TIR, jew direttament jew permezz ta' assoċjazzjonijiet korrespondenti, u biex jaġixxu bħala garanti.

2. Assoċjazzjoni m'għandhiex tiġi approvata f'xi pajjiż sakemm il-garanti tagħha ma jkoprix ukoll il-lijabilitajiet miġrura f'dak il-pajjiż f'konnessjoni ma' operati taħt il-kopertura ta' Carnés tat-TIR maħruġa minn assoċjazzjonijiet barranin affiljati ma' l-istess organizzazzjoni internazzjonali bħal dik li magħha huwa nnifsu huwa affiljat.

Artikolu 7

Formoli ta' Carné tat-TIR mibgħuta lill-assoċjazzjonijiet li qed jiggarantixxu mill-assoċjazzjonijiet barranin korrespondenti jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali m'għandhomx ikunu responsabbli għal dazji u taxxi ta' importazzjoni u esportazzjoni u għandhom ikunu ħielsa minn projbizzjonijiet u restrizzjonijiet ta' importazzjoni u esportazzjoni.

Artikolu 8

1. L-assoċjazzjoni li qed tiggarantixxi għandha tindaħal biex tħallas id-dazji u t-taxxi ta' importazzjoni u esportazzjoni, flimkien ma kull imgħax li jkun baqa', dovut skond il-liġijiet doganali u r-regolamenti tal-pajjiż li fih ġiet notata irregolarita f'konnessjoni ma' operat tat-TIR. Għandha tkun responsabbli, b'mod konġunt u wieħed wieħed mal-persuni li minnhom is-somom imsemmija fuq huma dovuti, għal ħlas ta' dawn is-somom.

2. F'każijiet fejn il-liġijiet u r-regolamenti ta' Parti Kontraenti ma jipprovdux għal ħlas ta' dazji u taxxi ta' importazzjoni u esportazzjoni kif provdut f'paragrafu 1 hawn fuq, l-assoċjazzjoni li qed tiggarantixxi għandha tindaħal biex tħallas, fuq l-istess kundizzjonijiet, somma ugwali għall-ammont ta' dazji u taxxi ta' importazzjoni jew esportazzjoni u kull imgħax li jkun baqa'.

3. Kull Parti Kontraenti għandha tistabbilixxi s-somma massima kull Carné tat-TIR, li tista' tkun qed tishaq ghaliha l-assoċjazzjoni li qed tiggarantixxi fuq il-bażi tad-disposizzjonijiet ta' paragrafi 1 u 2 hawn fuq.

4. Il-liabilita ta' l-assoċjazzjoni li qed tiggarantixxi lill-awtoritàjiet tal-pajjiż fejn l-uffiċċju doganali tal-ħruġ huwa lokat għandha tibda fil-ħin meta l- Carné tat-TIR huwa aċċettat mill-uffiċċju doganali. Fil-pajjiżi sossegwenti li minnhom il-merkanzija hija trasportata skond il-proċedura tat-TIR, din il-liabilita għandha tibda fil-ħin meta l-merkanzija hija importata jew, fejn l-operat tat-TIR ikun ġie sospiż skond l-Artikolu 26 (1) u (2), fil-ħin meta l- Carné tat-TIR ikun aċċettat mill-uffiċċju doganali fejn l-operat tat-TIR ikun beda mill-ġdid.

5. Il-liabilita ta' l-assoċjazzjoni li qed tiggarantixxi m'għandhiex tkopri biss il-merkanzija li hija enumerata fil- Carné tat-TIR imma anke kull merkanzija li, għalkemm mhux enumerata fiha, tista' tinstab fit-taqsima siġillata tal-vettura tat-triq jew fil- container siġillat. M'għandhiex testendi għal xi merkanzija oħra.

6. Għall-għan li jiġu stabbiliti d-dazji u t-taxxi msemmija f'paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, il-partikolaritajiet tal-merkanzija kif imdahhlin fil-Carné tat-TIR għandhom, fl-assenza ta' xhieda għall-kuntrarju, jitqiesu korretti.

7. Meta jsir dovut ħlas ta' somom imsemmija f'paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritàjiet kompetenti għandhom safejn ikun possibbli jesiġu ħlas mill-persuna jew persuni direttament responsabbli qabel ma jagħmlu pretensjoni kontra l-assoċjazzjoni li qed tiggarantixxi.

Artikolu 9

1. L-assoċjazzjoni li qed tiggarantixxi għandha tiffissa l-perjodu ta' validita tal-Carné tat-TIR billi tispeċifika d-data finali ta' validita wara liema l-Carné ma jistax jiġi presentat għal aċċettazzjoni fl-uffiċċju doganali tal-ħruġ.

2. Sakemm ikun ġie aċċettat mill-uffiċċju doganali tal-ħruġ fid-data finali ta' validita jew qabel kif provdut f'paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Carné għandu jibqa' validu sat-temma ta' l-operat tat-TIR fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni.

Artikolu 10

1. Il-Carné tat-TIR jista' jitħassar mingħajr kundizzjoni jew kundizzjonalment; fejn tħassir huwa kundizzjonali dan għandu jkun minħabba f'fatti konnessi ma' l-operat tat-TIR innifsu.Dawn il-fatti għandhom jiġu indikati b'mod ċar fil- Carné tat-TIR.

2. Meta l-awtoritàjiet doganali ta' pajjiż ikunu ħassru Carné tat-TIR mingħajr kundizzjonijiet ma jistgħux jippretendu aktar mill-assoċjazzjoni li qed tiggarantixxi ħlas tas-somom imsemmija fl-Artikolu 8 (1) u (2) sakemm iċ-ċertifikat ta' skarigu ikun inkiseb b'manjiera mhux xierqa jew permezz ta‘ frodi.

Artikolu 11

1. Fejn Carné tat-TIR ma jkunx tħassar jew ikun tħassar kundizzjonalment, l-awtoritàjiet kompetenti m'għandhomx ikollhom id-dritt li jippretendu l-ħlas tas-somom imsemmija fl-Artikolu 8 (1) u (2) mill-assoċjazzjoni li qed tiggarantixxi sakemm, fi żmien sena mid-data ta' aċċettazzjoni tal- Carné tat-TIR minn dawk l-awtoritàjiet, ikunu għarrfu lill-assoċjazzjoni bil-miktub bin-nuqqas ta' tħassir jew bit-tħassir kundizzjonali. L-istess disposizzjoni għandha tapplika fejn iċ-ċertifikat ta' tħassir ikun inkiseb f'manjiera mhix xierqa jew bi frodi, minbarra li l-perjodu taż-żmien għandu jkun ta' sentejn.

2. Il-pretensjoni għal ħlas tas-somom riferiti fl-Artikolu 8 (1) u (2) għandha ssir lill-assoċjazzjoni li qed tiggarantixxi l-aktar kmieni tliet xhur wara d-data li fiha l-assoċjazzjoni ġiet mgħarrfa li l-Carné kienet għadha ma tħassritx jew li ġiet imħassra kundizzjonalment jew li ċ-ċertifikat ta' tħassir ikun inkiseb f'manjiera mhix xierqa jew frawdolenti u l-aktar tard mhux aktar minn sentejn wara dik id-data. Madanakollu, f'każijiet li, matul il-perjodu msemmi hawn fuq ta' sentejn, isiru s-suġġett ta' proċedimenti legali, kull pretensjoni għal ħlas għandu jsir fi żmien sena mid-data li fiha d-deċiżjoni tal-qorti ssir infurzabbli.

3. L-assoċjazzjoni li qed tiggarantixxi għandu jkollha perjodu taż-żmien ta' tliet xhur, mid-data meta pretensjoni għal pagament issir fuqu, li fih jitħallsu l-ammonti mistennija. Is-somom imħlassa għandhom jiġu mħallsa lura (rimborsati) lill-assoċjazzjoni jekk, fi żmien sentejn wara d-data li fiha tkun saret il-pretensjoni għall-ħlas, ikun ġie stabbilit għas-sodisfazzjoni ta' l-awtoritàjiet doganali li l-ebda irregolarita ma ġiet kommessa f'konnessjoni ma' l-operat tat-trasport imsemmi.

KAPITOLU III

TRASPORT TA' MERKANZIJA TAĦT IL- CARNÉ TAT-TIR

(a) Approvazzjoni ta' vetturi u kontenituri

Artikolu 12

Sabiex tidħol fid-disposizzjonijiet ta' (a) u (b) ta' dan il-Kapitolu, kull vettura tat-triq trid rigward il-kostruzzjoni u t-tagħmir tagħha taderixxi l-kundizzjonijiet dikjarati fl-Anness 2 ma' din il-Konvenzjoni u trid tkun ġiet approvata skond il-proċedura preskritta fl-Anness 3 li ġej. Iċ-ċertifikat ta' approvazzjoni għandu jikkonforma mal-kampjun riprodott fl-Anness 4.

Artikolu 13

1. Biex jidħlu fid-disposizzjonijiet ta' (a) u (b) ta' dan il-Kapitolu, containers iridu jinbnew f'konformita mal-kundizzjonijiet preskritti f'Parti I ta' l-Anness 7 u jridu jiġu approvati skond il-proċedura preskritta f'Parti II ta' dak l-Anness.

2. Containers approvati għat-trasport ta' merkanzija taħt siġill doganali bi qbil mal-Konvenzjoni doganali dwar containers, 1956, bil-ftehim li jinħolqu minnhom ikunu konklużi skond l-awspiċi tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Konvenzjoni doganali dwar containers, 1972, jew kull strument internazzjonali li jista' jidħol minflok il-Konvenzjoni msemmija l-aħħar, għandhom jiġu kunsidrati bħala li jikkonformaw mad-disposizzjonijiet ta' paragrafu 1 hawn fuq u jridu jiġu aċċettati għat-trasport skond il-proċedura tat-TIR mingħajr aktar approvazzjoni.

Artikolu 14

1. Kull Parti Kontraenti tirriserva d-dritt li tirrifjuta li tagħraf il-validita ta' l-approvazzjoni ta' vetturi tat-triq jew kontenituri li ma jilħqux il-kundizzjonijiet dikjarati fl-Artikoli 12 u 13 hawn fuq. Madankollu, Partijiet Kontraenti għandhom jevitaw dewmien ta' traffiku meta d-difetti li jinstabu huma ta' importanza minuri u ma jinvolvux kull riskju ta' kuntrabandu.

2. Qabel ma terġa' tintuża għat-trasport ta' merkanzija taħt siġill doganali, kull vettura tat-triq jew container li m'għadhomx jilħqu il-kundizzjonijiet li ġustifikaw l-approvazzjoni tagħhom, għandhom jew jiġu restawrati għall-istat oriġinali tagħhom, jew ikunu prezentati għal approvazzjoni mill-ġdid.

(b) Proċedura għat-trasport taħt kopertura ta' Carné tat-TIR

Artikolu 15

1. L-ebda dokument speċjali doganali m'għandu jkun meħtieġ rigward l-importazzjoni temporanja ta' vettura tat-triq, tagħqid ta' vetturi jew container li jġorru merkanzija taħt kopertura tal-proċedura tat-TIR. L-ebda garanzija m'għandha tinħtieġ għall-vettura tat-triq jew tagħqid ta' vetturi jew container,

2. Id-disposizzjonijiet ta' paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu m'għandhomx jipprevjenu Parti Kontraenti milli teħtieġ it-twettieq fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni ta' formalitajiet preskritti mir-regolamenti nazzjonali tagħha biex tiżgura li, ladarba l-operat tat-TIR ikun tlesta, l-vettura tat-triq, it-tagħqid ta' vetturi jew il- container ikunu esportati mill-ġdid.

Artikolu 16

Meta vettura tat-triq jew tagħqid ta' vetturi jkunu qed iwettqu operat tat-TIR, pjanċa rettangolari waħda li ġġorr il-kitba "TIR" u li tikkonforma ma' l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fl-Anness 5 ma' din il-Konvenzjoni għandha titwaħħal mal-quddiem u oħra mal-parti ta' wara tal-vettura tat-triq jew tagħqid ta' vetturi. Dawn il-pjanċi għandhom jitpoġġew b'tali mod li jkunu jidhru bil-għajn u għandhom ikunu jistgħu jitneħħew.

Artikolu 17

1. Carné wieħed tat-TIR għandu jsir rigward kull vettura tat-triq jew container. Madankollu, Carné wieħed tat-TIR jista' jsir rigward tagħqid ta' vetturi jew għal numru ta' containers li jiġu mgħobbija fuq vettura waħda tat-triq jew fuq tagħqid ta' vetturi. F'dak il-każ il-manifest tat-TIR tal-merkanzija koperta mill-Carné tat-TIR għandha tniżżel f'lista separatament il-kontenut ta' kull vettura fit-tagħqid ta' vetturi jew ta' kull container.

2. Il-Carné tat-TIR għandu jkun validu għal vjaġġ wieħed biss. Għandu jikkontjeni għall-inqas in-numru ta' rċevuti ta' tip separabili għall-aċċettazzjoni doganali u għal tħassir li huma meħtieġa għall-operat tat-trasport msemmi.

Artikolu 18

Operat tat-TIR jista' jinvolvi numru ta' uffiċċji doganali tal-ħruġ u tad-destinazzjoni, imma, għajr kif jista' jkun awtorizzat mod ieħor mill-Parti jew Partijiet Kontraenti konċernati:

(a) l-uffiċċji doganali tal-ħruġ għandhom ikunu lokati f'pajjiż wieħed biss;

(b) l-uffiċċji doganali tad-destinazzjoni għandhom ikunu lokati f'mhux aktar minn żewġ pajjiżi;

(ċ) in-numru totali ta' uffiċċji doganali tal-ħruġ u tad-destinazzjoni m'għandux jaqbeż l-erbgħa.

Artikolu 19

Il-merkanzija u l-vettura tat-triq, it-tagħqid ta' vetturi jew il- container għandhom jiġu prodotti mal- Carné tat-TIR fl-uffiċċju doganali tal-ħruġ. L-awtoritàjiet doganali tal-pajjiż tal-ħruġ għandhom jieħdu l-miżuri li huma meħtieġa biex jissodisfaw lilhom infushom rigward l-eżattezza tal-manifest tal-merkanzija u/jew biex jitwaħħlu s-siġilli doganali jew biex jiġu spezzjonati s-siġilli mwaħħla fuq ir-responsabbilta ta' l-awtoritàjiet doganali msemmija mill-persuni awtorizzati kif mistħoqq.

Artikolu 20

Għal vjaġġi fit-territorju tal-pajjiż tagħhom, l-awtoritàjiet doganali jistgħu jiffissaw limitu taż-żmien u jeħtieġu l-vettura tat-triq, it-tagħqid ta' vetturi jew il- container biex isegwu rotta preskritta.

Artikolu 21

F'kull uffiċċju doganali li jinsab matul ir-rotta u f'uffiċċji doganali tad-destinazzjoni, il-vettura tat-triq, it-tagħqid ta' vetturi jew il-container għandhom jiġu prodotti għal għanijiet ta' kontroll lill-awtoritàjiet doganali flimkien mat-tagħbija u l- Carné tat-TIR li għandu x'jaqsam ma' dan.

Artikolu 22

1. Bħala regola ġenerali u minbarra meta jeżaminaw il-merkanzija bi qbil ma' l-Artikolu 5 (2), l-awtoritàjiet doganali ta' l-uffiċċji doganali li jinsabu matul ir-rotta ta' kull Partijiet Kontraenti għandhom jaċċettaw is-siġilli doganali ta' Partijiet Kontraenti oħra basta li huma intatti. L-awtoritàjiet doganali msemmija jistgħu, madankollu, jekk ħtiġijiet ta' kontroll jagħmluha meħtieġa, iżidu s-siġilli tagħhom stess.

2. Is-siġilli doganali b'hekk aċċettati minn Parti Kontraenti għandu jkollhom fit-territorju ta' dik il-Parti Kontraenti l-benefiċċju ta' l-istess protezzjoni legali kif ikun mogħti lis-siġilli nazzjonali.

Artikolu 23

L-awtoritàjiet doganali m'għandhomx, minbarra f'każijiet speċjali:

- jeħtieġu vetturi tat-triq, tagħqid ta' vetturi jew containers biex jitwasslu bi spejjeż tal-ġarrara fit-territorju tal-pajjiż tagħhom,

- jeħtieġu eżami matul ir-rotta ta' vetturi tat-triq, tagħqid ta' vetturi jew containers u t-tagħbija tagħhom.

Artikolu 24

Jekk l-awtoritàjiet doganali jikkonduċu eżami tat-tagħbija ta' vettura tat-triq, tagħqid ta' vetturi jew container fil-kors tal-vjaġġ jew f'uffiċċju doganali matul ir-rotta, għandhom jirreġistraw fuq l-irċevuti tal-Carné tat-TIR użati fil-pajjiż tagħhom stess, fuq il-mamma korrespondenti, u fuq l-irċevuti li jibqgħu fil- Carné tat-TIR, partikolaritajiet tas-siġilli l-ġodda mwaħħla u tal-kontrolli mwettqa.

