7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/397 |
Artikolu 19
Il-protezzjoni f'każ ta' tneħħija, tkeċċija jew estradizzjoni
1. It-tkeċċijiet kollettivi huma pprojbiti.
2. Ħadd ma jista' jitneħħa, jitkeċċa jew jkun estradit lejn Stat fejn hemm riskju serju li jkun soġġett għall-piena tal-mewt, għat-tortura jew għal pieni jew trattamenti oħra inumani jew degradanti.