21971D1110(04)



Official Journal L 249 , 10/11/1971 P. 0048 - 0051


Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Nru N.1/71

li tirrelata ma' l-iffissar tal-metodi ta' koperazzjoni amministrattiva fis-settur doganali għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni KEE-Iżrael

IL-KUMMISSJONI,

Wara li kkonsidrat il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istat ta' l-Iżrael, iffirmat fil-Lussemburgu fid-29 ta' Ġunju 1970, b'mod partikolari t-Titolu I,

Wara li kkonsidrat il-protokoll relattiv għat-tifsira tal-kunċett ta' prodotti li joriġinaw u għall-metodi ta' koperazzjoni amministrattiva, b'mod partikolari l-Artikolu 16, paragrafu 2,

Wara li kkonsidrat il-ħtieġa, għall-iffunzjonar kif imiss tal-Ftehim, għall-organizzazzjoni ta' koperazzjoni amministrattiva rigoruża bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim biex tiġi assigurata l-applikazzjoni korretta u reċiproka tad-dispożizzjonijiet doganali li jinsabu fih u b'mod partikolari dawk tal-Protokoll relattiv għat-tifsira tal-kunċett ta' prodotti li joriġinaw u għall-metodi ta' ko-operazzjoni amministrattiva,

TIRRAKKOMANDA LILL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA U LILL-ISTAT TA' L-IŻRAEL LI JADOTTAW,

għal dak li jikkonċerna, il-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

A. REGOLI GĦAR-RILAXX TAĊ-ĊERTIFIKATI TAĊ-ĊIRKOLAZZJONI A.IL.1

I. Għall-esportazzjoni

1. Taħt ir-responsabbiltà ta' l-esportatur, hija r-responsabbiltà ta' dan jew tar-rappresentant awtorizzat tiegħu li jiffirma d-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni, jitlob għal ċertifikat ta' ċirkolazzjoni.

It-talba għandha ssir fuq il-formola A.IL.1 debitament mimlija, u tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tat-Titolu II tal-Protokoll relattiv fir-rigward tat-tifsira tal-kunċett ta' prodotti li joriġinaw u għall-metodi tal-koperazzjoni amministrattiva, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "il-Protokoll", u għar-regoli maħsuba fuq wara ta' l-ewwel paġna tal-formola stess.

2. L-esportatur jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu fuq talba jibgħat id-dokumenti biex jagħti prova li l-merkanzija li tkun ser tiġi esportata tista' tiġi rilaxxata.

II. Għad-dwana

1. Hija r-responsabbiltà tad-dwana tal-pajjiż esportatur li taċċerta li l-formola A.IL.1 tkun debitament mimlija. Din għandha tivverifika b'mod partikolari li l-parti riżervata għad-deskrizzjoni tal-merkanzija tintgħamel b'dak il-mod li tagħmilha impossibbili li jiżdiedu xi daħliet b'mod li jqarraq. Għal dan il-għan, il-merkanzija għandha tiddaħħal mingħajr spazji bejn il-linji. Fejn xi parti minnha ma timteliex għal kollox, għandha titħażżeż linja orizzontali taħt l-aħħar linja mimlija u l-parti vojta titħassar pemezz ta' diversi singijiet.

2. Iċ-ċertifikat ta' ċirkolazzjoni A.IL.1 jikkostitwixxi d-dokument li jiġġustifika l-applikazzjoni tar-reġim tat-tariffa u l-kwota preferenzali prevista fil-Ftehim, li dwarha hija r-reponsabbiltà ta' l-uffiċċju doganali tal-pajjiż ta' esportazzjoni li jivverifika bir-reqqa l-oriġini tal-merkanzija u jikkontrolla d-dikjarazzjonijiet l-oħrajn ta' l-imsemmi ċertifikat.

III. Esportazzjoni minn Stat Membru tal-Komunità Ekonomika Ewropea

1. It-timbru fuq iċ-ċertifikat ta' ċirkolazzjoni A.IL.1 jingħata mill-awtorità doganali ta' Stat Membru tal-Komunità Ekonomika Ewropea fejn il-merkanzija esportata tkun tista' titqies bħala "prodott li joriġina" fil-Komunità fis-sens tal-Protokoll.

2. Għall-iskop tal-verifikazzjoni dwar jekk il-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq ikunux ġew imħarsa, id-dwana jkollha d-dritt li titlob id-dokumenti li jiġġustifikaw jew li tagħmel kull kontroll li hija tqis meħtieġ.

3. Id-dwana ta' l-Istat Membru għandha tirrifjuta li tagħti t-timbru fuq ċertifikat ta' ċirkolazzjoni A.IL.1 meta, mid-dokumenti ta' esportazzjoni esibiti, jirriżulta li l-merkanzija li għaliha jkun jirreferi ma tkunx destinata għall-Istat ta' l-Iżrael.