Artikolu 25

Jekk is-siġilli doganali jitqassmu matul ir-rotta b'mod differenti milli fiċ-ċirkostanzi ta' l-Artikoli 24 u 35, jew jekk xi merkanzija tiġi meqruda jew danneġġjata mingħajr ksur ta' dawn is-siġilli, l-proċedura preskritta fl-Anness 1 ma' din il-Konvenzjoni għall-użu tal-Carné tat-TIR għandha, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tad-disposizzjonijiet ta' liġi nazzjonali, tiġi segwita, u r-rapport ċertifikat fil-Carné tat-TIR għandu jitlesta.

Artikolu 26

1. Meta trasport taħt il-kopertura tal-Carné tat-TIR iseħħ fit-territorju ta' Stat li m‘huwiex Parti Kontraenti ma' din il-Konvenzjoni, l-operat tat-TIR għandu jiġi sospiż matul dik il-parti tal-vjaġġ. F'dak il-każ, l-awtoritàjiet doganali tal-Parti Kontraenti li fuq it-territorju tagħha l-vjaġġ ikompli għandhom jaċċettaw il-Carné tat-TIR għall-bidu mill-ġdid ta' l-operat tat-TIR, basta iżda li s-siġilli doganali u/jew marki ta' identifikazzjoni ikunu baqgħu intatti.

2. L-istess għandu japplika fejn għal parti mill-vjaġġ il-Carné tat-TIR m‘huwiex użat mill-possessur tal-Carné fit-territorju ta' Parti Kontraenti minħabba fl-eżistenza ta' proċeduri ta' transitu doganali aktar sempliċi jew meta l-użu ta' reġim ta' transitu doganali m‘huwiex meħtieġ.

3. F'dawn il-każijiet l-uffiċċji doganali fejn l-operat tat-TIR huwa sospiż jew mibdi mill-ġdid għandhom jitqiesu bħala l-uffiċċji doganali tal-ħruġ en route u uffiċċji doganali tad-dħul matul ir-rotta rispettivament.

Artikolu 27

Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni, u b'mod partikolari l-Artikolu 18, uffiċċju doganali tad-destinazzjoni ieħor jista' jiġi sostitwit għal uffiċċju doganali tad-destinazzjoni indikat oriġinarjament.

Artikolu 28

Mal-wasla tat-tagħbija fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni, u basta iżda li l-merkanzija hija mbagħad imqiegħda taħt sistema oħra ta' kontroll doganali jew imneħħija għall-użu fid-dar, tħassir tal-Carné tat-TIR għandu jseħħ mingħajr dewmien.

(ċ) Disposizzjonijiet li jirrigwardjaw trasport ta' merkanzija tqila jew goffa

Artikolu 29

1. Id-disposizzjonijiet ta' din it-taqsima japplikaw biss għat-trasport ta' merkanzija tqila jew goffa kif definit fl-Artikolu 1 (k) ta' din il-Konvenzjoni.

2. Fejn id-disposizzjonijiet ta' din it-taqsima japplikaw, merkanzija tqila jew goffa tista', jekk l-awtoritàjiet fl-uffiċċju doganali tal-ħruġ jiddeċiedu hekk, tinġarr permezz ta' vetturi jew containers mhux siġillati.

3. Id-disposizzjonijiet ta' din it-taqsima għandhom japplikaw biss jekk, fl-opinjoni ta' l-awtoritàjiet fl-uffiċċju doganali tal-ħruġ, il-merkanzija tqila jew goffa li tinġarr u kull aċċessorju li jinġarr magħhom jistgħu jiġu identifikati faċilment b'riferenza għad-deskrizzjoni msemmija, jew jistgħu jiġu provduti bis-siġilli doganali u/jew marki ta' identifikazzjoni sabiex jipprevjenu kull sostituzzjoni, jew tneħħija tal-merkanzija, mingħajr t-toqol ovvju.

Artikolu 30

Id-disposizzjonijiet kollha ta' din il-Konvenzjoni, minbarra dawk li għalihom id-disposizzjonijiet ta' din it-taqsima jagħmlu eċċezzjoni, għandhom japplikaw għat-trasport ta' merkanzija tqila jew goffa skond il-proċedura tat-TIR.

Artikolu 31

Il-liabilita ta' l-assoċjazzjoni li qed tiggarantixxi m'għandhiex tkopri biss il-merkanzija li hija enumerata fil-Carné tat-TIR imma anke kull merkanzija li, għalkemm mhux enumerata fil-Carné, hija fuq il-pjattaforma tat-tagħbija jew fost il-merkanzija enumerata fil-Carné tat-TIR.

Artikolu 32

Il-kopertura u l-irċevuti kollha tal-Carné tat-TIR għandhom iġorru l-endorsja "merkanzija tqila jew goffa" f'ittri ħoxnin bl-Ingliż jew bil-Franċiż.

Artikolu 33

L-awtoritàjiet fl-uffiċċju doganali tal-ħruġ jistgħu jeħtieġu listi ta' pakkeġġjar bħal dawn, ritratti, tpinġijiet, eċċ., li huma meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-merkanzija li tinġarr li jridu jitwaħħlu mal-Carné tat-TIR. F'dan il-każ għandhom jendorsjaw dawn id-dokumenti, kopja tad-dokumenti msemmija għandha titwaħħal mal-parti ta' ġewwa tal-paġna tal-kopertura tal-Carné tat-TIR, u l-manifesti tal-Carné tat-TIR għandhom jinkludu riferenza għal dawn id-dokumenti.

Artikolu 34

L-awtoritàjiet fl-uffiċċju doganali en route ta' kull wieħed mill-Partijiet Kontraenti għandhom jaċċettaw is-siġilli doganali u/jew marki ta' identifikazzjoni mwaħħla mill-awtoritàjiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti l-oħra. Jistgħu ukoll, madankollu, iwaħħlu siġilli addizzjonali u/jew marki ta' identifikazzjoni; għandhom jirreġistraw partikolaritajiet tas-siġilli ġodda u/jew marki ta' identifikazzjoni fuq l-irċevuti tal-Carné tat-TIR użati fil-pajjiż tagħhom, fuq il-mamma (counterfoil) korrespondenti u fuq l-irċevuti li jibqgħu fil-Carné tat-TIR.

Artikolu 35

Jekk l-awtoritàjiet doganali li qed jikkonduċu eżami tat-tagħbija f'uffiċċju doganali en route jew fil-kors tal-vjaġġ huma obbligati li jiksru siġilli u/jew ineħħu marki ta' identifikazzjoni, għandhom jirreġistraw is-siġilli ġodda u/jew marki ta' identifikazzjoni fuq l-irċevuti tal-Carné tat-TIR, użati fil-pajjiż tagħhom, fuq il-mamma korrespondenti u fuq l-irċevuti li jibqgħu fil-Carné tat-TIR.

KAPITOLU IV

IRREGOLARITAJIET

Artikolu 36

Kull ksur tad-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni għandu jirrendi lil min jwettaq dan il-ksur responsabbli fil-pajjiż fejn l-offiża ġiet kommessa, għall-penali preskritti mil-liġi ta' dak il-pajjiż.

Artikolu 37

Meta ma jkunx possibbli li jiġi stabbilit f'liema territorju tkun ġiet kommessa irregolarita għandha titqies li tkun ġiet kommessa fit-territorju tal-Parti Kontraenti fejn tinkixef.

Artikolu 38

1. Kull waħda mill-Partijiet Kontraenti għandha jkollha d-dritt li teskludi temporanjament jew b'mod permanenti mill-operat ta' din il-Konvenzjoni kull persuna ħatja ta' offiża serja kontra l-liġijiet jew regolamenti doganali applikabbli għat-trasport internazzjonali ta' merkanzija.

2. Din l-esklużjoni għandha tiġi mgħarrfa immedjatament lill-awtorità doganali tal-Parti Kontraenti li fit-territorju tagħha l-persuna konċernati hija stabbilita jew residenti, u anke lill-assoċjazzjoni(jiet) li qed jiggarantixxu fil-pajjiż fejn tkun ġiet kommessa l-offiża.

Artikolu 39

Fejn l-operati tat-TIR huma aċċettati bħala mill-bqija bħala fl-ordni:

1. Il-Partijiet Kontraenti m'għandhomx jagħtu każ ta' diskrepanzi minuri fl-osservanza ta' limiti taż-żmien jew rotti preskritti.

2. Bl-istess mod, diskrepanzi bejn il-partikolaritajiet dwar il-manifest tal-merkanzija tal-Carné tat-TIR u l-kontenuti attwali ta' vettura tat-triq, tagħqid ta' vetturi jew container m'għandhomx jitqiesu bħala ksur tal-Konvenzjoni mill-possessur tal-Carné tat-TIR meta xhieda hija prodotta għas-sodisfazzjoni ta' l-awtoritàjiet kompetenti li dawn id-diskrepanzi ma kienux minħabba fi żbalji kommessi apposta jew permezz ta' negliġenza fil-ħin meta l-merkanzija ġiet mgħobbija jew mibgħuta jew meta jkun sar il-manifest.

Artikolu 40

L-amministrazzjonijiet doganali tal-pajjiżi tal-ħruġ u tad-destinazzjoni m'għandhomx iqisu lill-possessur tal-Carné tat-TIR responsabbli għad-diskrepanzi li jistgħu jiġu skoperti f'dawk il-pajjiżi, meta d-diskrepanzi fil-fatt jirrelataw mal-proċeduri doganali li ġew qabel jew segwew operat tat-TIR u li fihom l-possessur ma ġiex involut.

Artikolu 41

Meta jiġi stabbilit għas-sodisfazzjoni ta' l-awtoritàjiet doganali li merkanzija speċifikata fuq il-manifest ta' Carné tat-TIR tkun inqerdet jew tkun intilfet mingħajr ma tista' qatt tinstab jew b'inċident jew forza maġġuri jew li huma nieqsa minħabba fin-natura tagħhom, ħlas tad-dazji u taxxi normalment dovuti għandu jiġi rinunzjat.

Artikolu 42

Ma' l-irċevuta minn Parti Kontraenti ta' talba li tagħti r-raġunijiet rilevanti, l-awtoritàjiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti konċernati f'operat tat-TIR għandhom ifornu lil dik il-Parti Kontraenti bit-tagħrif kollu disponibbli meħtieġ għall-implimentazzjoni tad-disposizzjoniiet ta' l-Artikoli 39, 40 u 41 hawn fuq.

KAPITOLU V

NOTI TA' SPJEGAZZJONI

Artikolu 43

In-Noti ta' Spjegazzjoni dikjarati fl-Anness 6 u fil-Parti III ta' l-Anness 7 jinterpretaw ċerti disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni u l-Annessi tagħha. Għandhom jiddeskrivu wkoll ċerti prattiċi rakkomandati.

KAPITOLU VI

DISPOSIZZJONIJIET MIXELLANJI

Artikolu 44

Kull Parti Kontraenti għandha tipprovdi lill-assoċjazzjonijiet konċernati li qed jiggarantixxu b'faċilitajiet għal:

(a) trasferiment tal-muniti meħtieġa għas-somom pretesi mill-awtoritàjiet tal-Partijiet Kontraenti bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 ta' din il-Konvenzjoni; u

(b) it-trasferiment tal-muniti għall-ħlas tal-formoli tal-Carné tat-TIR mibgħuta lill-assoċjazzjoni li qed tiggarantixxi mill-assoċjazzjonijiet barranin korrespondenti jew mill-organizzazzjonijiet internazzjonali.

Artikolu 45

Kull Parti Kontraenti għandha tikkawża l-pubblikazzjoni tal-lista ta' uffiċċji doganali tal-ħruġ, uffiċċji doganali matul ir-rotta u uffiċċji doganali tad-destinazzjoni approvati minnha biex jitwettqu operati tat-TIR. Il-Partijiet Kontraenti ta' territorji fil-qrib għandhom jikkonsultaw lil xulxin biex jiftiehmu fuq uffiċċji korrespondenti fil-fruntiera u fuq il-ħinijiet tal-ftuħ tagħhom.

Artikolu 46

1. L-ebda bidla m'għandha ssir għal attendenza doganali f'konnessjoni ma' l-operati doganali msemmija f'din il-Konvenzjoni, minbarra fejn tkun provduta fi ġranet jew f'ħinijiet jew f'postijiet oħra għajr dawk normalment maħtura għal dawn l-operati.

2. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jirranġaw sal-punt l-aktar sħiħ possibbli biex operati doganali li jikkonċernaw merkanzija li tinħela fl-uffiċċji doganali ikunu faċilitati.

Artikolu 47

1. Id-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni m'għandhomx jipprekludu la l-applikazzjoni ta' restrizzjonijiet u kontrolli imposti skond regolamenti nazzjonali fuq il-bażi ta' moralita pubblika, sigurta pubblika, iġjene jew saħħa pubblika, jew għal raġunijiet veterinarji jew fitopatoloġiċi, lanqas il-ġbir ta' ħlasijiet dovuti li jitħallsu bis-saħħa ta' dawn ir-regolamenti.

2. Id-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni m'għandhomx jipprekludu l-applikazzjoni ta' disposizzjonijiet oħra jew trasport regolat b'mod nazzjonali jew internazzjonali.

Artikolu 48

Xejn f'din il-Konvenzjoni m'għandu jipprevjeni lill-Partijiet Kontraenti li jiffurmaw unjoni doganali jew ekonomika, milli jgħaddu disposizzjonijiet speċjali rigward operati tat-trasport li jibdew jew jispiċċaw, jew jgħaddu mit-territorji tagħhom, basta iżda li dawn id-disposizzjonijiet ma jnaqqsux il-faċilitajiet provduti minn din il-Konvenzjoni.

Artikolu 49

Din il-Konvenzjoni m'għandhiex tipprevjeni l-applikazzjoni ta' faċilitajiet akbar li l-Partijiet Kontraenti jagħtu jew jistgħu jkollhom ix-xewqa li jagħtu jew permezz ta' disposizzjonijiet unilaterali jew bis-saħħa ta' ftehim bilaterali jew multilaterali basta li dawn il-faċilitajiet ma jimpedux l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni u, partikolarment, operati tat-TIR .

Artikolu 50

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkomunikaw lil xulxin, fuq talba, tagħrif meħtieġ għall-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni, u partikolarment tagħrif li għandu x'jaqsam ma' l-approvazzjoni ta' vetturi tat-triq jew containers u mal-karatteristiċi tad-disinn tagħhom.

Artikolu 51

L-Annessi ma' din il-Konvenzjoni għandhom jiffurmaw parti integrali minnu.

KAPITOLU VII

KLAWSOLI FINALI

Artikolu 52

Firma, ratifikazzjoni, aċċettazzjoni, approvazzjoni u adeżjoni

1. L-Istati kollha li huma membri tan-Nazzjonijiet Uniti jew membri ta' xi waħda mill-aġenziji speċjalizzati jew ta' l-Aġenzija Internazzjonali ta' l-Enerġija Atomika u partijiet fl-Istatut tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja, u kull Stat ieħor mistieden mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, jistgħu jsiru Partijiet Kontraenti ma' din il-Konvenzjoni:

(a) b‘li jiffirmawha mingħajr riserva ta' ratifikazzjoni, aċċettazzjoni jew approvazzjoni;

(b) b‘li jiddepożitaw strument ta' ratifikazzjoni, aċċettazzjoni jew approvazzjoni wara li jiffirmawha bla ħsara għal ratifikazzjoni, aċċettazzjoni jew approvazzjoni; jew

(ċ) b‘li jiddepożitaw strument ta' adeżjoni.

2. Din il-Konvenzjoni għandha tinfetaħ mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 1976 inklussivi għal firma fl-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti f'Ġeneva mill-Istati msemmija f'paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Wara dan għandha tinfetaħ għall-adeżjoni tagħhom.

3. Unjonijiet doganali jew ekonomiċi jistgħu, flimkien ma' l-Istati membri kollha tagħhom jew f'xi ħin wara li l-Istati membri kollha jkunu saru Partijiet Kontraenti ma' din il-Konvenzjoni, isiru wkoll Partijiet Kontraenti ma' din il-Konvenzjoni bi qbil mad-disposizzjonijiet ta' paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu. Madankollu, dawn l-unjonijiet m'għandux ikollhom id-dritt tal-vot.

4. L-istrumenti ta' ratifikazzjoni, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni għandhom ikunu depositati mas-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

Artikolu 53

Dħul fis-seħħ

1. Din il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ sitt xhur wara d-data li fiha ħames Stati riferiti fl-Artikolu 52 (1) ikunu firmawha mingħajr riserva ta' ratifikazzjoni, aċċettazzjoni jew approvazzjoni jew ikunu depożitaw l-istrumenti ta' ratifikazzjoni, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni.

