7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/401 |
Artikolu 39
Dritt tal-vot u dritt tal-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew
1. Kull ċittadin ta' l-Unjoni għandu d-dritt li jivvota u li joħroġ bħala kandidat fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew fl-Istat Membru fejn jirrisjedi, bl-istess kondizzjonijiet applikabbli għaċ-ċittadini ta' dak l-Istat.
2. Il-membri tal-Parlament Ewropew għandhom jiġu eletti b'vot dirett universali li hu liberu u sigriet.