21975A0718(01)



Official Journal L 190 , 23/07/1975 P. 0036 - 0037
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 6 P. 0092
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 6 P. 0092
Greek special edition: Chapter 11 Volume 7 P. 0244
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 8 P. 0175
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 8 P. 0175


Ftehim

bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Indja dwar iz-zokkor tal-kannamieli

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

min-naħa waħda,

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ L-INDJA,

min-naħa l-oħra,

BIX-XEWQA li jiżguraw il-manteniment ta’ bażi soda u ġusta tal-kummerċ eżistenti taz-zokkor bejn ir-Repubblika ta’ l-Indja u l-Komunità Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed "il quddiem imsejjħa il-Komunità";

WAQT LI JINNOTAW id-Dikjarazzjoni Konġunta ta’ l-Intenzjoni dwar żvilupp ta’ relazzjonijiet kummerċjali ma’ Ceylon, l-Indja, il-Malasja, il-Pakistan u Singapore, annessa ma’ l-Att Finali tat-Trattat ta’ l-Adeżjoni tar-Renju tad-Danimarka, ta’ l-Irlanda u tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mal-Komunità Ekonomika Ewropea u mal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tagħha rigward esportazzjoni ta’ zokkor mill-Indja lejn il-Komunità;

Wara li kkunsidraw il-Ftehim għal Kooperazzjoni Kummerċjali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Indja,

IDDEĊIDEW, fi spirtu ta’ kooperazzjoni reċiproka, biex jikkonkludu dan il-Ftehim:

Artikolu 1

1. Il-Komunità tieħu r-responsabbiltà, għal perijodu indefinit, li tixtri u timporta, bi prezzijiet garantiti, kwantità speċifika ta’ zokkor tal-kannamieli, zokkor mhux maħdum jew zokkor abjad, li joriġina mill-Indja u li dak l-Istat hu responsabbli mit-tqassim tiegħu.

2. L-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim hi magħmula fil-qafas ta’ l-amministrazzjoni ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq taz-zokkor u skond ir-regoli eżistenti ta’ oriġini tal-Komunità adattati għall-Indja.

Artikolu 2

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7, l-ebda tibdil f’dan il-Ftehim ma jista’ jidħol fis-seħħ sakemm jgħaddi perijodu ta’ ħames snin mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim. Wara dan, tibdil bħal dan kif ikun miftiehem se jidħol fis-seħħ fi żmien li għad irid jiġi stipulat.

2. Il-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-garanzija mniżżla fl-Artikolu 1 se jerġgħu jkunu eżaminati qabel it-tmiem tas-seba’ sena ta’ l-applikazzjoni tagħhom.

Artikolu 3

1. Il-kwantità ta’ zokkor tal-kannamieli msemmi fl-Artikolu 1, espressa f’tunnellata metrika ta’ zokkor abjad, hawnhekk iżjed "il quddiem imsemmija kwantità miftiehma", għal kunsinna f’kull perijodu ta’ tqassim imsemmi fl-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 4(1), għandha tkun ta’ 25000 tunnellata metrika.

2. Bla ħsara għall-Artikolu 7, din il-kwantità ma tistax tiġi mnaqqsa mingħajr il-kunsens tal-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Indja.

3. Fir-rigward tal-perijodu sal-31 ta’ Lulju 1975, il-kwatità miftiehma ta’ zokkor abjad għandha tkun ta’ 22000 tunnellata metrika.

Artikolu 4

1. Fil-perijodu mill-1 ta’ Awissu 1975 sat-30 ta’ Ġunju 1976 inkluż u wara dan f’kull perijodu ta’ tnax-il xahar, mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju inkluż, hawnhekk iżjed "il quddiem imniżżla bħala l-perijodu ta’ tqassim", l-Indja tidħol fir-responabbiltà li tqassam il-kwantità stabbilita fl-Artikolu 3(1), bla ħsara għal kull aġġustament li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 7. Responsabbiltà simili għandha tapplika ugwalment għall-kwantità mniżżla fl-Artikolu 3(3) fir-rigward tal-perijodu sal-31 ta’ Lulju 1975, li se jkun meqjus ukoll bħala perijodu ta’ tqassim.

2. Il-kwantità li għandha tiġi mqassma sal-31 ta’ Lulju 1975, stabbilita fl-Artikolu 3(3), għandha tinkludi provvista en route mill-port tat-tluq.