2. Wara li ħames Stati riferiti fl-Artikolu 52 (1) ikunu iffirmawha mingħajr riserva ta' ratifikazzjoni, aċċettazzjoni jew approvazzjoni, jew ikunu depożitaw l-istrumenti tagħhom ta' ratifikazzjoni, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni, din il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ għal aktar Partijiet Kontraenti sitt xhur wara d-data tad-depożitu ta' l-istrumenti tagħhom ta' ratifikazzjoni, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni.

3. Kull strument ta' ratifikazzjoni, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni depożitat wara d-dħul fis-seħħ ta' emenda lil din il-Konvenzjoni għandu jitqies li japplika għal din il-Konvenzjoni kif emendata.

4. Kull strument bħal dan depożitat wara li tkun ġiet aċċettata emenda imma qabel ma tkun daħlet fis-seħħ għandu jitqies li japplika għal din il-Konvenzjoni kif emendata fid-data ta' meta l-emenda tidħol fis-seħħ.

Artikolu 54

Denunzja

1. Kull Parti Kontraenti tista' tiddenunzja din il-Konvenzjoni billi tinnotifika dan lis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

2. Id-Denunzja għandha tidħol fis-seħħ ħmistax-il xahar wara d-data ta' meta is-Segretarju-Ġenerali jkun irċieva in-notifika tad-denunzja.

3. Il-validita tal-Carné tat-TIR aċċettata mill-uffiċċju doganali tal-ħruġ wara d-data ta' meta d-denunzja tidħol fis-seħħ m'għandhiex tiġi affettwata minn dan u l-garanzija ta' l-assoċjazzjoni li qed tiggarantixxi għandha żżomm sod bi qbil mad-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni.

Artikolu 55

Terminazzjoni

Jekk, wara d-dħul fis-seħħ ta' din il-Konvenzjoni, n-numru ta' Stati li huma Partijiet Kontraenti jispicca ghal kwalunkwe perjodu ta' 12-il xahar konsekuttiv, imnaqqas għal inqas minn ħamsa, l-Konvenzjoni għandha tieqaf milli jkollha effett mit-tmiem tal-perjodu ta' 12-il xahar.

Artikolu 56

Terminazzjoni ta' l-operat tal-Konvenzjoni tat-TIR, 1959

1. Mad-dħul fis-seħħ tagħha, din il-Konvenzjoni għandha tintemm u tieħu post, f'relazzjonijiet bejn il-Partijiet Kontraenti ma' din il-Konvenzjoni, il-Konvenzjoni tat-TIR, 1959.

2. Ċertifikati ta' approvazzjoni maħruġa rigward vetturi tat-triq u containers fuq il-kundizzjonijiet tal-Konvenzjoni tat-TIR, 1959, għandhom jiġu aċċettati matul il-perjodu tal-validita tagħhom jew xi estensjoni tiegħu għat-trasport ta' merkanzija taħt siġill doganali minn Partijiet Kontraenti ma' din il-Konvenzjoni, basta iżda li dawn il-vetturi u containers ikomplu jaderixxu l-kundizzjonijiet li fuqhom ġew oriġinarjament approvati.

Artikolu 57

Ftehim f'nuqqas ta' qbil

1. Kull nuqqas ta' qbil bejn żewġ Partijiet Kontraenti jew aktar li jirrigwardja l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni għandu, sa fejn ikun possibbli, jiġi stabbilit permezz ta' negozjati bejniethom jew permezz ta' mezzi oħra ta' ftehim.

2. Kull nuqqas ta' qbil bejn żewġ Partijiet Kontraenti jew aktar li jirrigwardja l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni li ma jistax jiġi miftiehem permezz tal-mezzi indikati f'paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu, fuq it-talba ta' waħda minnhom, jiġi riferit bħala tribunal ta' l-arbitraġġ kompost kif ġej: kull parti fin-nuqqas ta' ftehim għandha taħtar arbitru u dawn l-arbitri għandhom jaħtru arbitru ieħor, li għandu jkun il-president. Jekk, tliet xhur wara l-irċevuta ta' talba, waħda mill-partijiet tkun naqset milli taħtar arbitru jew jekk l-arbitri jkunu naqsu milli jagħżlu l-President, kull waħda mill-partijiet tista' titlob lis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti biex jaħtar arbitru jew il-President tat-tribunal ta' l-arbitraġġ.

3. Id-deċiżjoni tat-tribunal ta' l-arbitraġġ stabbilit skond id-disposizzjonijiet ta' paragrafu 2 għandha tkun torbot fuq il-partijiet fin-nuqqas ta' ftehim.

4. It-tribunal ta' l-arbitraġġ għandu jistabbilixxi r-regoli tiegħu ta' proċedura.

5. Id-deċiżjonijiet tat-tribunal ta' l-arbitraġġ għandhom jittieħdu bil-vot tal-maġġoranza.

6. Kull kontroversja li tista' tinħoloq bejn il-partijiet fin-nuqqas tal-ftehim rigward l-interpretazzjoni u l-eżekuzzjoni ta' l-għotja tista' tiġi sottomessa minn waħda mill-partijiet għal ġudizzju lit-tribunal ta' l-arbitraġġ li jkun għamel l-għotja.

Artikolu 58

Riservi

1. Kull Stat jista, fil-ħin ta' firma, ratifika jew adeżjoni ma' din il-Konvenzjoni, jiddikjara li ma jikkunsidrax lilu nnifsu marbut minn l-Artikolu 57 (2) sa (6) ta' din il-Konvenzjoni. Partijiet Kontraenti oħra m'għandhomx jintrabtu minn dawn il-paragrafi rigward kull Parti Kontraenti li tkun daħhlet riserva bħal din.

2. Kull Parti Kontraenti li tkun daħħlet riserva kif provdut fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tista' f'kull ħin tirtira din ir-riserva billi tinnotifika lis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

3. Minbarra r-riservi provduti f'paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-ebda riserva ma' din il-Konvenzjoni m'għandha tiġi permessa.

Artikolu 59

Proċedura biex tiġi emendata din il-Konvenzjoni

1. Din il-Konvenzjoni, inklużi l-Annessi tagħha, tista' tiġi emendata fuq il-proposta ta' Parti Kontraenti mill-proċedura speċifikata f'dan l-Artikolu.

2. Kull emenda proposta għal din il-Konvenzjoni għandha titqies minn Kumitat Amministrattiv kompost mill-Partijiet Kontraenti kollha bi qbil mar-Regoli ta' Proċedura dikjarati fl-Anness 8. Kull emenda bħal din meqjusa jew imħejjija matul il-laqgħa tal-Kumitat Amministrattiv u adottata minnha minn maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri preżenti li jivvutaw għandha tiġi komunikata mis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għall-aċettazzjoni tagħhom.

3. Minbarra kif provdut skond l-Artikolu 60, kull emenda proposta komunikata bi qbil mal-paragrafu preċedenti għandha tidħol fis-seħħ rigward il-Partijiet Kontraenti kollha tliet xhur wara t-temma tal-perjodu ta' 12-il xahar wara d-data ta' komunikazzjoni ta' l-emenda proposta matul liema perjodu l-ebda oġġezzjoni għall-emenda proposta ma' tkun ġiet komunikata lis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti minn Stat li huwa Parti Kontraenti.

4. Jekk oġġezzjoni għall-emenda proposta tkun ġiet komunikata bi qbil ma' paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-emenda għandha titqies li ma ġietx aċċettata u m'għandhiex ikollha effett, ikun x'ikun.

Artikolu 60

Proċedura speċjali biex jiġu emendati Annessi 1 sa 7

1. Kull emenda proposta għall-Annessi 1 sa 7 meqjusa bi qbil ma' l-Artikolu 59 (1) u (2) għandha tidħol fis-seħħ f'data li trid tiġi stabbilita mill-Kumitat Amministrattiv fil-ħin ta' l-adozzjoni tagħha sakemm, sa data qabel stabbilita mill-Kumitat Amministrattiv fl-istess ħin, wieħed minn ħamsa jew ħamsa mill-Istati li huma Partijiet Kontraenti, liema numru jkun l-inqas, jinnotifikaw lis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti bl-oġġezzjoni tagħhom għall-emenda. Stabbilizzazzjoni mill-Kumitat Amministrattiv tad-dati riferiti f'dan il-paragrafu għandha tkun minn maġġoranza ta' żewġ terzi ta' dawk preżenti u li jivvutaw.

2. Mad-dħul fis-seħħ, kull emenda adottata bi qbil mal-proċeduri dikjarati f'paragrafu 1 hawn fuq għandha għall-Partijiet Kontraenti kollha tbiddel u tidħol minflok kull disposizzjoni li tkun saret qabel, li għalihom tirreferi l-emenda.

Artikolu 61

Talbiet, komunikazzjonijiet u oġġezzjonijiet

Is-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għandu jgħarraf lill-Partijiet Kontraenti kollha u l-Istati kollha riferiti fl-Artikolu 52 (1) ta' din il-Konvenzjoni b'kull talba, komunikazzjoni jew oġġezzjoni skond l-Artikoli 59 u 60 hawn fuq u bid-data li fiha kull emenda tidħol fis-seħħ.

Artikolu 62

Konferenza ta' reviżjoni

1. Kull Stat li huwa Parti Kontraenti jista', permezz ta' notifika lis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, jitlob li konferenza tiġi mlaqqa' għall-għan ta' reviżjoni ta' din il-Konvenzjoni.

2. Konferenza ta' reviżjoni, li għaliha l-Partijiet Kontraenti kollha u l-Istati kollha riferiti fl-Artikolu 52 (1) għandhom jiġu mistiedna, għandha titlaqqa' mis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti jekk, fi żmien sitt xhur wara d-data ta' notifika mis-Segretarju-Ġenerali, mhux inqas minn waħda minn erbgħa mill-Istati li huma Partijiet Kontraenti jgħarrfuh bil-konkorrenza tagħhom mat-talba.

3. Konferenza ta' reviżjoni, li għaliha l-Partijiet Kontraenti kollha u l-Istati kollha riferiti fl-Artikolu 52 (1) għandhom jiġu mistiedna, għandha titlaqqa' mis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fuq notifika ta' talba mill-Kumitat Amministrattiv. Il-Kumitat Amministrattiv għandu jagħmel talba jekk din tiġi aċċettata minn maġġoranza ta' dawk preżenti u li qed jivvutaw fil-Kumitat.

4. Jekk titlaqqa' konferenza skond il-paragrafu 1 jew 3 ta' dan l-Artikolu, s-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għandu javża lill-Partijiet Kontraenti kollha u jistedinhom biex jissottomettu, fi żmien tliet xhur, il-proposti li jixtiequ li jitqiesu mill-konferenza. Is-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għandu jiċċirkola lill-Partijiet Kontraenti kollha l-aġenda proviżorja għall-konferenza, flimkien ma' testi ta' dawn il-proposti, mill-inqas tliet xhur qabel id-data li fiha l-konferenza se tiltaqa'.

Artikolu 63

Notifiki

B'żieda man-notifiki u l-komunikazzjonijiet provduti fl-Artikoli 61 u 62, is-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għandu jgħarraf lill-Istati kollha msemmija fl-Artikolu 52 b'dan li ġej:

(a) firem, ratifiki, aċċettazzjonijiet, approvazzjonijiet u adeżjonijiet skond l-Artikolu 52;

(b) id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din il-Konvenzjoni bi qbil ma' l-Artikolu 53;

(ċ) denunzji skond l-Artikolu 54;

(d) it-temma ta' din il-Konvenzjoni skond l-Artikolu 55;

(e) riservi skond l-Artikolu 58.

Artikolu 64

Test awtentiku

Wara l-31 ta' Diċembru 1976, l-oriġinal ta' din il-Konvenzjoni għandu jiġi depożitat mas-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, li għandu jitrasmetti kopji veri attestati lil kull waħda mill-Partijiet Kontraenti u lill-Istati riferiti fl-Artikolu 52 (1) li m‘humiex Partijiet Kontraenti.

Bħala xhud ta' dan, li l-fimatarju hawn taħt, awtoriżżat għal dan, iffirma dan il-Ftehim.

Magħmul f'Ġinevra, dan l-erbatax-il jum ta' Novembru elf disa' mija u ħamsa u sebgħin, f'kopja waħda bl-Ingliż, bil-Franċiż u bir-Russu, bit-tliet testi jkunu ugwalment awtentiċi.

--------------------------------------------------

ANNESS 1

CARNÉ TAT-TIR KAMPJUN

Il-Carné tat-TIR huwa stampat bil-Franċiż minbarra l-paġna 1 tal-kopertura fejn l-oġġetti huma stampati wkoll bl-Ingliż. Ir-"regoli rigward l-użu tal-Carné tat-TIR" mogħtija bil-Franċiż f'paġna 2 tal-kopertura huma stampati wkoll bl-Ingliż fuq paġna 3 tal-kopertura.

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS 2

REGOLAMENTI DWAR KUNDIZZJONIJIET TEKNIĊI APPLIKABBLI GĦAL VETTURI TAT-TRIQ LI JISTGĦU JIĠU AĊĊETTATI GĦAL TRASPORT INTERNAZZJONALI TAĦT SIĠILL DOGANALI

Artikolu 1

Prinċipji bażiċi

Approvazzjoni għat-trasport internazzjonali ta' merkanzija taħt siġill doganali li tista' tingħata biss lil vetturi, li l-kompartimenti tat-tagħbija tagħhom huma mibnija u mgħammra b'tali manjiera li:

(a) l-ebda merkanzija ma tista' titneħħa minn, jew tiddaħħal ġo, l-parti siġillata tal-vettura mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji ta' tbagħbis jew mingħajr ma jinkiser is-siġill doganali;

(b) siġilli doganali jistgħu jkunu mwaħħla magħhom b'mod sempliċi u effettiv;

(ċ) ma jikkontjenux l-ebda spaċji moħbija fejn merkanzija tista' tiġi moħbija;

(d) l-ispazji kollha kapaċi li jżommu merkanzija huma aċċessibbli faċilment għal spezzjoni doganali.

Artikolu 2

Struttura ta' kompartiment(i) tat-tagħbija

1. Biex jintlaħqu l-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 1 ta' dawn ir-Regolamenti:

(a) il-partijiet kostitwenti tal-kompartiment tat-tagħbija (ġnub, l-art, biex, saqaf, uprights, qafas, cross-pieces, eċċ) għandhom jingħaqdu flimkien jew permezz ta' mezzi li ma jistgħux jitneħħew u jiġu mibdula minn barra mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji jew permezz ta' metodi li jipproduċu struttura li ma tistax tiġi modifikata mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji. Meta l-ġnubijiet, l-art, il-bibien u s-saqaf ikunu magħmula minn komponenti varji, dawn għandhom jilħqu l-istess ħtiġijiet u jkunu ta' qawwa suffiċjenti;

(b) bibien u s-sistemi l-oħra kollha ta' għeluq (inklużi stopcocks, koperturi ta' tappieri, flanġijiet, eċċ) għandhom jitwaħħlu b'mezz li fuqu jistgħu jitwaħħu siġilli doganali. Dan il-mezz irid ikun tali li ma jistax jitneħħa u jinbidel minn barra mingħajr ma jħalli traċċi ovvji, jew il-bieb jew mezz ta' twaħħil jinfetaħ mingħajr ma jinkisru s-siġilli doganali. Dan ta' l-aħħar għandu jkun protett adegwatament. Soqfa li jinfetħu għandhom jiġu permessi;

(ċ) aperturi għal ventilazzjoni u drenaġġ għandhom jiġu provvduti b'mezz li jipprevjeni aċċess għall-parti interjuri tal-kompartiment tat-tagħbija. Dan il-mezz irid ikun tali li ma jistax jitneħħa u jinbidel minn barra mingħajr ma jħalli traċċi ovvji.

2. Minkejja d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 1 (ċ) ta' dawn ir-Regolamenti, partijiet kostitwenti tal-kompartiment tat-tagħbija li, għal raġunijiet prattiċi jridu jinkludu spazji vojta (per eżempju, bejn il-partizzjonijiet ta' ħajt doppju) għandhom jiġu permessi. Sabiex l-ispazji msemmija ma jkunux jistgħu jintużaw biex tinħeba merkanzija:

(i) fejn ikopri t-tul sħiħ mill-art sas-saqaf, jew, f'każijiet oħra, fejn l-ispazju bejnu u bejn il-ħajt ta' barra huwa magħluq kompletament, il-lining ġol-kompartiment tat-tagħbija għandu jitwaħħal b'mod li ma jistax jitneħħa u jinbidel mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji, u

(ii) fejn lining huwa ta' inqas mit-tul sħiħ u l-ispazji bejn il-lining u l-ħajt ta' barra m‘humiex kompletament magħluqin u fil-każijiet l-oħra kollha fejn spazji jseħħu fil-bini ta' kompartiment tat-tagħbija, n-numru ta' dawn l-ispazji għandu jinżamm għal minimu u dawn l-ispazji għandhom ikunu aċċessibbli faċilment għal spezzjoni doganali.