IV. Esportazzjoni mill-Istat ta' l-Iżrael

1. It-timbru fuq iċ-ċertifikat ta' ċirkolazzjoni A.IL.1 jingħata mill-awtorità doganali ta' l-Istat ta' l-Iżrael fejn il-merkanzija esportata tkun tista' titqies bħala "prodott li joriġina" mill-Istat ta' l-Iżrael fis- sens tal-Protokoll.

2. Għall-iskop tal-verifikazzjoni dwar jekk il-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq ikunux ġew imħarsa, id-dwana jkollha d-dritt li titlob id-dokumenti li jiġġustifikaw jew li tagħmel kull kontroll li hija tqis meħtieġ.

3. Id-dwana Iżraeljana għandha tirrifjuta li tagħti t-timbru fuq iċ-ċertifikat ta' ċirkolazzjoni A.IL.1 fejn, mid-dokumenti ta' esportazzjoni esibiti, jirriżulta li l-merkanzija li għaliha jkun jirreferi ma tkunx destinata għall-Komunità.

V. Indikazzjoni tal-mudell tad-dokument ta' esportazzjoni li għandu jintuża

Fil-parti taċ-ċertifikati riżervata għad-dwana, għandha ssir referenza għad-data u għall-mudell, jew għan-numru ordinali tad-dokument ta' l-esportazzjoni li fuq il-bażi tiegħu id-dikjarazzjoni ta' esportazzjoni ċertifikata tkun tikkonforma.

VI. Tqegħid tat-timbru ta' l-uffiċċju doganali

It-timbru ta' l-uffiċċju doganali għandu jitqiegħed permezz ta' timbru, preferibbilment ta' l-azzar.

L-Istati membri u l-Istat ta' l-Iżrael għandhom jikkomunikaw lil xulxin, permezz tal-Kummissjoni tal-Komunità Ewropea, kopja ta' l-istampa tat-timbri differenti wżati mill-uffiċċji doganali.

VII. Sostituzzjoni taċ-ċertifikati ta' ċirkolazzjoni A.IL.1 b'ċertifikati ta' l-istess tip

1. Is-sostituzzjoni ta' ċertifikat ta' ċirkolazzjoni wieħed jew aktar A.IL.1 b'ċertifikat wieħed jew aktar A.IL.1 hija dejjem possibbli, kemm-il darba ssir mill-uffiċċju doganali fejn tkun tinsab il-merkanzija.

2. Fejn, iċ-ċertifikat il-ġdid ta' ċirkolazzjoni A.IL.1 ikun jirreferi għal prodotti oriġinarjament importati minn Stat Membru jew mill-Istat ta' l-Iżrael u ri-esportati kif ikunu, dan għandu jkun obbligat li juri l-pajjiż li fih ikun ġie rilaxxat iċ-ċertifikat ta' ċirkolazzjoni oriġinali.

VIII. Rilaxx sussegwenti ta' ċertifikat ta' ċirkolazzjoni

1. Fejn, minħabba żbalji jew ommissjonijiet involontarji ma tkun saret ebda talba għal ċertifikat ta' ċirkolazzjoni fiż-żmien ta' l-esportazzjoni tal-merkanzija, iċ-ċertifikat A.IL.1 jista' jiġi rilaxxat wara l-esportazzjoni effettiva tal-merkanzija li għaliha jkun jirreferi.

F'dan il-każ, l-esportatur għandu:

- jagħmel talba bil-miktub waqt li jforni l-indikazzjonijiet li jirriġwardaw it-tip ta' merkanzija, il-kwantità, l-imballaġġ u l-marki distintivi li jkun hemm fuqha, kif ukoll il-lok u d-data ta' meta ntbagħtet,

- jiċċertifika li ma ġie rilaxxat ebda ċertifikat ta' ċirkolazzjoni A.IL.1 fil-mument ta' l-esportazzjoni tal-merkanzija in kwistjoni, u jgħati r-raġunijiet;

- jehmes il-formola taċ-ċertifikat A.IL.1 debitament mimli u ffirmat.

2. Id-dwana tista' tipproċedi għar-rilaxx b'lura ta' ċertifikat ta' ċirkolazzjoni A.IL.1 biss wara li tkun iċċertifikat li l-indikazzjonijiet li jidhru fit-talba ta' l-esportatur ikunu konformi mad-dokumentazzjoni li tikkorrispondi.

Iċ-ċertifikati ta' ċirkolazzjoni A.IL.1 rilaxxati b'lura għandu jkun fihom waħda mill-frażijiet li ġejjin miktuba bil-linka ħamra: "

", "

", "

", "

","

".

