21975A0529(06)



Official Journal L 106 , 26/04/1975 P. 0017 - 0018
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 2 P. 0049
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 2 P. 0049
Greek special edition: Chapter 11 Volume 7 P. 0019
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 5 P. 0168
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 5 P. 0168


Protokoll supplimentari

tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u il-Konfederazzjoni Svizzera

IL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA,

minn naħa waħda, u,

IL-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA,

minn naħa l-oħra,

QABLU sabiex jagħmlu l-emendi li ġejjin lill-Ftehim tagħhom tat-22 ta' Lulju 1972:

Artikolu 1

It-Test tal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 4(2): il-kelma "in-Norveġja" għandha tkun mħassra.

2. L-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 5(3), it-tieni subparagrafu: il-frażi li ġejja għandha tkun imħassra: "magħmul u adottat fil-konferenza bejn il-Komunitajiet Ewropej u ir-Renju tad-Danimarka, l-Irlanda, ir-Renju tan-Norveġja u ir-Renju Unit tal-Gran Brittajnja u l-Irlanda ta' Fuq".

3. L-Artikolu 5(3), l-ewwel u t-tieni subparagrafi: il-kliem "il-Protokoll Nru 1" għandu jkun mibdul bil-kliem "il-Protokolli Nru 1 u Nru 2".

4. L-Artikolu 36, l-ewwel paragrafu: il-kliem "il-lingwi Ġermaniża, Taljana, u Norveġiża" għandhom ikunu mibdula bil-kliem "il-lingwi Ġermaniża u Taljana".

5. Dan li ġej għandu jkun mħassar mit-tmiem tal-Ftehim:

- "Utferdiget i Brussel, tjueandre juli nitten hundre og syttito",

- "għal Rådet for De Europeiske Fellesskap".

Artikolu 2

Protokoll Nru 1 għandu jkun emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 1(3) u (4) u l-Artikolu 3(f)(i): il-kelma "in-Norveġja" għandha tkun mħassra.

2. L-Artikolu 5(3): il-kelma "in-Norveġja" għandha tkun mħassra.

3. L-Anness A: il-kelma "NORVEĠJA" għandha tkun mħassra mit-titolu u mill-kolonna intitolata "in-Norveġja" għandha tkun mħassra.

Artikolu 3

Il-Protokoll Nru 2 għandu fkun emendati kif ġej:

1. L-Artikolu 2(1)(b), l-ewwel vers, u (b) (i), it-tieni inċiż: il-kelma "in-Norveġja" għandha tkun mħassra.

2. L-Artikolu 2(1)(b) (i) u l-Artikolu 2(3): il-frażi li ġejja għandha tkun mħassra: "magħmul u adottat fil-konferenza bejn il-Komunitajiet Ewropej u ir-Renju tad-Danimarka, l-Irlanda, ir-Renju tan-Norveġja u ir-Renju Unit tal-Gran Brittajnja u l-Irlanda ta' Fuq".

Artikolu 4

Il-Protokoll Nru 3 għandu jkun emendat kif ġej:

1. Dan li ġej għandu jkun sostitwit minnflok l-ewwel parti ta' l-Artikolu 2(1):

"1. Billi il-kummerċ bejn il-Komunità u l-Awstrija, il-Finlandja, l-Islanda, in-Norveġja, il-Portugall u l-Isvezja u bejn l-Isvizzera u is-sitt pajjiżi imsemmija u wkoll bejn kull wieħed minn dawk is-sitt pajjiżi innifishom huma iggvernati minn regoli identiċi għal dawk f'dan il-Protkoll, il-prodotti li ġejjin għandhom ukoll jkunu ikkonsidrati bħala:".

2. L-Artikolu 2(1)(A), (1) (A) (a), (1) (B) u (1) (B) (a): il-kliem "is-sitt pajjiżi" għandhom jkunu sostitwiti bil-kliem "il-ħames pajjiżi".

3. L-Artikolu 7: il-kelma "in-Norveġja" għandha tkun imdaħħla bejn il-kliem "l-Islanda" u "il-Portugall".

4. Dan li ġej għandu jkun sostitwit għall-Artikolu 23(2) u (3):

"2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 2, l-ebda drawback jew remissjoni ta' kull tip ma tista' tingħata mid-dazji doganali ta' merkanzija importata fid-Danimarka jew fir-Renju Unit u użata fil-manifaturizzazzjoni ta' prodotti li għalihom inħareġ ċertifikat ta' moviment maħruġ mill-awtoritajiet tad-dwana ta' kwalunkwe minn dawn iż-żewġ pajjiżi bil-għan li jibbenifikaw fl-Isvizzera mid-disposizzjonijiet għat-tariffi fis-seħħ fl-Isvizzera u koperti mill-Artikolu 3(1) tal-Ftehim. Madankollu, din ir-regola ma tapplikax meta il-merkanzija użata hi dik li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 25(1) ta' dan il-Protokoll.

5. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 2, l-ebda drawback jew remissjoni ta' kull tip ma tista' tingħata mid-dazji doganali fl-Isvizzera in rigward għal merkanzija importata li tintuża fil-manifattura ta' prodotti lli għalihom jinħareġ ċertifikat ta' moviment mill-awtoritajiet doganali ta' l-Isvizzera għall-għan illi jitgawda benefiċċju fid-Danimarka jew fir-Renju Unit mid-disposizzjonijiet dwar it-tariffi viġenti f'dawn iż-żewġ pajjiżi u koperti minn l-Artikolu 3(1) tal-Ftehim. Din ir-regola, madanakollu, ma tapplikax fejn il-merkanziji użati jkunu dawk riferiti fl-Artikolu 25(1) ta' dan il-Protokoll."

6. L-Artikolu 24(2): il-kelma "Norveġja" sejra titneħħa minn (iii) u il-kliem "ħames pajjiżi" f'(v) sejra tiġI mibdula mill-kliem "sitt pajjiżi".

7. L-Artikolu 25(1) kif l-aħħar emendat permezz ta' Deżiċjoni Nru 9/73 tal-Kumitat Konġunt: il-kliem "ħames pajjiżi" sejrin jiġu mibdula mill-kliem "sitt pajjiżi" f'(a) u (b)(2).

8. L-Artikolu 26: il-kelma "Norveġja" sejra tiġi inserita bejn il-kliem "Islanda" u "Portugall".

9. L-Artikolu 27(1) u (2):: il-kliem "ħames pajjiżi" sejrin jiġu mibdula mill-kliem "sitt pajjiżi".

10. L-Anness I: il-kelma "Norveġja" sejra tiġi mneħħija min-Noti Spjegattivi 10 u 13.

Artikolu 5

Protokoll Nru 4: il-frażi segwenti ser tiġI mneħħija: "imfassla u adottata mill-konferenza bejn il-Komunitajiet Ewropej u r-Renju tad-Danimarka, l-Irlanda, ir-Renju tan-Norveġja u R-Renju Unit tal-Gran Bretanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq."

Artikolu 6

Is-segwenti ser jiġi imneħħi mill-Att Finali:

- "Utferdiget i Brussel, tjueandre juli nitten hundre og syttito",

- "For Rådet for De Europeiske Fellesskap".

Artikolu 7

Dan il-Protokoll Supplementari huwa redatt in duplikat fil-lingwi Daniża, Olandiża, Ingliża, Franċiża, Ġermaniża u Taljana, u kull test huwa ugwalment awtentiku.

--------------------------------------------------