3. Twieqi għandhom jitħallew basta iżda li jkunu magħmula minn materjali ta' qawwa suffiċjenti u li ma jistgħux jitneħħew u jinbidlu minn barra mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji. Ħġieġ għandu madankollu jiġi permess, imma f'dan il-każ it-tieqa għandha tiġi ffittjata b' grada tal-metall imwaħħal li ma jistax jitneħħa minn barra; l-malja tal-grada m'għandhiex taqbeż l-10 mm.

4. Fetħiet magħmula ma' l-art għal għanijiet tekniċi, bħal ma huma lubrikazzjoni, manutenzjoni u mili tas-sandbox, għandhom jitħallew biss fuq kundizzjoni li jiġu fittjati b'kopertura kapaċi li tiġi mwaħħla b'tali mod li tirrendi l-kompartiment tat-tagħbija mhux aċċessibbli minn barra.

Artikolu 3

Vetturi mgħottija (sheeted)

1. Fejn ikun applikabbli, d-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 1 u 2 ta' dawn ir-Regolamenti għandhom japplikaw għal vetturi mogħtija (sheeted). B'żieda ma' dan, dawn il-vetturi għandhom jikkonformaw mad-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

2. L-għata (sheet) għandha tkun jew ta' kanvas b'saħħtu jew ta' drapp kopert bil-plastik jew gommat, li għandha tkun ta' qawwa suffiċjenti u li ma tiġġebbidx. Għandha tkun f'kundizzjoni tajba u magħmula b'tali mod li ladarba l-mezz ta' l-għeluq ikun ġie mwaħħal, ikun impossibbli biex jinkiseb aċċess għall-kompartiment tat-tagħbija mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji.

3. Jekk l-għata (sheet) tkun magħmula minn numru ta' biċċiet, il-ġnubijiet għandhom jintwew f'xulxin u jinħietu flimkien b'żewġ ħjatat mill-inqas 15 mm l-bogħod minn xulxin. Dawn il-ħjatat għandhom isiru kif muri f'Disinn Nru 1 mehmuż ma' dawn ir-Regolamenti; madankollu, fejn fil-każ ta' ċerti partijiet ta' l-għata (sheet) (bħal ma huma ġnub (flaps) u kantunieri rinfurzati) ma jkunx possibbli li jingħaqdu flimkien il-biċċiet b'dan il-mod, għandu jkun biżżejjed li jintewa l-ġenb tat-taqsima ta' fuq u jsiru l-ħjatat kif murija f'Disinn Nru 2 jew 2 (a) mehmuż ma' dawn ir-Regolamenti. Waħda mill-ħjatat għandha tkun tidher biss minn ġewwa u l-kulur tal-ħajt użat għal dik il-ħajta għandu jkun ċarament differenti mill-kulur ta' l-għata (sheet) nfisha u mill-kulur tal-ħajt użat għal dik il-ħajta l-oħra. Il-ħjatat għandhom ikunu meħjuta bil-magna.

4. Jekk l-għata (sheet) hija minn drapp kopert mill-plastik, u hija magħmula minn numru ta' biċċiet, il-biċċijiet jistgħu alternattivament jiġu weldjati flimkien fil-manjiera murija f'Disinn Nru 3 mehmuż ma' dawn ir-Regolamenti. Il-ġbubijiet tal-biċċiet għandhom jirkbu fuq xulxin mill-inqas b'15 mm. Il-biċċiet għandhom jitwaħħlu flimkien (fused) matul il-wisgha kollha tar-rikba. Il-ġenb ta' l-għata (sheet) ta' barra għandu jiġi kopert b'faxx ta' materjal tal-plastik ta' mill-inqas 17-il mm wiesgha, mwaħħal permezz ta' l-istess proċess ta' weldjar. Il-faxx tal-plastik u l-għata (sheet) fuq kull naħa tiegħu għal wisgha ta' mill-inqas 3 mm għandhom ikollhom disinn fir-riljev uniformi definit b'mod ċar stampat fuqhom. Il-biċċijiet għandhom jiġu weldjati b'tali mod li ma jistgħux jiġu separati u mwaħħla mill-ġdid mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji.

5. Tiswijiet għandhom isiru bi qbil mal-metodu deskritt f'Disinn Nru 4 mehmuż ma' dawn ir-Regolamenti; il-ġnubijiet għandhom jintwew f'xulxin u jinħietu flimkien b'żewġ ħjatat viżibbli mill-inqas 15-il mm l-bogħod minn xulxin; il-kulur tal-ħajt viżibbli minn ġewwa għandu jkun differenti minn dak tal-ħajt viżibbli minn barra u minn dawk ta' l-għata (sheet) innifisha; il-ħjatat kollha għandhom jinħietu bil-magna. Meta għata (sheet) li jkun danneġġjata viċin tal-ġnubijiet hija msewwija billi l-parti danneġġjata tinbidel b'roqgħa, l-ħajta tista' ssir ukoll bi qbil mad-disposizzjonijiet ta' paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u Disinn Nru 1 mehmuż ma' dawn ir-Regolamenti. Għata (sheets) ta' drapp kopert bil-plastik jistgħu jkunu alternattivament imsewwija bi qbil mal-metodu deskritt f'paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, imma f'dak il-każ il-faxx tal-plastik irid jitwaħħal maż-żewġ naħat ta' l-għata (sheet), bir-roqgħa mwaħħla fuq il-parti ta' ġewwa ta' l-għata (sheet).

6. (a) L-għata (sheet) għandha titwaħħal mal-vettura f'konformità stretta mal-kundizzjonijiet dikjarati fl-Artikolu 1 (a) u (b) ta' dawn ir-Regolamenti.It-tipi li ġejjin ta' mezzi ta' twaħħil għandhom jiġu provvduti:

(i) ċrieki tal-metall imwaħħla mal-vetturi,

(ii) vajlori mdaħħla fit-tarf ta' l-għata (sheet),

(iii) mezz ta' twaħħil li jgħaddi miċ-ċrieki 'l fuq mill-għata (sheet) u viżibbli minn barra għat-tul sħiħ tiegħu.

L-għata (sheet) għandha tirkeb fuq partijiet solidi tal-vetturi b'mill-inqas 250 mm, imkejla miċ-ċentru taċ-ċrieki li jwaħħlu, minbarra jekk is-sistema ta' bini tal-vettura nnifisha tipprevjeni kull aċċess għall-kompartiment tat-tagħbija.

(b) Meta xi tarf ta' għata (sheet) irid jitwaħħal b'mod permanenti ma' vettura, ż-żewġ uċuħ għandhom jitwaħħlu flimkien mingħajr qasma u għandhom jinżammu fil-post permezz ta' mezzi b'saħħithom.

7. L-għata (sheet) għandha tiġi appoġġjata minn struttura ta' fuq adegwata (uprights, ġnubijiet, arches, slats, eċċ).

8. L-għata (sheets) bejn iċ-ċrieki u l-ispazji bejn il-vajlori m'għandhiex taqbeż il-200 mm, Il-vajlori għandhom jiġu rinfurzati.

9. Dawn il-mezzi ta' twaħħil għandhom jintużaw:

(a) ħbula tal-wire ta' l-azzar ta' dijametru ta' mill-inqas 3 mm; jew

(b) ħbula ta' qanneb jew sisal ta' dijametru ta' mill-inqas 8 mm magħluqa (encased) f'saff trasparenti ta' plastik li ma jiġġebbidx.

Ħbula tal-wire jistgħu jkollhom saff trasparenti ta' plastik li ma jiġġebbidx.

10. Kull ħabel għandu jkun f'biċċa waħda u jkollu biċċa tat-tarf ta' metall iebes f'kull tarf. Il-mezz ta' twaħħil ta' kull biċċa tat-tarf tal-metall għandu jinkludi rivet vojt li jgħaddi mill-ħabel sabiex jiġi permess id-dħul tal-ħajt jew ċinga tas-siġill doganali. Il-ħabel għandu jibqa' viżibbli f'kull naħa tar-rivet vojt sabiex ikun possibbli li jiġi żgurat li l-ħabel ikun f'biċċa waħda (ara Disinn Nru 5 mehmuż ma' dawn ir-Regolamenti).

11. Fil-fetħiet fil-għata (sheet), użati għal tagħbija u ħatt, iż-żewġ naħat ta' l-għata (sheet) għandhom ikollhom rikba adegwata. Għandhom jitwaħħlu wkoll permezz ta':

(a) ġenb (flap) meħjut u wweldjat bi qbil ma' paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu;

(b) ċrieku u vajlori li jilħqu l-kundizzjonijiet ta' paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu; u

(ċ) ċinga dejqa (thong) magħmula minn materjal xieraq, f'biċċa waħda u li ma tiġġebbidx ta' wisgha ta' mill-inqas 20 mm u ħxuna ta' mill-inqas 3 mm, li tgħaddi miċ-ċrieki u li żżomm flimkien iż-żewġ naħat ta' l-għata u l-ġenb (flap); iċ-ċinga dejqa (thong) għandha tiġi mwaħħla ġo l-għata u titwaħħal b'vajlora biex tieħu l-ħabel imsemmi f'paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu.

Ġenb (flap) m'għandux jinħtieġ jekk mezz speċjali, bħal ma huwa baffle plate, jitwaħħal, li jipprevjeni aċċess għall-kompartiment tat-tagħbija mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji.

+++++ TIFF +++++

Għata (sheet) magħmula minn numru ta' biċċiet meħjuta flimkien

+++++ TIFF +++++

Għata (sheet) magħmula minn numru ta' biċċiet meħjuta flimkien

+++++ TIFF +++++

Għata (sheet) magħmula minn numru ta' biċċiet meħjuta flimkien

+++++ TIFF +++++

Għata (sheet) magħmula minn numru ta' biċċiet weldjati flimkien

+++++ TIFF +++++

Tiswija ta' l-għata (sheet)

+++++ TIFF +++++

Eżempju ta' biċċa tat-tarf

--------------------------------------------------

ANNESS 3

PROĊEDURA GĦALL-APPROVAZZJONI TA' VETTURI TAT-TRIQ LI JIKKONFORMAW MAL-KUNDIZZJONIJIET TEKNIĊI DIJKARATI FIR-REGOLAMENTI LI JINSTABU FL-ANNESS 2

Ġenerali

1. Vetturi tat-triq jistgħu jiġu approvati minn waħda minn dawn il-proċeduri li ġejjin:

(a) individwalment; jew

(b) permezz tat-tip tad-disinn (serje ta' vetturi tat-triq).

2. Ċertifikat ta' approvazzjoni li jikkonforma mal-formola standard ta' l-Anness 4 għandu jinħareġ għal vetturi approvati. Dan iċ-ċertifikat għandu jiġi stampat bil-lingwa tal-pajjiż tal-ħruġ u bil-Franċiż jew bl-Ingliż. Meta l-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni tħoss li huma meħtieġa, ritratti jew dijagrammi awtentikati minn dik l-awtorità għandhom jitwaħħlu maċ-ċertifikat. In-numru ta' dawk id-dokumenti għandu mbagħad jiddaħħal minn dik l-awtorità skond l-oġġett 6 taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni.

3. Iċ-ċertifikat ta' approvazzjoni għandu jinżamm fil-vettura tat-triq.

4. Vetturi tat-triq għandhom jiġu prodotti kull sentejn, għall-għanijiet ta' spezzjoni u għal tiġdid ta' approvazzjoni, fejn ikun xieraq, lill-awtoritàjiet kompetenti tal-pajjiż li fih il-vettura tkun reġistrata jew, fil-każ ta' vetturi m‘humiex reġistrati, tal-pajjiż li fih is-sid jew l-utent huwa residenti.

5. Jekk vettura tat-triq m'għadhiex tikkonforma mal-kundizzjonijiet tekniċi preskritti għall-approvazzjoni tagħha, għandha, qabel ma tintuża' għat-trasport ta' merkanzija taħt kopertura ta' Carnéi tat-TIR, tiġi restawrata għall-kundizzjoni li tkun ġustifikat l-approvazzjoni tagħha biex terġa' tikkonforma mal-kundizzjonijiet tekniċi msemmija.

6. Jekk il-karatteristiċi essenzjali ta' vettura tat-triq jinbidlu, il-vettura għandha tieqaf milli tiġi koperta mill-approvazzjoni u għandha terġa' tiġi approvata mill-awtorità kompetenti qabel ma tkun tista' tintuża għat-trasport ta' merkanzija taħt kopertura ta' Carnéi tat-TIR.

7. L-awtoritàjiet kompetenti tal-pajjiż ta' reġistrazzjoni tal-vettura jew, fil-każ ta' vetturi li għalihom reġistrazzjoni mhijiex meħtieġa, l-awtoritàjiet kompetenti tal-pajjiż fejn is-sid jew l-utent tal-vetturi huwa stabbilit tista', kif ikun il-każ, tirtira jew iġġedded mill-ġdid iċ-ċertifikat ta' approvazzjoni jew toħroġ ċertifikat ta' approvazzjoni ġdid fiċ-ċirkostanzi dikjarati fl-Artikolu 14 ta' din il-Konvenzjoni u f'paragrafi 4,5 u 6 ta' dan l-Anness.

Proċedura għal approvazzjoni individwali

8. Is-sid, l-operatur jew ir-rappreżentant tat-tnejn li huma għandu japplika lill-awtorità kompetenti għal approvazzjoni individwali. L-awtorità kompetenti għandha tispezzjona l-vettura tat-triq prodotta bi qbil mar-regoli ġenerali preskritti f'paragrafi 1 sa 7 hawn fuq u għandha tissodisfa lilha nnifisha li l-vettura tikkonforma mal-kundizzjonijiet tekniċi preskritti fl-Anness 2, u wara approvazzjoni għandha toħroġ ċertifikat li jikkonforma mal-mudell fl-Anness 4.

Proċedura għal approvazzjoni permezz tat-tip tad-disinn (serje ta' vetturi tat-triq)

9. Fejn vetturi tat-triq huma fabbrikati skond it-tip ta' serje, il-fabbrikatur jista' japplika lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż tal-manifattura għal approvazzjoni permezz ta' tip ta' disinn.

10. Il-fabbrikant għandu jiddikjara fl-applikazzjoni tiegħu n-numri jew ittri ta' identifikazzjoni li huwa jassenja għat-tip ta' vettura tat-triq li magħha għandha x'taqsam l-applikazzjoni għal approvazzjoni.

11. L-applikazzjoni għandha tiġi akkompanjata minn tpinġijiet u speċifikazzjoni ta' disinn dettaljata tat-tip ta' vettura tat-triq li trid tiġi approvata.

12. Il-fabbrikant għandu jagħti impenn bil-miktub li se:

(a) jipproduċi lill-awtorità kompetenti vetturi bħal dawn tat-tip konċernat kif dik l-awtorità tista' tkun tixtieq teżamina;

(b) jippermetti lill-awtorità kompetenti li teżamina aktar unitajiet f'kull ħin matul il-produzzjoni tat-tip ta' serje konċernat;

(ċ) javża lill-awtorità kompetenti b'kull tibdil, żgħir kemm hu żgħir, fid-disinn jew speċifikazzjoni qabel ma jipproċedi b'dan it-tibdil;

(d) jimmarka lill-vetturi tat-triq f'post viżibbli bin-numru jew ittri ta' identifikazzjoni tat-tip ta' disinn u n-numru tas-serje tal-vettura fit-tip ta' serje (numru tal-fabbrikant);

(e) iżomm rekord ta' vetturi fabbrikati skond it-tip ta' disinn approvat.

13. L-awtorità kompetenti għandha tiddikjara liema tibdil, jekk ikun hemm, irid isir għat-tip ta' disinn propost sabiex dik l-approvazzjoni tista' tingħata.

14. L-ebda approvazzjoni skond it-tip ta' disinn m'għandha tingħata minbarra jekk l-awtorità kompetenti tkun issodisfat lilha nnifisha permezz ta' eżami ta' vettura waħda jew aktar fabbrikati skond it-tip ta' disinn konċernat li vetturi ta' dak it-tip jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tekniċi preskritti fl-Anness 2.

15. L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-fabbrikant bil-miktub bid-deċiżjoni tagħha biex tagħti approvazzjoni permezz ta' tip ta' disinn. Din id-deċiżjoni għandha jkollha data u numru. L-awtorità li tkun ħadet id-deċiżjoni għandha tiġi ċarament nominata.

16. L-awtorità kompetenti għandha tieħu l-passi meħtieġa biex toħroġ ċertifikat ta' approvazzjoni, li jkun iffirmat kif mistħoqq, rigward kull vettura mibnija f'konformita ma' tip ta' disinn approvat.

17. Il-possessur taċ-ċertifikat approvat għandu, qabel ma juża' l-vettura għall-ġarr ta' merkanzija taħt il-kopertura ta' Carné tat-TIR, jimlew, jif jista' jinħtieġ, fuq iċ-ċertifikat ta' approvazzjoni:

- in-numru ta' reġistrazzjoni mogħti lill-vettura (oġġett 1) jew,

- fil-każ ta' vettura mhux suġġetta għal reġistrazzjoni, partikolaritajiet ta' ismu u l-indirizz kummerċjali (oġġett 8)

18. Meta vettura li tkun approvata minn tip ta' disinn tkun esportata lejn pajjiż ieħor li huwa Parti Kontraenti ma' din il-Konvenzjoni, l-ebda proċedura ta' approvazzjoni oħra ma tkun tinħtieġ f'dak il-pajjiż minħabba fl-importazzjoni tagħha.