3. Kunsinni taz-zokkor tal-kannamieli Indjan f’kull perijodu ta’ tqassim jistgħu jibbenefikaw mill-prezzijiet garantiti applikabblifil-perijodu ta’ delivery sussegwenti.

Artikolu 5

1. Zokkor abjad jew zokkor mhux raffinat se jkunu kkumerċjalizzati fuq is-suq tal-Komunità bi prezzijiet innegozjati b’mod ħieles bejn ix-xerrejja u l-bejjiegħa.

2. Il-Komunità m’għandhiex tidħol jekk u meta Stat Membri jħalli prezzijiet ta’ bejgħ fil-fruntieri tiegħu jaqbżu l-prezzijiet ta’ limitu tal-Komunità.

3. Il-Komunità tidħol fir-responsabbiltà li tixtri, bi prezzijiet garantiti, kwantitajiet ta’ zokkor abjad jew mhux raffinat, fil-kwantità miftiehma, li ma jistgħux ikunu kkumerċjalizzati fil-Komunità bi prezz ekwivalenti għal jew iżjed mill-prezz garantit.

4. Il-prezz garantit, espress f’unità ta’ kontijiet, għandu jirreferi għal zokkor mhux ippakkjat, portijiet Ewropej tal-Komunità c.i.f., u għandu jkun stabbilit fir-rigward ta’ zokkor bi kwalità standard. Għandu jkun innegozjat annwalment, fil-limitu ta’ prezz miksub fil-Komunità, waqt li jiġu kkunsidrati l-fatturi ekonomiċi kollha rilevanti, u għandu jkun deċiż sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju immedjatament qabel il-perijodu ta’ tqassim li japplika għalih.

5. Għall-perijodu mit-18 ta’ Lulju 1975 sat-30 Ġunju 1976, il-prezzijiet garantiti għandhom ikunu kif ġej:

(a) għal zokkor mhux raffinat: 25.53 unitajiet ta’ kont għal kull 100 kilogramma;

(b) for zokkor abjad: 31.72 unitajiet ta’ kont għal kull 100 kilogramma.

Artikolu 6

Xirja bil-prezz garantit, imsemmi fl-Artikolu 5(3), għandha tkun assigurata permezz ta’ rappreżentant ta’ l-aġenziji ta’ l-intervent jew ta’ aġenti oħra maħtura mill-Komunità.

Artikolu 7

1. Jekk, matul kull perijodu ta’ tqassim, l-Indja tonqos milli tqassam il-kwantità kollha miftiehma minħabba raġunijiet ta’ forza maġġuri, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha, fuq talba ta’ l-Indja, tawtorizza l-perijodu ta’ tqassim addizzjonali neċessarju.

2. Jekk, matul perijodu ta’ tqassim, l-Indja tonqos milli tqassam il-kwantità kollha miftiehma għal raġunijiet għajr forza maġġuri, dik il-kwantità għandha titnaqqas mill-kwantità mhux imqassma fir-rigward ta’ kull perijodu ta’ tqassim sussegwenti.

Artikolu 8

1. Fuq talba ta’ l-Indja, jew tal-Komunità, konsultazzjonijiet li jirrelataw mal-miżuri neċessarji għall-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandhom iseħħu fil-Kumitat Konġunt imsemmi fil-paragrafu 2.

2. Hu hawnhekk stabbilit Kumitat Konġunt magħmul minn rappreżentanti tal-Partijiet Kontraenti.

3. Ir-reviżjoni perjodika provduta taħt dan il-Ftehim għandha sseħħ fil-qafas istituzzjonali miftiehem.

Artikolu 9

Dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorji Ewropej fejn japplika t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-istess Trattat, u għat-territorji fejn tapplika l-kostituzzjoni tar-Repubblika ta’ l-Indja.

Artikolu 10

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Lulju 1975.

Artikolu 11

Wara perijodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-Komunità jew l-Indja jistgħu joħorġu minnu, wara li l-Parti l-oħra tingħata notifika bil-miktub ta’ sentejn għal dak l-effett.

Artikolu 12

Dan il-Ftehim hu magħmul b’żewġ kopji fl-ilsna Daniż, Olandiż, Ingliż, Franċiż, Ġermaniż u Taljan, kull test ikun awtentiku.

--------------------------------------------------