7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 202/352


47.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 5(3), (4) u (5) tal-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tinnota li l-kondizzjonijiet li għandhom ikunu determinati fid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 5(3), (4) jew (5) tal-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea jistgħu jiddeterminaw li l-Istat Membru konċernat għandu jkun responsabbli għal konsegwenzi finanzjarji diretti, jekk ikun hemm, li jirriżultaw neċessarjament u inevitabbilment mill-waqfien tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-acquis kollu jew parti minnu msemmi fi kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-Kunsill skond l-Artikolu 4 tal-Protokoll imsemmi.