Proċedura għall-accettazzjoni taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni

19. Meta vettura approvata, li ġġorr merkanzija taħt kopertura ta' Carné tat-TIR, tinstab li għandha difetti kbar, l-awtoritàjiet kompetenti ta' Partijiet Kontraenti jistgħu jirrifjutaw li jħallu l-vettura tkompli l-vjaġġ tagħha taħt Carné tat-TIR, jew tħalli l-vettura tkompli l-vjaġġ tagħha taħt Carné tat-TIR fuq it-territorju tagħha waqt li tieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa ta' sigurta. Il-vettura approvata trid tiġi restawrata għal stat sodisfaċenti kemm jista' jkun b'ħeffa, u f'kull każ qabel ma terġa' tintuża għat-trasport ta' merkanzija taħt kopertura ta' Carné tat-TIR.

20. F'kull wieħed minn dawn il-każijiet l-awtoritàjiet doganali għandhom jagħmlu accettazzjoni xierqa f'oġġett 10 taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tal-vettura. Meta l-vettura tkun ġiet restawrata għal kundizzjoni li tiġġustifika approvazzjoni, għandha tiġi preżentata lill-awtoritàjiet kompetenti ta' Parti Kontraenti li għandhom jerġgħu jivvalidaw iċ-ċertifikat billi jżidu endorsjar għal oġġett 11 li jikkanċella l-osservazzjonijiet ta' qabel. L-ebda vettura, li ċ-ċertifikat tagħha ġie accettat f'oġġett 10 skond id-disposizzjonijiet tal-paragrafu preċedenti, ma tista' tintuża għat-trasport ta' merkanzija taħt Carné tat-TIR sakemm tkun ġiet restawrata għal kundizzjoni sodisfaċenti u sakemm l-accettazzjoni f'oġġett 10 tkun ġiet kanċellata kif dikarat hawn fuq.

21. Kull accettazzjoni magħmulafuq iċ-ċertifikat għandha jkollha data u tiġi awtentikata mill-awtoritàjiet kompetenti.

22. Meta vettura tinstab li għandha difetti li l-awtoritàjiet doganali jikkunsidrawhom ta' importanza minuri u li ma jinvolvux riskju ta' kuntrabandu, l-użu kontinwu tal-vettura għat-trasport ta' merkanzija taħt kopertura ta' Carné tat-TIR jista' jiġi awtorizzat. Il-possessur taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni għandu jiġi mgħarraf bid-difetti u għandu jirrestawra l-vettura tiegħu għal stat sodisfaċenti f'ħin raġonevoli.

--------------------------------------------------

ANNESS 4

ĊERTIFIKAT MUDELL TA' APPROVAZZJONI TA' VETTURA TAT-TRIQ

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS 5

PJANĊI TAT-TIR

1. Id-dimensjonijiet tal-pjanċi għandhom ikunu 250 × 400 mm.

2. L-ittri "TIR" f'karatteristiċi Latini kapitali għandhom ikunu ta' 200 mm għoli u l-istrokes tagħhom mill-inqas ta' wisgha ta' 20 mm. L-ittri għandhom ikunu bojod fi sfond blu.

--------------------------------------------------

ANNESS 6

NOTI TA' SPJEGAZZJONI

DAĦLA

(i) Bi qbil mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 43 ta' din il-Konvenzjoni, in-Noti ta' Spjegazzjoni jinterpretaw ċerti disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni u ta' l-Annessi tagħha. Għandhom jiddeskrivu wkoll ċerti prattiċi rakkomandati.

(ii) In-Noti ta' Spjegazzjoni ma jimmodifikawx id-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni jew ta' l-Annessi tagħha imma sempliċiment jagħmlu l-kontenuti, it-tifsira u l-iskop tagħhom aktar preċiżi.

(iii) B'mod partikolari, filwaqt li jqisu d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12 ta' din il-Konvenzjoni u ta' l-Anness 2 li għandhom x'jaqsmu mal-kundizzjonijiet tekniċi għall-approvazzjoni ta' vetturi tat-triq għat-trasport taħt siġill doganali, in-Noti ta' Spjegazzjoni jispeċifikaw, fejn ikun xieraq, il-metodi ta' teknika ta' kostruzzjoni li jridu jiġu aċċettati mill-Partijiet Kontraenti bħala li jikkonformaw ma' dawk id-disposizzjonijiet. In-Noti ta' Spjegazzjoni għandhom jispeċifikaw ukoll, fejn ikun xieraq, liema metodi ta' teknika ta' kostruzzjoni ma jikkonformawx ma' dawn id-disposizzjonijiet.

(iv) In-Noti ta' Spjegazzjoni jipprovdu mezz ta' applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni u ta' l-Annessi tagħha sabiex iqisu l-iżvilupp ta' teknoloġija u ħtiġijiet ekonomiċi.

0. TEST EWLIENI TAL-KONVENZJONI

0.1. Artikolu 1

0.1. (b) (b) Il-miżati u ħlasijiet mistennija fl-Artikolu 1 (b) ifissru s-somom kollha, għajr dawk id-dazji u taxxi ta' importazzjoni jew esportazzjoni, intaxxati minn Partijiet Kontraenti jew f'konnessjoni ma' importazzjoni jew esportazzjoni. Dawn is-somom għandhom jiġu limitati fl-ammont għall-ispiża xierqa tas-servizzi mogħtija u m'għandhomx jirrappreżentaw protezzjoni indiretta għal prodotti domestiċi jew taxxa fuq importazzjonijiet jew esportazzjonijiet għal għanijiet fiskali. Dawn il-miżati u ħlasijiet jinkludu ħlasijiet fost oħrajn li għandhom x'jaqsmu ma':

- ċertifikati ta' orġini jekk ikunu meħtieġa għal transitu,

- analiżi mwettqa minn laboratorji doganali għal għanijiet ta' kontroll,

- spezzjonijiet doganali u operati oħra ta' isdoganar imwettqa barra minn sigħat tax- xogħol normali jew 'l bogħod minn uffiċċji doganali,

- spezzjonijiet għal raġunijiet sanitarji, veterinarji jew fitopatoloġiċi.

0.1.(e) It-terminu "demountable body" ifisser kompartiment tat-tagħbija li m'għandu l-ebda mezz ta' tqanqil (locomotion) u li huwa disinjat biex jiġi trasportat fuq vettura tat-triq, li x-xażi (chassis) tagħha, flimkien ma' l-qafas ta' taħt tal-vettura, huwa adattat speċjalment għal dan il-għan.

0.1.(e)(i) It-terminu "magħluq parzjalment", kif applikat għal tagħmir fl-Artikolu 1 (e) (i), għandu x'jaqsam ma' tagħmir li ġeneralment jikkonsisti minn art u struttura ta' fuq li timmarka spazju ta' tagħbija ekwivalenti għal dak ta' kontenitur magħluq. L-istruttura ta' fuq hija ġeneralment magħmula minn membri tal-metall li jiffurmaw il-qafas ta' container. Containers ta' dan it-tip jistgħu jikkomprendu ħajt wieħed jew aktar laterali jew frontali. F'xi każijiet hemm biss saqaf imwaħħal ma' l-art permezz ta' uprights. Dan it-tip ta' container huwa wżat partikolarment għat-trasport ta' merkanzija goffa (karrozzi bil-mutur, per eżempju).

0.2. Artikolu 2

0.2-1. Artikolu 2 jipprovdi li operat tat-trasport taħt kopertura ta' Carné tat-TIR jista' jibda u jispiċċa fl-istess pajjiż fuq kundizzjoni li parti mill-vjaġġ isir f'territorju barrani. F'dawn il-każijiet ma hemm xejn li jipprevjeni lill-awtoritàjiet doganali tal-pajjiż tal-ħruġ milli jeħtieġu, b'żieda mal-Carné tat-TIR, dokument nazzjonali, maħsub biex jiżgura importazzjoni mill-ġdid meħlusa mid-dazju tal-merkanzija. Huwa madankollu rakkomandat li awtoritàjiet doganali m'għandhomx jinsistu dwar l-użu ta' dan id-dokument imma jaċċettaw minflok endorsjar xieraq fuq il-Carné tat-TIR.

0.2-2. Id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu jħallu li merkanzija tinġarr taħt kopertura ta' Carné tat-TIR meta parti biss mill-vjaġġ issir bit-triq. Ma jispeċifikawx liema parti mill-vjaġġ irid isir bit-triq u huwa biżżejjed li dan għandu jseħħ f'xi punt bejn il-bidu u t-tmien ta' operat tat-TIR. Madankollu, jista' jiġri li, għal raġunijiet mhux prevvisti ta' natura kummerċjali jew inċidentali, l-ebda parti mill-vjaġġ ma tista' ssir bit-triq, minkejja l-intenzjonijiet tal-mittent fil-bidu tal-vjaġġ. F'dawn il-każijiet eċċezzjonali il-Partijiet Kontraenti għandhom madankollu jaċċettaw il-Carné tat-TIR u l-lijabilita ta' l-assoċjazzjonijiet li qed jiggarantixxu għandha jibqgħa fis-seħħ.

0.5. Artikolu 5

Dan l-Artikolu ma jeskludix id-dritt li jitwettqu spezzjonijiet fuq il-post fuq il-merkanzija imma jenfasizza li dawn l-ispezzjonijiet għandhom ikunu limitati fin-numru. Il-proċedura internazzjonali tal-Carné tat-TIR, fil-fatt, tipprovdi protezzjoni akbar minn dik li tingħata minn proċeduri nazzjonali. L-ewwel il-partikolaritajiet fuq il-Carné tat-TIR li għandhom x'jaqsmu mal-merkanzija jridu jaqblu mal-partikolaritajiet mogħtija fuq id-dokumenti doganali li jistgħu jinħtieġu fil-pajjiż tal-ħruġ. B'żieda ma' dan il-pajjiżi tat-transitu u tad-destinazzjoni jingħataw protezzjoni permezz tal-kontrolli li jitwettqu mal-partenza u li huma ċertifikati mill-awtoritàjiet doganali fl-uffiċċju tal-ħruġ (ara nota ma' l-Artikolu 19).

0.6.2. Artikolu 6 (2)

Skond id-disposizzjonijiet ta' dan il-paragrafu, l-awtoritàjiet doganali ta' pajjiż jistgħu japprovaw aktar minn assoċjazzjoni waħda, li kull waħda minnhom tista' tidħol f'liabilita li tinħoloq mill-operati taħt kopertura tal-Carnéi maħruġa minnha jew mill-assoċjazzjonijiet korrespondenti tagħha.

0.8.3. . Artikolu 8 (3)

Awtoritàjiet doganali huma rakkomandati li jillimitaw għal somma ugwali għal $ US 50000 kull Carné tat-TIR l-ammont massimu li jista' jiġi pretest minn assoċjazzjoni li qed tiggarantixxi.

0.8.6. Artikolu 8 (6)

1. Fl-assenza fil-Carné tat-TIR ta' partikolaritajiet dettaljati biżżejjed biex jippermettu ħlasijiet fuq il-merkanzija li trid tiġi stabbilita, il-partijiet konċernati jistgħu jipproduċu xhieda tan-natura preċiża tagħhom.

2. Jekk l-ebda xhieda ma hija fornita, dazji u taxxi se jitħallsu, mhux b'rata komuni li m'għandhiex x'taqsam man-natura tal-merkanzija, imma bir-rata l-aktar għolja applikabbli għat-tip ta' merkanzija koperta mill-partikolaritajiet fil-Carné tat-TIR.

0.10. Artikolu 10

Iċ-ċertifikat ta' tħassir tal-Carné tat-TIR għandu jitqies bħala li nkiseb b'manjiera mhix xierqa jew frawdolenti meta l-operat tat-TIR ikun twettaq permezz ta' kompartimenti jew containers tat-tagħbija adattati għal għanijiet frawdolenti, jew meta dawn il-prattiċi ħżiena bħal ma huma l-użu ta' dokumenti falżi jew mhux eżatti, is-sostituzzjoni ta' merkanzija, tbagħbis ta' siġilli doganali, eċċ., ikunu ġew skoperti, jew meta ċ-ċertifikat ikun inkiseb permezz ta' mezzi oħra illeċiti.

0.11. Artikolu 11

0.11-1. Huma u jiddeċiedu jekk jirillaxxawx il-merkanzija jew il-vettura jew le, awtoritàjiet doganali m'għandhomx, meta jkollhom mezzi oħra bil-liġi biex jipproteġu l-interessi li huma responsabbli għalihom, jiġu influwenzati mill-fatti li l-assoċjazzjoni li qed tiggarantixxi hija lijabbli għall-ħlas ta' dazji, taxxi u ingħaxx li jkun baqa' pagabbli mill-possessur tal-Carné.

0.11-2. Jekk assoċjazzjoni li qed tiggarantixxi tiġi mitluba, bi qbil mal-proċedura dikjarata fl-Artikolu 11, biex tħallas is-somom riferiti fl-Artikolu 8 (1) u (2) u tonqos milli tagħmel dan fil-limitu taż-żmien ta' tliet xhur preskritt mill-Konvenzjoni, l-awtoritàjiet kompetenti jistgħu joqogħdu fuq regolamenti nazzjonali fil-ħtieġa ta' pagament tas-somom imsemmija għaliex dak li huwa nvolut f'dawn il-każijiet huwa nuqqas li jitwettaq kuntratt ta' garanzija imdaħħla fl-assoċjazzjoni li qed tiggarantixxi skond liġi nazzjonali.

0.15. Artikolu 15

Ċerti diffikultajiet jistgħu jinħolqu fil-każ ta' vetturi mhux suġġetti għal reġistrazzjoni, bħal f'xi pajjiżi, karrijiet jew semi-karrijiet, meta dokumenti doganali mhumiex meħtieġa għal dħul temporanju. F'dak il-każ, id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 15 jistgħu jiġu osservati, waqt li tiġi żgurata protezzjoni xierqa għall-awtoritàjiet doganali, billi jiġu reġistrati partikolaritajiet ta' dawn il-vetturi (għamla u numri) fuq irċevuti 1 u 2 tal-Carné tat-TIR użati fil-pajjiżi konċernati u fuq il-mamma (counterfoils) korrespondenti.

0.17. Artikolu 17

0.17-1. Id-disposizzjoni li l-manifest tal-merkanzija kopert mill-Carné tat-TIR għandu juri separatament il-kontenuti ta' kull vettura ta' tagħqid ta' vetturi, jew ta' kull container, hija maħsuba biss biex tiġi simplifikata spezzjoni tal-kontenuti ta' kull vettura jew container. Din id-disposizzjoni m'għandhiex għalhekk tiġi nterpretata b'mod daqshekk riġidu li kull varjazzjoni bejn il-kontenuti attwali ta' vettura jew container u l-kontenuti ta' dik il-vettura jew container kif jidher fuq il-manifest titqies bħala ksur tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni. Jekk il-ġarrier ikun jista' jissodisfa l-awtoritàjiet rilevanti li, minkejja din il-varjazzjoni, il-merkanzija kollha murija fuq il-manifest taqbel mat-total tal-merkanzija mgħobbija fit-tagħqid ta' vetturi jew fil-containers kollha koperti mill-Carné tat-TIR, dan m'għandux normalment jitqies bħala ksur ta' ħtiġijiet doganali.

0.17-2. Fil-każ ta' ġarr ta' għamara tad-dar, il-proċedura preskritta f'paragrafu 10 (c) tar-regoli għall-użu tal-Carné tat-TIR jistgħu jiġu applikati, bil-lista ta' oġġetti konċernati ikkundensata b'mod raġonevoli.

0.18. Artikolu 18

0.18-1. Huwa essenzjali għall-operat bla xkiel tal-proċedura tat-TIR li l-awtoritàjiet doganali ta' pajjiż wieħed għandhom jirrifjutaw li jinnominaw uffiċċju tal-ħruġ doganali bħala uffiċċju tad-destinazzjoni doganali għal operat tat-trasport li qed isir f'pajjiż ġar meta dak il-pajjiż huwa wkoll Parti Kontraenti ma' din il-Konvenzjoni, minbarra jekk ikun hemm xi ċirkostanzi speċjali li jiġġustifikaw it-talba.

0.18-2. 1. Merkanzija għandha titgħabba b'tali mod li l-kunsinja li trid tinħatt fl-ewwel punt tal-ħatt tista' tinħareġ mill-vettura jew mill- container mingħajr ma jkun meħtieġ li jinħattu l-kunsinna jew il-kunsinni l-oħra ta' merkanzija li jridu jinħattu f'punti oħra ta' ħatt.

