7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/354 |
50. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 10 tal-Protokoll dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji
Il-Konferenza tistieden lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, fil-qafas tas-setgħat rispettivi tagħhom, sabiex jagħmlu ħilithom sabiex jadottaw, fil-każijiet xierqa u fejn ikun possibbli fi żmien ħames snin kif imsemmi fl-Artikolu 10(3) tal-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, l-atti leġislattivi li jemendaw jew jissostitwixxu l-atti msemmija fl-Artikolu 10(1) tal-Protokoll imsemmi.