3. Madanakollu d-dwana ma tistax tirrilaxxa b'lura ċ-ċertifikat ta' ċirkolazzjoni A.IL.1 jekk il-merkanzija jkollha d-destinazzjoni tagħha it-territorju ta' waħda mill-Partijiet Kontraenti, biss wara l-esportazzjoni effettiva tagħha.

IX. Ħruġ ta' kopji

Fil-każ ta' serq, telf jew distruzzjoni ta' ċertifikat ta' ċirkolazzjoni A.IL.1, l-esportatur jista' jitlob lid-dwana li tkun ħargitlu kopja mħejjija fuq il-bażi tad-dokumenti ta' esportazzjoni fil-pussess ta' din imsemmija l-aħħar. Il-kopja hekk maħruġa għandha ġġorr fuqha waħda mill-frażijiet li ġejjin miktuba bil-linka ħamra: "

", "

", "

", "

", "

".

Il-kopja jkollha effett daqs dak taċ-ċertifikat oriġinali A.IL.1.

B. KONDIZZJONI TA' UTILIZZAZZJONI TAĊ-ĊERTIFIKAT TA' ĊIRKOLAZZJONI A.IL.1

I. Trasport dirett tal-merkanzija

1. Jitqies bħala trasport dirett dak it-trasport ta' merkanzija magħmul mingħajr ma jaqsam territorji li ma jkunux dawk tal-Partijiet Kontraenti.

(a) it-turġien ta' portijiet li jkunu jinsabu f'territorji diversi minn dawk tal-Partijiet Kontraenti;

(b) it-trasbordi f'dawk il-portijiet, meta dawn ikollhom isiru fil-każi ta' forza maġġuri jew meta jiġru xi fenomini tal-baħar;

(ċ) il-qsim ta' territorji diversi minn dawk tal-Partijiet Kontraenti jew it-trasbord f'dawk it-territorji, minħabba li dak il-qsim jew trasbord isir minħabba dritt ta' trasport uniku li jirriżulta fi Stat Membru jew fl-Istat ta' l-Iżrael.

II. L-aċċettazzjoni taċ-ċertifikat ta' ċirkolazzjoni wara li jkunskada ż-żmien għall-presentazzjoni

Iċ-ċertifikati ta' ċirkolazzjoni A.IL.1 presentati fid-dwana jew fil-pajjiż ta' importazzjoni jew wara li jiskadi t-terminu preskritt ta' presentazzjoni msemmi fl-Artikolu 9 tal-Protokoll, jistgħu jiġu aċċettati għall-finijiet ta' l-applikazzjoni tar-reġim preferenzali, kemm-il darba n-nuqqas ta' osservanza tat-terminu ta' żmien imsemmi hawn fuq ikun dovut għal każi ta' forza maġġuri jew ċirkostanzi eċċezzjonali.

Minkejja dak imsemmi hawn fuq, id-dwana tal-pajjiż ta' importazzjoni tista' taċċetta iċ-ċertifikati ta' ċirkolazzjoni fejn il-merkanzija tkun ġiet preżentata qabel ma jiskadi t-terminu.

III. Aċċettazzjoni taċ-ċertifikati ta' ċirkolazzjoni li l-kontenut iddikjarat fih ma jkunx jikkorrispondi mal-merkanzija importata

Differenzi żgħar bejn dak dikjarat fiċ-ċertifikat ta' ċirkolazzjoni A.IL.1 u dak li jidher fid-dokumenti esibiti lill-uffiċċju doganali biex jiġu sodisfatti l-formalitajiet ta' importazzjoni ma jirrendux minnufih l-inapplikabbiltà ta'l-imsemmi ċertifikat jekk jiġi stabbilit li dawn ikunu jikkorrispondu mal-merkanzija preżentata.

Ċ. ŻONI LIBERI

L-Istati Membri u l-Istat ta' l-Iżrael għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jevitaw li merkanzija li tiġi skambjata bis-saħħa ta' ċertifikat ta' ċirkolazzjoni A.IL.1 u li matul it-trasport tieqaf f'żona libera li tkun tinsab fuq it-territorju tagħhom, issofri, matul dik il-waqfa, sostituzzjoni jew trattament li jkun differenti mit-trattament normalment mogħti biex tiġi garantita l-konservazzjoni tagħha fl-istat oriġinali.

D. DISPAĊĊ BIL-POSTA (INKLUŻI PAKKETTI POSTALI)

I. L-utilizzazzjoni tal-formolarju A.IL.A hija riservata għad-dispaċċ bil-posta (inklużi pakketti postali) sa valur massimu ta' 1000 unità tal-kont għal kull dispaċċ.

