MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 202/319


PROTOKOLL (Nru 34)

DWAR ARRANGAMENTI SPECJALI GHALL-GROENLANDJA

Artikolu 1

1.   It-trattament dwar l-importazzjoni ġewwa l-Unjoni ta' prodotti suġġetti għall-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-prodotti tas-sajd, li joriġinaw fil-Groenlandja, għandu, waqt li jikkonforma mal-mekkaniżmi ta' l-organizzazzjoni tas-suq komuni, jinvolvi l-eżenzjoni mid-dazji tad-dwana u l-piżijiet b'effett ekwivalenti, jekk il-possibbiltajiet ta' l-aċċess għaż-żoni tas-sajd tal-Groenlandja mogħtija lill-Unjoni skond il-ftehim bejn l-Unjoni u l-awtorità responsabbli għall-Groenlandja huma sodisfaċenti għall-Unjoni.

2.   Il-miżuri kollha li għandhom x'jaqsmu ma' l-arranġamenti ta' l-importazzjoni għal dawn il-prodotti, inklużi dawk li għandhom x'jaqsmu ma' l-adozzjoni ta' dawn il-miżuri, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.