2. Fejn operat ta' trasport jinvolvi l-ħatt f'aktar minn uffiċċju wieħed huwa meħtieġ li, wara ħatt parzjali, rekord tiegħu għandu jsir f'kaxxa 12 fuq il-bqija tal-manifesti tal-Carné tat-TIR, u fl-istess ħin rekord ieħor għandu jsir fuq il-bqija ta' l-irċevuti u l-mamma korrespondenti b'rizultat li siġilli ġodda jkunu twaħħlu.

0.19. Artikolu 19

Il-ħtieġa li l-uffiċċju doganali tal-partenza għandu jispezzjona l-eżattezza tal-manifest tal-merkanzija timplika l-ħtieġa li tivverifika għall-inqas li l-partikolaritajiet fil-manifest tal-merkanzija jaqblu ma' dawk fid-dokumenti ta' esportazzjoni u fit-trasport jew dokumenti kummerċjali oħra li għandhom x'jaqsmu mal-merkanzija; l-uffiċċju ta' partenza doganali jista' wkoll ikollu jeżamina l-merkanzija. L-uffiċċju doganali tal-partenza trid ukoll, qabel ma twaħħal is-siġilli, tispezzjona l-kundizzjoni ta' vettura tat-triq jew container, u fil-każ ta' vetturi jew containers mogħtija, l-kundizzjoni ta' l-għata u twaħħil ta' l-għata, ladarba dan it-tagħmir mhuwiex inkluż fiċ-ċertifikat ta' approvazzjoni.

0.20. Artikolu 20

Meta jiffissaw limiti taż-żmien għat-trasport ta' merkanzija fit-territorju tagħhom, l-awtoritàjiet doganali jistgħu bl-istess mod iqisu fost ħwejjeġ oħra kull regolament speċjali li għalih ġarrara huma suġġetti, partikolarment regolamenti li għandhom x'jaqsmu ma sigħat tax-xogħol u perjodi ta' mistrieħ mandatorji għal sewwieqa ta' vetturi tat-triq. Huwa rakkomandat li dawn l-awtoritàjiet għandhom jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jippreskrivu rotta meta jqisuha essenzjali biss.

0.21. Artikolu 21

0.21-1. Id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu ma jirrestrinġux id-dritt ta' l-awtoritàjiet doganali li jeżaminaw il-partijiet kollha ta' vettura oħra għajr il-kompartiment siġillat tat-tagħbija.

0.21-2. L-uffiċċju doganali tad-dħul jista' jġiegħel lill-ġarrier jerġa' lura lejn l-uffiċċju doganali tal-ħruġ tal-pajjiż adjaċenti jekk dan isib li l-ebda isdoganar ma ingħata minn dak l-uffiċċju jew li l-iżdoganar ma ngħatax kif suppost. F'dawn il-każijiet l-uffiċċju tal-ħruġ doganali idaħħal nota fil-Carné tat-TIR għall-uffiċċju tal-ħruġ doganali konċernat.

0.21-3. Jekk fil-kors ta' eżami, awtoritàjiet doganali ifasslu kampjuni ta' merkanzija, nota li tirrekordja partikolaritajiet sħaħ tal-merkanzija meħuda tista' tittieħed minn dawk l-awtoritàjiet dwar il-manifest tal-merkanzija tal-Carné tat-TIR.

0.28. Artikolu 28

1. Artikolu 28 jipprovdi li tħassir tal-Carné tat-TIR fl-uffiċċju tad-destinazzjoni għandu jseħħ mingħajr dewmien, fuq kundizzjoni li l-merkanzija titpoġġa, taħt proċedura doganali oħra jew tiġi rilaxxata għall-użu tad-dar.

2. L-użu tal-Carné tat-TIR irid jiġi ristrett għall-funzjoni li kien maħsub li jkopri, prinċipalment l-operat tat-transitu. Il-Carné tat-TIR ma jridx, per eżempju, jintuża biex ikopri l-ħażna ta' merkanzija taħt kontroll doganali fid-destinazzjoni. Fejn l-ebda irregolarità ma tkun seħħet, l-uffiċċju tad-destinazzjoni trid tħassar il-Carné tat-TIR malli l-merkanzija koperta mill-Carné tkun ġiet taħt proċedura doganali oħra jew tkun ġiet rilaxxata għall-użu tad-dar. Fil-prattika skarigu jrid jingħata malli l-merkanzija tkun ġiet direttament esportata mill-ġdid (bħal, per eżempju,meta tiġi trasportata bil-baħar mal-wasla f'port), jew malli dikjarazzjoni għall-għanijiet doganali tkun saret fil-post tad-destinazzjoni, jew malli l-merkanzija tkun rċevuta ġo post approvat għall-ħażna waqt li tistenna dikjarazzjoni għall-għanijiet doganali (per eżempju, maħżen għall-merkanzija transit), bi qbil mar-regolamenti fis-seħħ fil-pajjiż tad-destinazzjoni.

0.29. Artikolu 29

L-ebda ċertifikat ta' approvazzjoni ma huwa meħtieġ għal vetturi tat-triq jew containers li jittrasportaw merkanzija tqila jew goffa. Hija, madankollu, r-responsabbilta ta' l-uffiċċju doganali tal-partenza li tiżgura li jintlaħqu l-kundizzjonijiet l-oħra preskritti f'dan l-Artikolu għal dan it-tip ta' transport. L-uffiċċji doganali ta' Partijiet Kontraenti oħra għandhom jaċċettaw id-deċiżjoni ta' l-uffiċċju doganali ta' partenza minbarra jekk fl-opinjoni tagħhom hija ċarament f'konflitt mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 29.

0.38.1. Artikolu 38 (1)

Impriża ta' negozju m'għandhiex tiġi esklusa mis-sistema tat-TIR minħabba f'offiżi kommessi minn wieħed mis-sewwieqa tagħha mingħajr l-għarfien tal-management.

0.38.2. Artikolu 38 (2)

Fejn Parti Kontraenti tkun ġiet mgħarrfa li persuna stabbilita jew residenti fit-territorju tagħha tkun ikkommettiet offiża fit-territorju ta' pajjiż barrani, m'għandhiex għalfejn tieqaf milli tħalli l-ħruġ ta' Carnéi tat-TIR lil dik il-persuna.

0.39. Artikolu 39

L-espressjoni "żbalji kommessi b' negliġenza" trid titiqies li tfisser azzjonijiet li, għalkemm mhux kommessi deliberatament u b'għarfien sħiħ tal-fatti, huma riżultat ta' nuqqas li jittieħdu passi raġonevoli u meħtieġa biex tiġi żgurata l-eżattezza tal-fatti f'kull każ partikolari.

0.45. Artikolu 45

Partijiet Kontraenti huma rakkomandati li jagħmlu l-akbar numru possibbli ta' uffiċċji doganali, kemm internament u kif ukoll fil-fruntiera, disponibbli biex jittrattaw ma' operati tat-TIR.

2. ANNESS 2.

2.2 Artikolu 2

2.2.1.(a) Subparagrafu 1 (a) – Tagħqid ta' partijiet kostitwenti

(a) Fejn jintużaw mezzi ta' tagħqid (rivets, viti, boltijiet u skorfini, eċċ.), numru biżżejjed ta' dawn il-mezzi għandhom jiġu mdaħħla minn barra, jgħaddu mill-partijiet kostitwneti magħquda, joħorġu fuq ġewwa u hemmhekk jiġu mwaħħla fiż-żgur (p.e. riveted, iwweldjati, bushed jew boltjati u swaged jew iwweldjati ma' l-skorfina).Madankollu, rivets konvenzjonali (p.e, rivets li t-tqegħid tagħhom jeħtieġ maniġġjar bl-idejn miż-żewġ naħat ta' partijiet kostitwenti) jistgħu jiddaħħlu minn ġewwa. Minkejja dan ta' fuq, l-art ta' kompartiment tat-tagħbija tista titwaħħal permezz ta' viti self-tapping, jew rivets self-drilling jew rivets imdaħħla permezz ta' charge splussiv, meta jitqiegħdu minn ġewwa u jgħaddu kartabun matul l-art u l-cross-pieces tal-metall ta' taħt, fuq kundizzjoni, minbarra fil-każ ta' viti self-tapping, li xi wħud mit-truf tagħhom jiġu livell (flush) mal-livell tal-parti ta' barra tal-cross-piece jew jiġu weldjati fuqha.

(b) L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi liema mezzi ta' tagħqid, u kemm, iridu jwettqu l-ħtiġijiet tas-Subparagrafu (a) ta' din in-nota; għandhom jagħmlu dan billi jiżguraw li l-partijiet kostitwenti magħquda b'dan il-mod ma jistgħux jiġu mċaqalqa u mibdula mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji. L-għażla u t-tqegħid ta' mezzi oħra ta' tagħqid mhumiex suġġetti għal xi restrizzjoni.

(ċ) Mezzi ta' tagħqid li jistgħu jitneħħew u jitbiddlu minn naħa waħda mingħajr ma jħallu traċċi ovvji (jiġifieri mingħajr ma jeħtieġu maniġġjar bl-idejn miż-żewġ naħat tal-partijiet kostitwenti li jridu jingħaqdu) m'għandhomx jitħallew skond paragrafu (a) ta' din in-nota. Eżempji ta' dawn il-mezzi huma rivets ta' espansjoni, blind rivets u simili.

(d) Il-metodi ta' tagħqid deskritti hawn fuq iridu japplikaw għal vetturi speċjali, per eżempju għal vetturi iżolati, vetturi refriġerati u vetturi bit-tank sakemm u safejn ma jkunux kompatibbli mal-ħtiġijiet tekniċi li dawn il-vetturi jridu jwettqu rigward l-użu tagħhom. Fejn, minħabba f'raġunijiet tekniċi, m‘huwiex prattiku li jitwaħħlu partijiet fil-manjiera deskritta fis-Subparagrafu (a) ta' din in-nota, l-partijiet kostitwenti jistgħu jingħaqdu flimkien permezz tal-mezzi msemmija f'Subparagrafu (ċ) ta' din in-nota basta iżda li l-mezzi użati fuq il-wiċċ ta' ġewwa tal-ħajt mhumiex aċċessibbli minn barra.

2.2.1.(b) Subparagrafu 1 (b) – Bibien u sistemi oħra ta' għeluq

(a) Il-mezz li fuqu jistgħu jitwaħħlu s-siġilli doganali iridu:

(i) jiġu mwaħħla permezz ta' weldjar, jew b'mhux inqas minn żewġ mezzi tat-tagħqid li jikkonformaw mas-Subparagrafu (a) tan-Noti ta' Spjega 2.2.1 (a), jew

(ii) jiġi disinjati b'tali mod li meta l-kompartiment tat-tagħbija ikun ingħalaq u ġie siġillat il-mezz ma jistax jitneħħa mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji.

Irid ukoll:

(iii) jinkorpora toqob ta' mhux inqas minn 11-il mm f'dijametru jew slots ta' mill-inqas 11-il mm fit-tul u ta' 3-mm fil-wisa', u

(iv) jiżgura sigurta ugwali jkun xi jkun tip ta' siġill użat.

(b) Butt hinges, strap hinges, hinge-pins u mezzi oħra biex bibien imdendlin u bħalhom iridu jitwaħħlu f'konformità mal-ħtiġijiet ta' sottoparagrafi (a) (i) u (ii) ta' din in-nota. Madankollu, l-komponenti varji ta' dawn il-mezzi (p.e. hingeplates, pins jew swivels) iridu jitwaħħlu b'tali mod li ma jistgħux jitneħħew jew jiżżarmaw meta l-kompartiment tat-tagħbija tingħalaq u tiġi siġillata mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji. Madankollu, fejn dan il-mezz mhuwiex aċċessibbli minn barra ikun biżżejjed jekk, meta l-bieb jew bħalu ikun ingħalaq u ġie siġillat, ma jistax jitneħħa minn fuq iċ-ċappetta jew mezz simili mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji. Fejn bieb jew mezz ta' għeluq ikollu aktar minn żewġ ċappetti, dawk iż-żewġ ċappetti biss li huma l-eqreb ma' l-estremitajiet tal-bieb ma jeħtieġu li jitwaħħlu f'konformità mal-ħtiġijiet ta' Subparagrafu (a)(i) u (ii) hawn fuq.

(c) Eċċezzjonalment, fil-każ ta' vetturi li għandhom kompartimenti tat-tagħbija iżolati, l-mezz ta' siġillar doganali, iċ-ċappetti u xi twaħħil, li t-tneħħija tagħhom jagħti aċċess għall-intern tal-kompartiment tat-tagħbija jew għal spazji li fihom tista' tinħeba il-merkanzija, jistgħu jitwaħħlu mal-bibien ta' dawn il-kompartimenti tat-tagħbija permezz ta' boltijiet fissi jew viti fissi li jiddaħħlu minn barra imma li mill-bqija ma jilħqux il-ħtiġijiet ta' Nota ta' Spjega 2.2.1 (a), Subparagrafu (a) hawn fuq, fuq kundizzjoni li:

(i) id-denb tal-boltijiet fissi jew viti fissi huma mħwaħħla ġo tapping plate jew mezz simili mwaħħal wara s-saff ta' barra jew saffijiet ta' l-istruttura tal-bieb, u

(ii) l-irjus tan-numru xieraq ta' boltijiet fissi jew viti fissi huma weldjati b'tali mod mal-mezz ta' siġillar doganali, ċappetti, eċċ., li huma kompletament sfigurati u li l-boltijiet fissi jew viti fissi ma jistgħux jitneħħew mingħajr ma jħallu sinjali viżibbli ta' tbagħbis [1].

It-terminu "kompartiment tat-tagħbija iżolat" irid jitqies li jinkludi kompartimenti tat-tagħbija refriġerati u isotermiċi.

(d) Vetturi li jikkomprendu numru kbir ta' dan l-għeluq bħal ma huma valvijiet, stopcocks, koperturi tat-tappiera, flange-ijiet u bħalhom sabiex jinżammu n-numru ta' siġilli doganali għal minimu. Għal dan il-għan, għeluq ġirien iridu jiġu imqabbda ma' xulxin permezz ta' mezz komuni li jeħtieġ biss siġill wieħed doganali, jew jista' jiġi provvdut b'kopertura li tilħaq l-istess għan.

(e) Vetturi b'soqfa li jinfetħu jridu jinbnew f'tali manjiera li jiġi permess siġġillar b'numru minimu ta' siġilli doganali.

2.2.1.(c) - 1. Subparagrafu 1 (ċ) – Aperturi ta' ventilazzjoni

(a) L-akbar dimensjoni tagħhom trid, fil-prinċipju, ma taqbiżx l-400 mm.

(b) Aperturi li jippermettu aċċess diretti għall-kompartiment tat-tagħbija, jridu jiġu mfixxkla permezz ta' garża tal-wajer jew għarbiel imtaqqab ta-metall (dimensjoni massima ta' toqob: 3 mm fiż-żewġ każijiet) u protetti minn lattice work iwweldjat (dimensjoni massima ta' toqob: 10 mm).

(ċ) Aperturi li ma jippermettux aċċess dirett għall-kompartiment tat-tagħbija (p.e. minħabba f'sistemi ta' elbow jew baffle-plate) iridu jiġu provvduti bl-istess mezzi, li fihom, madankollu, d-dimensjonijiet tat-toqob jistgħu ikunu sa 10 u 20 mm rispettivament.

(d) Fejn fetħiet isiru fl-għata, il-mezzi msemmija f'Subparagrafu (b) ta' din in-nota iridu jkunu fil-prinċipju kif preskritt. Madankollu, mezzi li jibblokkaw fil-forma ta' għarbiel tal-metall imtaqqab imwaħħal fuq barra, u wajer jew garża oħra mwaħħla fuq ġewwa, jiġu permessi.

(e) Mezzi identiċi mhux tal-metalli jistgħu jiġu permessi basta iżda li t-toqob ikunu bid-dimensjonijiet rekwiżiti u l-materjal użat ikun b'saħħtu biżżejjed biex it-toqob jiġu prevenuti milli jitkabbru sostanzjalment mingħajr ħsara li tidher. B'żieda ma' dan, irid ikun impossibbli li l-mezz ta' ventilazzjoni tiġi mibdula permezz ta' xogħol minn naħa waħda ta' l-għata biss.

2.2.1.(ċ) - 2. Subparagrafu 1 (ċ) – Aperturi tad-drenaġġ

(a) L-akbar dimensjoni tagħhom trid, fil-prinċipju, ma taqbiżx il-35 mm.

(b) Aperturi li jippermettu aċċess dirett għall-kompartimenti tat-tagħbija jridu jiġu provvduti bil-mezzi deskritti f'Subparagrafu (b) tan-Nota ta' Spjega 2.2.1 (ċ) – 1 għal aperturi ta' ventilazzjoni.

(ċ) Meta aperturi tad-drenaġġ ma jippermettux aċċess dirett għall-kompartiment tat-tagħbija, l-mezzi riferiti fis-Subparagrafu (b) ta' din in-nota ma jridux jiġu preskritti, fuq kundizzjoni li l-aperturi jkunu provvduti b'sistema baffle ta' min joqgħod fuqha li tkun aċċessibbli fil-pront minn ġol-kompartiment tat-tagħbija.

