7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/21 |
Artikolu 12
Il-Parlamenti nazzjonali għandhom jikkontribwixxu attivament għall-funzjonament tajjeb ta' l-Unjoni:
a) |
billi jinżammu informati mill-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni u billi jintbagħtulhom l-abbozzi ta' l-atti leġislattivi ta' l-Unjoni skond il-Protokoll dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea; |
b) |
billi jassiguraw li l-prinċipju tas-sussidjarjetà jiġi rispettat skond il-proċeduri previsti fil-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità; |
c) |
billi jieħdu sehem, fil-qafas ta' spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, fil-mekkaniżmi ta' valutazzjoni ta' l-implimentazzjoni tal-politika ta' l-Unjoni f'dan l-ispazju, skond l-Artikolu 70 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, u billi jinvolvu ruħhom fil-monitoraġġ politiku ta' l-Europol u l-valutazzjoni ta' l-attivitajiet ta' l-Eurojust skond l-Artikoli 88 u 85 tat-Trattat imsemmi; |
d) |
billi jieħdu sehem fil-proċeduri ta' reviżjoni tat-Trattati, skond l-Artikolu 48 ta' dan it-Trattat: |
e) |
billi jiġu informati bl-applikazzjonijiet għall-adeżjoni ma' l-Unjoni, skond l-Artikolu 49 ta' dan it-Trattat; |
f) |
billi jieħdu sehem fil-koperazzjoni interparlamentari bejn il-Parlamenti nazzjonali u mal-Parlament Ewropew, skond il-Protokoll dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea. |