II. Taħt ir-responsabbiltà ta' l-esportatur, hija l-obbligu tiegħu jew tar-rappreżentant tiegħu li jimla u jiffirma ż-żewġ paġni tal-formolarju A.IL.2

Kemm-il darba l-merkanzija li tkun tinsab fid-dispaċċ kienet diġà is-suġġett ta' kontroll fil-pajjiż ta' l-esportazzjoni, fir-rigward tal-kunċett "prodotti prodotti li joriġinaw", l-esportatur jista' jniżżel fil-parti "kummenti" tal-formolarju A.IL.2 (l-ewwel paġna) referenzi għal dak il-kontroll.

III. L-esportatur għandu jikteb, fuq it-tikketta l-ħadra, mudell C1, jew fuq id-dikjarazzjoni C2 jew C2M, inkella fil-parti riservata għall-"kummenti" tad-dikjarazzjoni fid-dwana CP3 jew CP3M, l-indikazzjoni "A.IL.2" segwita bin-numru tas-serje tal-formolarju A.IL.2 użat. Huwa għandu bl-istess mod jikteb dik l-indikazzjoni u dak in-numru fuq il-fattura relattiva għall-merkanzija li tkun tinsab f'dak id-dispaċċ.

E. DISPAĊĊI ŻGĦAR U BAGOLLI PERSONALI

Huma eżentati mill-presentazzjoni ta' ċertifikat ta' ċirkolazzjoni A.IL.1 jew mill-mili tal-formolarju A.IL.2 merkanzija li tkun tikkonsisti f'oġġetti żgħar mibgħuta f'indirizzi privati jew li jkunu jikkonsistu fil-bagolli personali ta' vjaġġaturi, kemm-il darba dawn ikunu importazzjonijiet li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 15 tal-Protokoll.

F. KONTROLL B'LURA TAĊ-ĊERTIFIKATI TA' ĊIRKOLAZZJONI A.IL.1 U TAL-FORMOLARJU A.IL.2

I. Il-kontroll b'lura taċ-ċertifikati ta' ċirkolazzjoni A.IL.1 jew tal-formolarju A.IL.2 għandu jsir skond kampjun u kull darba li d-dwana tal-pajjiż ta'importazzjoni jkollha dubji fondati fir-rigward ta' l-awtentiċità tad-dokument u dwar l-eżattezza ta' l-informazzjoni dwar l-oriġini effettiv tal-merkanzija in kwistjoni jew ta' xi wħud mill-komponenti tagħha.

II. Għall-fini ta' l-applikazzjoni tal-paragrafu li jiġi qabel dan, id-dwana tal-pajjiż ta' importazzjoni għandha tibgħat iċ-ċertifikat ta' ċirkolazzjoni A.IL.2, lid-dwana tal-pajjiż ta' esportazzjoni, waqt li tindika s-sustanza jew il-forma tar-raġunijiet li jiġġustifikaw l-inkjesta. Din għandha tinkludi l-ewwel paġna tal-formolarju A.IL.2, li jkun ġie presentat lilha, il-fattura jew kopja tagħha, u tibgħat l-informazzjoni kollha li setgħat tiġbor dwar dak li jirrendi skorretti l-indikazzjonijiet li jkunu jinsabu fl-imsemmi ċertifikat jew formolarju.

Jekk tiddeċiedi li tissospendi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim sakemm jaslu r-riżultati tal-kontroll, id-dwana tal-pajjiż ta' importazzjoni, ħlief għall-miżuri konservattivi li jitqiesu meħtieġa, toffri lill-importatur il-possibbiltà li jirtira l-merkanzija.

III. Ir-riżultati tal-kontrolli b'lura għandhom jiġu komunikati kemm jista' jkun malajr lid-dwana tal-pajjiż ta' importazzjoni. Dawn għandhom jippermettu li jiġi aċċertat jekk iċ-ċertifikat jew il-formolarju kontestat ikunx japplika għall-merkanzija realment esportata u jekk dik il-merkanzija tistax effettivament tibbenefika mir-reġim preferenzali.

IV. Kemm-il darba ma jkunx possibbli li tiġi annullata l-kontestazzjoni msemmija hawn fuq bejn id-dwana tal-pajjiż ta' importazzjoni u dik tal-pajjiż ta' esportazzjoni, jew kemm-il darba din toħloq problema ta' interpretazzjoni tal-Protokoll, il-kontestazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni.

V. Għall-fini tal-kontrolli b'lura taċ-ċertifikat ta' ċirkolazzjoni A.IL.1, id-dokumenti ta' esportazzjoni u l-kopji taċ-ċertifikati ta' ċirkolazzjoni li jissostitwuhom għandha jinżammu mid-dwana tal-pajjiż ta'esportazzjoni għal perjodu ta' sentejn.

Magħmul fi Brussell, fl-20 ta' Jannar 1971.

Għall-Kummissjoni

M. Alon

Il President

--------------------------------------------------