2.3. Artikolu 3

2.3.3. Paragrafu 3 – Għata magħmula minn biċċiet

(a) In-numru ta' biċċiet li jikkostitwixxu għata waħda jistgħu jkunu magħmula minn materjali differenti li jikkonformaw mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 3 (2) ta' l-Anness 2.

(b) Kull arranġament tal-biċċiet li adegwatament jiggarantixxi sigurta se jiġi permess fil-produzzjoni ta' l-għata, fuq kundizzjoni li l-biċċiet jiġu magħquda f'konformita mal-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 3 ta' l-Anness 2.

2.3.6.(a) Subparagrafu 6 (a) – Vetturi b' ċrieki jiżżerżqu

Ċrieki tal-metall li jwaħħlu li jiżżerżqu fuq vireg tal-metall imwaħħla mal-vetturi huma aċċettabbli għall-għan ta' dan il-paragrafu (Ara Disinn Nru 2 mehmuż ma' dan l-Anness) basta iżda li:

(a) il-vireg huma mwaħħla mal-vetturi bi spazji massimi bejniethom ta' 60 ċm u b'tali manjiera li ma jistgħux jitneħħew u jiġu mibdula mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji;

(b) iċ-ċrieki huma magħmula b' ċirku doppju jew jiġu mgħammra b'virga ċentrali u magħmula f'biċċa waħda mingħajr l-użu ta' weldjar; u

(ċ) L-għata (sheet) għandha titwaħħal mal-vettura f'konformita stretta mal-kundizzjonijiet dikjarati fl-Artikolu 1 (a) ta' l-Anness 2 ma' din il-Konvenzjoni.

2.3.6.(b) Subparagrafu 6 (b) – Għata mwaħħla permanenti

Fejn tarf wieħed jew aktar ta' l-għata huma mwaħħla b'mod permanenti mal-vettura, l-għata għandha tinżamm f'postha pernezz ta' strixxa waħda jew aktar tal-metall jew materjal ieħor xieraq imwaħħal mal-vettura permezz ta' mezzi ta' tagħqid li jilħqu l-ħtiġijiet ta' Subparagrafu (a) tan-Nota ta' Spjegazzjoni 2.2.1 (a) ta' dan l-Anness.

2.3.9. Paragrafu 9 - Ħbula li jwaħħlu ta' l-azzar bil-ġewwieni tat-tessut

Għall-għanijiet ta' dan il-paragrafu, ħbula li jikkomprendu ġewwieni tat-tessut imdawwar b'sitt strixxi li jikkonsistu minn wajer ta' l-azzar u li jgħattu kompletament il-ġewwieni jistgħu jiġu permessi fuq kundizzjoni li l-ħbula (mingħajr ma jitqies s-saff tal-plastik trasparenti, jekk ikun hemm) m‘humiex anqas minn 3 mm f'dijametru.

2.3.11.(a) Subparagrafu 11 (a) – Flaps li jiġbdu l-għata (sheet-tensioning)

L-għata ta' ħafna vetturi hija provvduta fuq barra b' flap oriżontali mtaqqba minn vajlori li jgħaddu tul in-naħa tal-vettura. Dawn il-flaps, magħrufa bħala flaps li jiġbdu, huma wżati biex jistiraw l-għata permezz ta' kurduni li jiġbdu jew mezzi simili. Dawn il-flaps intużaw biex jitgħattew xquq oriżontali magħmula fl-għata li jagħtu aċċess mhux xieraq għall-merkanzija li qed tinġarr fil-vettura. Huwa għalhekk rakkomandat li l-użu ta' flaps ta' dan it-tip m'għandux ikun permess. Il-mezzi li ġejjin jistgħu jintużaw minflok:

(a) flaps li jiġbdu ta' disinn simili mwaħħla fuq in-naħa ta' ġewwa ta' l-għata; jew

(b) flaps individwali żgħar kull waħda mtaqqba permezz ta' vajlora waħda mwaħħla mal-wiċċ ta' barra ta' l-għata u spazjata b'distanzi li jippermettu ġbid adegwat ta' l-għata.

Alternattivament, jista' jkun possibbli f'ċerti każijiet li jiġi evitat l-użu ta' flaps li jiġbdu fuq l-għata.

2.3.11.(ċ) Subparagrafu 11 (c) - Ċineg dojoq (thongs) ta' l-għata

2.3.11.(ċ)-1. Il-materjali li ġejjin jistgħu jitqiesu bħala xierqa biex isiru ċineg dojoq:

(a) ġilda

(b) materjali tat-tessut non-tensile inkluż drapp kopert bil-plastik jew gommat, basta iżda li dawn materjali ma jistgħux wara li jinqatgħu jiġu weldati jew rikostituti mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji. Barra minn hekk, il-materjal tal-plastik użat biex jiġu koperti ċineg dojoq (thongs) għandhom ikunu trasparenti u b'wiċċ lixx.

2.3.11.(c)-2. Il-mezz muri fid-Disinn Nru 3 mehmuż ma' dan l-Anness jilħaq il-ħtiġijiet ta' l-aħħar parti ta' l-Artikolu 3 (11) ta' l-Anness 2. Jilħaq ukoll il-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 3 (6) ta' l-Anness 2.

3. ANNESS 3

3.0.17. Proċedura ta' approvazzjoni

1. Anness 3 jipprovdi li l-awtoritàjiet kompetenti ta' Parti Kontraenti jistgħu joħorġu ċertifikat ta' approvazzjoni rigward vetturi mibnija fit-territorju tagħha u li l-ebda proċeduri ta' approvazzjoni addizzjonali m'għandhom jiġu applikati rigward din il-vettura f'pajjiż fejn tkun reġistrata jew, kif ikun il-każ, fejn is-sid ikun residenti.

2. Dawn id-disposizzjonijiet mhumiex maħsuba biex jirrestrinġu d-dritt ta' l-awtoritàjiet kompetenti tal-Parti Kontraenti fejn il-vettura hija reġistrata jew fejn is-sid ikun residenti li jinħtieġ il-produzzjoni ta' dan iċ-ċertifikat ta' approvazzjoni jew ma' l-importazzjoni jew sossegwentement għal għanijiet konnessi mar-reġistrazzjoni jew kontroll tal-vettura jew ma ħtiġijiet legali simili.

3.0.20. Proċedura għall-accettar taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni

Meta accettazzjoni li tikkonċerna difetti se tiġi kanċellata wara li l-vettura tkun ġiet restawrata għal stat sodosfaċenti, huwa biżżejjed li tiġi dikjarata, skond oġġett 11 provdut għall-għan, li "difetti gew rettifikati" segwit mill-isem, il-firma u t-timbru ta' l-awtorità kompetenti konċernata.

Disinn Nru 1

Eżempju ta' ċappetti u mezz ta' siġillar doganali fuq bibien ta' vetturi li għandhom kompartimenti tat-tagħbija iżolati

+++++ TIFF +++++

Hinge

+++++ TIFF +++++

Mezz ta'( sigill Doganali

Disinn Nru 2

Vetturi mogħtija (sheeted) bi ċrieki li jiżżerżqu

+++++ TIFF +++++

Disinn Nru 3

Eżempju ta' mezz biex jitwaħħlu għata tal-vetturi

Il-mezz li jintwera hawn taħt jilħaq il-ħtiġijiet ta' l-aħħar parti ta' l-Artikolu 3 (11) ta' l-Anness 2. Dan jilħaq ukoll il-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 3 (6) ta' l-Anness 2.

+++++ TIFF +++++

Disinn Nru 4

Mezz biex jitħawwlu l-għata

Il-mezz li jidher hawn taħt jilħaq il-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 3 (6) (a) ta' l-Anness 2.

+++++ TIFF +++++

[1] Ara Disinn Nru 1 mahmuż ma dan l-anness

--------------------------------------------------

ANNESS 7

ANNESS RIGWARD L-APPROVAZZJONI TA' CONTAINERS

PARTI I

REGOLAMENTI DWAR KUNDIZZJONIJIET TEKNIĊI APPLIKABBLI GĦALL- CONTAINERS LI JISTGĦU JIĠU AĊĊETTATI GĦAL TRASPORT INTERNAZZJONAL TAĦT SIĠILL DOGANALI

Artikolu 1

Prinċipji bażiċi

Approvazzjoni għat-trasport internazzjonali ta' merkanzija taħt siġill doganali tista' tingħata biss lill- containers mibnija u mgħammra b'tali manjiera li:

(a) l-ebda merkanzija ma tista' titneħħa minn, jew tiddaħħal ġo, l-parti siġillata tal-container mingħajr ma jitħallew traċċi viżibbli ta' tbagħbis jew mingħajr ma jinkiser is-siġill doganali;

(b) siġilli doganali jistgħu jkunu mwaħħla magħhom b'mod sempliċi u effettiv;

(ċ) ma jikkontjenux l-ebda spaċji moħbija fejn merkanzija tista' tiġi moħbija;

(d) l-ispazji kollha kapaċi li jżommu merkanzija huma aċċessibbli faċilment għal spezzjoni doganali.

Artikolu 2

Struttura ta' kontenituri (containers)

1. Biex jintlaħqu l-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 1 ta' dawn ir-Regolamenti:

(a) il-partijiet kostitwenti tal- container (ġnub, l-art, biex, saqaf, uprights, qafas, cross-pieces, eċċ) għandhom jingħaqdu flimkien jew permezz ta' mezzi li ma jistgħux jitneħħew u jiġu mibdula minn barra mingħajr ma jitħallew traċċi viżibbli jew permezz ta' metodi li jipproduċu struttura li ma tistax tiġi modifikata mingħajr ma jitħallew traċċi viżibbli. ta l-ġnubijiet, l-art, il-bibien u s-saqaf ikunu magħmula minn komponenti varji, dawn għandhom jilħqu l-istess ħtiġijiet u jkunu ta' qawwa suffiċjenti;

(b) bibien u s-sistemi l-oħra kollha ta' għeluq (inklużi stopcocks, koperturi ta' tappieri, flanġijiet, eċċ) għandhom jitwaħħlu b'mezz li fuqu jistgħu jitwaħħu siġilli doganali. Dan il-mezz irid ikun tali li ma jistax jitneħħa u jinbidel minn barra l- container mingħajr ma jħalli traċċi viżibbli, jew il-bieb jew mezz ta' twaħħil jinfetaħ mingħajr ma jinkisru s-siġilli doganali. Dan ta' l-aħħar għandu jkun protett adegwatament. Soqfa li jinfetħu għandhom jiġu permessi;

(ċ) aperturi għal ventilazzjoni u dranaġġ għandhom jiġu provduti b'mezz li jipprevjeni aċċess għall-parti interjuri tal- container. Dan il-mezz irid ikun tali li ma jistax jitneħħa u jinbidel minn barra l- container mingħajr ma jitħallew traċċi viżibbli.

2. Minkejja d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 1 (ċ) ta' dawn ir-Regolamenti, partijiet kostitwenti tal- container li, għal raġunijiet prattiċi jridu jinkludu spazji vojta (per eżempju, bejn il-partizzjonijiet ta' ħajt doppju) għandhom jiġu permessi. Sabiex l-ispazji msemmija ma jkunux jistgħu jintużaw biex tinħeba merkanzija:

(i) m'għandux ikun possibbli li tiġi mċaqalqa jew mibdula l-inforra (lining) ta' ġo l-container mingħajr ma jitħallew traċċji viżibbli, jew

(ii) in-numru ta' l-ispazji msemmija għandu jinżamm għal minimu u dawn l-ispazji għandhom ikunu aċċessibbli fil-pront għal spezzjoni doganali.

Artikolu 3

Kontenituri (containers) kapaċi li jiġu mitwija jew żarmati

Containers li huma kapaċi li jiġu mitwija jew żarmati għandhom ikunu suġġetti għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 1 u 2 ta' dawn ir-Regolamenti, b'żieda ma' dan, għandhom jiġu ffittjati b'sistema ta' bolting li ssakkar il-partijiet varji flimkien la darba l-container ikun inbena. Din is-sistema ta' bolting għandha tkun kapaċi li tiġi siġillata mill-awtoritàjiet doganali jekk tkun fuq barra tal-container meta dan ta' l-aħħar ikun inbena.

Artikolu 4

Containers mgħottija

1. Fejn ikun applikabbli, id-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 1 u 2 ta' dawn ir-Regolamenti għandhom japplikaw għall-containers mogħttija. B'żieda ma' dan, dawn il-containers għandhom jikkonformaw mad-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

2. L-għata għandha tkun jew ta' kanvas b'saħħtu jew ta' drapp kopert bil-plastik jew gommat, li għandha tkun ta' qawwa suffiċjenti u li ma tiġġebbidx. Għandha tkun f'kundizzjoni tajba u magħmula b'tali mod li ladarba l-mezz ta' l-għeluq ikun ġie mwaħħal, ikun impossibbli biex jinkiseb aċċess għat-tagħbija mingħajr ma jitħallew traċċi viżibbli.

3. Jekk l-għata tkun magħmula minn numru ta' biċċiet, il-ġnubijiet għandhom jintwew f'xulxin u jinħietu flimkien b'żewġ ħjatat mill-inqas 15 mm l-bogħod minn xulxin. Dawn il-ħjatat għandhom isiru kif muri f'Disinn Nru 1 mehmuż ma' dawn ir-Regolamenti; madankollu, fejn fil-każ ta' ċerti partijiet ta' l-għata (bħal ma huma ġnub (flaps) u kantunieri rinfurżati) ma jkunx possibbli li jingħaqdu flimkien il-biċċiet b'dan il-mod, għandu jkun biżżejjed li jintewa l-ġenb tat-taqsima ta' fuq u jsiru l-ħjatat kif murija f'Disinn Nru 2 mehmuż ma' dawn ir-Regolamenti. Waħda mill-ħjatat għandha tkun tidher biss minn ġewwa u l-kulur tal-ħajt użat għal dik il-ħajta għandu jkun ċarament differenti mill-kulur ta' l-għatu nnifsu u mill-kulur tal-ħajt użat għal dik il-ħajta l-oħra. Il-ħjatat għandhom ikunu meħjuta bil-magna.

4. Jekk l-għata hija minn drapp kopert mill-plastik, u hija magħmula minn numru ta' biċċiet, il-biċċiet jistgħu alternattivament jiġu wweldjati flimkien fil-manjiera murija f'Disinn Nru 3 meħmuż ma' dawn ir-Regolamenti. Il-ġnubijiet tal-biċċiet għandhom jirkbu fuq xulxin mill-inqas b'15 mm. Il-biċċiet għandhom jitwaħħlu flimkien matul il-wisa' kollha tar-rikba. Il-ġenb ta' l-għata (sheet) ta' barra għandu jiġi kopert b' faxx ta' materjal tal-plastik ta' mill-inqas 17-il mm wisgha, mwaħħal permezz ta' l-istess proċess ta' weldjar. Il-faxx tal-plastik u wisa ta' mill-inqas 3 mm fuq kull naħa għandu jkollu riljev uniformi mmarkat sew ittimbrat fuqu. Il-biċċijiet għandhom jiġu weldjati b'tali mod li ma jistgħux jiġu separati u mwaħħla mill-ġdid mingħajr ma jitħallew traċċi viżibbli.

5. Tiswijiet għandhom isiru bi qbil mal-metodu deskritt f'Disinn Nru 4 mehmuż ma' dawn ir-Regolamenti; il-ġnubijiet għandhom jintwew f'xulxin u jinħietu flimkien b'żewġ ħjatat viżibbli mill-inqas 15-il mm ‘il bogħod minn xulxin; il-kulur tal-ħajt viżibbli minn ġewwa għandu jkun differenti minn dak tal-ħajt viżibbli minn barra u minn dawk ta' l-għata nnfisha; l-ħjatat kollha għandhom jinħietu bil-magna. Meta għata li tkun sarietilha ħsara viċin tal-ġnubijiet hija msewwija billi l-parti danneġġjata tinbidel b'roqgħa, l-ħajta tista' ssir ukoll bi qbil mad-disposizzjonijiet ta' paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u Disinn Nru 1 mehmuż ma' dawn ir-Regolamenti. Għata ta' drapp kopert bil-plastik jistgħu jkunu alternattivament imsewwija bi qbil mal-metodu deskritt f'paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, imma f'dak il-weld irid isir maż-żewġ naħat ta' l-għata, bir-roqgħa mwaħħla fuq il-parti ta' ġewwa ta' l-għata.

6. (a) L-għata għandha titwaħħal mal-container f'konformità stretta mal-kundizzjonijiet dikjarati fl-Artikolu 1 (a) u (b) ta' dawn ir-Regolamenti. It-tipi li ġejjin ta' mezzi ta' twaħħil għandhom jiġu provvduti:

(i) ċrieki tal-metall imwaħħla mal- container,

(ii) vajlori fit-tarf ta' l-għata,

(iii) mezz ta' twaħħil li jgħaddi miċ-ċrieki 'l fuq mill-għata (sheet) u viżibbli minn barra għat-tul sħiħ tiegħu.

