7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/45 |
Artikolu 55
(ex Artikolu 53 TUE)
1. Dan it-Trattat, redatt f'oriġinal wieħed bl-ilsien Ġermaniż, Ingliż, Bulgaru, Kroat, Daniż, Spanjol, Estonjan, Franċiż, Finlandiż, Grieg, Ungeriż, Irlandiż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Żvediż u Ċek, bit-testi ta' kull wieħed minn dawn ugwalment awtentiċi, għandu jiġi depożitat fl-arkivji tal-gvern tar-Repubblika Taljana, li għandu jibgħat kopja awtentikata lil kull wieħed mill-gvernijiet ta' l-Istati firmatarji l-oħra.
2. Dan it-Trattat jista' jiġi tradott ukoll fi kwalunkwe lingwa oħra determinata mill-Istati Membri minn fost dawk li, skond l-ordni kostituzzjonali ta' l-Istati Membri, igawdu minn status ta' lingwa uffiċjali fit-territorju kollu tagħhom jew f'parti minnu. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi kopja awtentikata ta' tali traduzzjoni li għandha titqiegħed fl-arkivji tal-Kunsill.