L-għata għandha tirkeb fuq partijiet solidi tal-vetturi b'mill-inqas 250 mm, imkejjla miċ-ċentru taċ-ċrieki li jwaħħlu, minbarra jekk is-sistema ta' bini tal- container nnifisha tipprevjeni kull aċċess għall-merkanzija.

(b) Meta tarf ta' għata tkun se titwaħħal b'mod permanenti ma' container, il-post fejn jingħaqdu flimkien għandu jkun kontinwu u effettwat permezz ta' mezzi solidi.

7. L-intervall bejn iċ-ċrieki u bejn il-vajlori m'għandux jaqbeż il-200 mm, Il-vajlori għandhom jiġu rinfurzati.

8. Dawn il-mezzi ta' twaħħil għandhom jintużaw:

(a) ħabel tal-wajer ta' l-azzar ta' dijametru ta' mill-inqas 3 mm; jew

(b) ħabel tal-qanneb jew sisal ta' dijametru ta' mill-inqas 8 mm magħluqa f'saff trasparenti ta' plastik li ma jiġġebbidx.

Ħbula tal-wire jistgħu jkollhom saff trasparenti ta' plastik li ma jiġġebbidx.

9. Kull ħabel għandu jkun f'biċċa waħda u jkollu biċċa tat-tarf ta' metall iebes f'kull tarf. Il-mezz ta' twaħħil ta' kull biċċa tat-tarf tal-metall għandu jinkludi rivet vojt li jgaħddi mill-ħabel sabiex jiġi permess id-dħul tal-ħajt jew ċinga tas-siġill doganali. Il-ħabel għandu jibqa' viżibbli f'kull naħa tar-rivet vojt sabiex ikun possibbli li jiġi żgurat li l-ħabel ikun f'biċċa waħda (ara Disinn Nru 5 mehmuż ma' dawn ir-Regolamenti).

10. Fil-fetħiet fil-għata, użati għal tagħbija u ħatt, iż-żewġ naħat ta' l-għata (sheet) għandhom ikollhom rikba adegwata. Għandhom jitwaħħlu wkoll permezz ta':

(a) ġenb meħjut u weldjat bi qbil ma' paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu;

(b) ċrieku u vajlori li jilħqu l-kundizzjonijiet ta' paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu; u

(ċ) ċinga dejqa magħmula minn materjal xieraq, f'biċċa waħda u li ma tiġġebbidx ta' wisa' ta' mill-inqas 20 mm u ħxuna ta' mill-inqas 3 mm, li tgħaddi miċ-ċrieki u li żżomm flimkien iż-żewġ naħat ta' l-għata u l-ġenb; iċ-ċinga dejqa għandha tiġi mwaħħla ġo l-għata u titwaħħal b'vajlora biex tieħu l-ħabel imsemmi f'paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu.

Ġenb m'għandux jinħtieġ jekk mezz speċjali, bħal ma huwa baffle plate, jitwaħħal, li jipprevjeni aċċess għall-merkanzija mingħajr ma jitħallew traċċi viżibbli.

11. Il-marki ta' identifikazzjoni, li jridu jidhru fuq il- container, u l-pjanċa ta' approvazzjoni provduta fil-Parti II ta' dan l-Anness m'għandhomx fl-ebda ċirkostanza jiġu mgħottija bil-għata.

Artikolu 5

Disposizzjonijiet transitorji

Sal-1 ta' Jannar 1977, għandhom jiġu permessi biċċiet tat-tarf li jikkonformaw ma' Disinn Nru 5 mehmuż ma' dawn ir-Regolamenti, anke jekk jinkludu rivets vojta ta' tip li ġie aċċettat minn qabel ma' toqob ta' dimensjonijiet anqas minn dawk mogħtija fid-disinn.

+++++ TIFF +++++

Għatja magħmula minn numru ta' biċċiet (meħjuta flimkien permezz ta' ħjatat)

+++++ TIFF +++++

Għata magħmula minn numru ta' biċċiet

Nota:

Il-ħjatat tal-kantuniera li jsiru skond il-metodu li jidher fid-Disinn Nru 2 (a) fl-Anness 2 ma' din il-Konvenzjoni huma permessi wkoll.

+++++ TIFF +++++

Għata magħmula minn numru ta' biċċiet (iwweldjati flimkien)

+++++ TIFF +++++

Tiswija ta' l-għata (sheet)

+++++ TIFF +++++

Kampjun ta' biċċa tat-tarf

PARTI II

PROĊEDURA GĦALL-APPROVAZZJONI TA' CONTAINERS LI JIKKONFORMAW MAL-KUNDIZZJONIJIET TEKNIĊI PRESKRITTI F'PARTI I

Ġenerali

1. Containers jistgħu jiġu approvati għat-trasport ta' merkanzija taħt siġill doganali jew:

(a) fl-istadju ta' fabbrikazzjoni, skond it-tip ta' disinn (proċedura għal approvazzjoni fl-istadju ta' fabbrikazzjoni); jew

(b) fi stadju sossegwenti għal fabbrikazzjoni, jew individwalment jew rigward numru speċifiku ta' containers ta' l-istess tip (proċedura għal approvazzjoni fi stadju sussegwenti għal fabbrikazzjoni).

Disposizzjonijiet komuni għaż-żewġ proċeduri ta' approvazzjoni

2. L-awtorità kompetenti responsabbli biex tingħata approvazzjoni għandha toħroġ għall-applikant, wara approvazzjoni, ċertifikat ta' approvazzjoni validu, kif jista' jkun il-każ, jew għal serje mhux limitat ta' containers tat-tip approvat jew għal numru speċifiku containers.

3. Il-benefiċċjarju ta' approvazzjoni għandu jwaħħal pjanċa ta' approvazzjoni mal-container jew containers approvati qabel l-użu tagħhom għat-trasport ta' merkanzija taħt siġill doganali.

4. Il-pjanċa ta' approvazzjoni għandha titwaħħal b'mod permanenti u f'post li jkun ċarament viżibbi maġenb kull pjanċa ta' approvazzjoni oħra maħruġa għal għanijiet uffiċċjali.

5. Il-pjanċa ta' approvazzjoni, li tikkonforma ma' Mudell I riprodott fl-Appendiċi 1 li ġej, għandha tieħu l-forma ta' pjanċa tal-metall li tkejjel mhux anqas minn 20 × 10 ċm. Il-partikolaritajiet li ġejjin għandhom jiġu timbrati jew abbozzati fuq il-pjanċa jew indikati fuq il-wiċċ tagħha b'kull mod ieħor permanenti u leġibbli, u mill-inqas fil-lingwa Ingliża jew Franċiża.

(a) il-kliem "Approvat għal trasport taħt siġill doganali";

(b) indikazzjoni tal-pajjiż, li fih l-approvazzjoni ngħatat jew permezz ta' isem jew permezz tas-sinjal ta' distinzjoni użat biex jindika l-pajjiż ta' reġistrazzjoni ta' vetturi bil-mutur fi traffiku tat-triq internazzjonali, u n-numru (ċifri, ittri, eċċ.) taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni u s-sena (p.e. "NL/26/73" ifisser "Olanda, ċertifikat ta' approvazzjoni Nru 26, maħruġ fl-1973");

(ċ) in-numru tas-serje assenjat għall-kontenitur (container) mill-fabbrikant (numru tal-fabbrikant):

(d) jekk il-container ikun ġie approvat skond it-tip, in-numri jew ittri ta' identifikazzjoni ta' container.

6. Jekk container m'għadux jikkonforma mal-kundizzjonijiet tekniċi preskritti għall-approvazzjoni tiegħu, għandu, qabel ma jintuża' għat-trasport ta' merkanzija taħt kopertura ta' Carnéi tat-TIR, jiġi restawrat għall-kundizzjoni li tkun ġustifikat l-approvazzjoni tiegħu biex jerġa' jikkonforma mal-kundizzjonijiet tekniċi msemmija.

7. Jekk il-karatteristiċi essenzjali ta' container jinbidlu, il-vettura għandha tieqaf milli tiġi koperta mill-approvazzjoni u għandha terġa' tiġi approvata mill-awtorità kompetenti qabel ma tkun tista' tintuża għat-trasport ta' merkanzija taħt kopertura ta' Carnéi tat-TIR.

Disposizzjonijiet speċjali għal aprovazzjoni skond it-tip ta' disinn fl-istadju ta' fabbrikazzjoni

8. Fejn containers huma fabbrikati skond it-tip ta' serje, il-fabbrikatur jista' japplika lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż tal-manifattura għal approvazzjoni permezz ta' tip ta' disinn.

9. Il-fabbrikant għandu jiddikjara fl-applikazzjoni tiegħu in-numri jew ittri ta' identifikazzjoni li huwa jassenja għat-tip ta' container li magħha għandha x'taqsam l-applikazzjoni għal approvazzjoni.

10. L-applikazzjoni għandha tiġi akkompanjata minn tpinġijiet u speċifikazzjoni ta' disinn dettaljata tal- container li jrid jiġi approvat.

11. Il-fabbrikant għandu jagħti impenn bil-miktub li se:

(a) jipproduċi lill-awtorità kompetenti containers bħal dawn tat-tip konċernat kif dik l-awtorità tista' tkun tixtieq teżamina;

(b) jippermetti lill-awtorità kompetenti li teżamina aktar unitajiet f'kull ħin matul il-produzzjoni tat-tip ta' serje konċernat;

(ċ) javża lill-awtorità kompetenti b'kull tibdil, ta' liema daqs ikun, fid-disinn jew speċifikazzjoni qabel ma jipproċedi b'dan it-tibdil;

(d) jimmarka lill-containers f'post viżibbli, b'żieda mal-marki meħtieġa fuq il-pjanċa ta' approvazzjoni, bin-numru jew ittri ta' identifikazzjoni tat-tip ta' disinn u n-numru tas-serje tal- container fit-tip ta' serje (numru tal-fabbrikant);

(e) iżomm rekord ta' containers fabbrikati skond it-tip ta' disinn approvat.

12. L-awtorità kompetenti għandha tiddikjara liema tibdil, jekk ikun hemm, irid isir għat-tip ta' disinn propost sabiex dik l-approvazzjoni tista' tingħata.

13. L-ebda approvazzjoni skond it-tip ta' disinn m'għandha tingħata minbarra jekk l-awtorità kompetenti tkun issodisfat lilha nnifisha permezz ta' eżami ta' vettura waħda jew aktar fabbrikati skond it-tip ta' disinn konċernat li containers ta' dak it-tip jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tekniċi preskritti f'Parti 1.

14. Meta tip ta' container jiġi approvat għandu jinħareġ lill-applikant ċertifikat wieħed ta' approvazzjoni li jikkonforma mal-Mudell II riprodott fl-Appendiċi 2 li ġej u validu għall-containers kollha fabbrikati f'konformita ma' l-ispeċifikazzjonijiet tat-tip b'hekk approvat. n iċ-ċertifikat għandu jintitola lill-fabbrikant li jwaħħal ma kull kontenitur tat-tip ta' serje pjanċa ta' approvazzjoni fil-forma preskritta f'paragrafu 5.

Disposizzjonijiet speċjali għal approvazzjoni fi stadju sosegwenti għal fabbrikazzjoni

15. Jekk ma tkunx saret applikazzjoni għal approvazzjoni fl-istadju ta' fabbrikazzjoni, is-sid, l-operatur, jew ir-rappreżentant ta' wieħed minnhom, jista' japplika għal approvazzjoni lill-awtorità kompetenti li għalih huwa jista' jipproduċi l-container jew containers u li għalihom ifittex approvazzjoni.

16. Applikazzjoni għal approvazzjoni sottomessa skond paragrafu 15 għandha tiddikjara n-numru tas-serje (numru tal-fabbrikant) imqiegħed fuq kull container mill-fabbrikant.

17. Meta l-awtorità kompetenti tkun aċċertat ruħha li l- container jew containers jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tekniċi preskritti f'Parti I, permezz ta' eżami ta' kemm il-container tqis meħtieġ, għandha toħroġ ċertifikat ta' approvazzjoni li jikkonforma ma' Mudell III riprodott f'Appendiċi li ġej u validu biss għan-numru ta' containers approvat. Dan iċ-ċertifikat, li jġorr in-numru jew numri tas-serje tal-fabbrikant assenjati lill-container jew containers li magħhom ghandu x'jaqsam, għandu jintitola lill-applikant li jwaħħal fuq kull container b'hekk provat il-pjanċa ta' approvazzjoni preskritta f'paragrafu 5.

APPENDIĊI I MA' PARTI II

MUDELL 1

+++++ TIFF +++++

APPENDIĊI I MA' PARTI II

MUDELL 1

+++++ TIFF +++++

APPENDIĊI 2 MA' PARTI II

MUDELL II

KONVENZJONI DOGANALI DWAR IT-TRASPORT INTERNAZZJONALI TA' MERKANZIJA KOPERTA B'CARNÉ TIR (1975)

+++++ TIFF +++++

APPENDIĊI 3 MA' PARTI II

MUDELL III

KONVENZJONI DOGANALI DWAR IT-TRASPORT INTERNAZZJONALI TA' MERKANZIJA KOPERTA B'CARNÉ TIR (1975)

+++++ TIFF +++++

PARTI III

NOTI TA' SPJEGAZZJONI

1. In-Noti ta' Spjegazzjoni għall-Anness 2 dikjarati fl-Anness 6 ma' din il-Konvenzjoni japplikaw mutatis mutandis għal containers approvati għat-trasport taħt siġill doganali għall-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni.

2. Parti I – Artikolu 4 (6) (a)

Eżempju ta' sistema ta' twaħħil ta' għata (sheets) madwar corner-castings ta' containers, aċċettabbli mill-lat doganali, huwa mogħti fid-disinn mehmeż li ġej.

3. Parti I – paragrafu 5

Jekk żewġ containers mogħttija għat-trasport taħt siġill doganali ikunu ngħaqdu flimkien b'tali mod li jiffurmaw container wieħed, koperti minn għata waħda u li jaderixxu l-kundizzjonjiet għal trasport taħt siġill doganali, ċertifikat separat ta' approvazzjoni, jew pjanċa ta' approvazzjoni, m'għandhomx jinħtieġu għat-tagħqid flimkien.

Mezz biex jitwaħħal għatja madwar "corner castings" ta' kontenituri (containers)

Il-mezz li jidher hawn taħt jilħaq il-ħtiġiet ta' l-Artikolu 4 (6) (a) ta' Parti I:

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS 8

KOMPOSIZZJONI U REGOLI TA' PROĊEDURA TAL-KUMITAT AMMINISTRATTIV

Artikolu 1

(i) Il-Partijiet Kontraenti għandhom ikunu membri tal-Kumitat Amministrattiv.

(ii) Il-Kumitat jista' jiddeċiedi li l-amministrazzjonijiet kompetenti ta' Stati riferiti fl-Artikolu 52 (1) ma' din il-Konvenzjoni li m‘humiex Partijiet Kontraenti jew rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu, għal domandi li jistgħu jinteressawhom, jattendu s-sessjonijiet tal-Kumitat bħala osservaturi.

Artikolu 2

Is-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għandu jipprovdi lill-Kumitat b'servizzi ta' segretarjati.

Artikolu 3

Il-Kumitat għandu, fl-ewwel sessjoni tiegħu ta' kull sena, jeleġġi president u viċi-president.

Artikolu 4

Is-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għandu, kull sena, jlaqqa' l-Kumitat, taħt l-awspiċi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa, u anke fuq talba ta' l-amministrazzjonijiet kompetenti ta' mill-anqas ħames Stati li huma Partijiet Kontraenti.

Artikolu 5

Proposti għandhom jiġu mqiegħda għall-vot. Kull Stat li huwa Parti Kontraenti rappreżentat fis-sessjoni għandu jkollu vot wieħed. Proposti oħra għajr emendi għal din il-Konvenzjoni għandhom jiġu adottati mill-Kumitat b'maġġoranza ta' dawn preżenti u li qed jivvutaw. Emenda għal din il-Konvenzjoni u d-deċiżjonijiet riferiti fl-Artikoli 59 u 60 ta' din il-Konvenzjoni għandhom jiġu adottati minn maġġoranza ta' żewġ terzi ta' dawk preżenti u li qed jivvutaw.

Artikolu 6

Quorum li jikkonsisti minn mhux anqas minn nofs ta' l-Istati li huma Partijiet Kontraenti huwa meħtieġ għall-għanijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet.

Artikolu 7

Qabel l-għeluq ta' sessjoni tiegħu, il-Kumitat għandu jadotta r-rapport tiegħu.

Artikolu 8

Fl-assenza ta' disposizzjonijiet rilevanti f'dan l-Anness, ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa għandhom ikunu applikabbli minbarra jekk il-Kumitat jiddeċiedi mod ieħor.

--------------------------------------------------