7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 202/351


43.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 355(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Partijiet Kontraenti Għolja jaqblu li l-Kunsill Ewropew, fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 355(6) ser jieħu deċiżjoni li twassal għall-modifika ta' l-istatus ta' Mayotte fir-rigward ta' l-Unjoni, sabiex dan it-territorju jiġi kkunsidrat bħala reġjun l' aktar 'il bogħod fis-sens ta' Artikolu 355(1) u l-Artikolu 349 meta l-awtoritajiet Franċiżi jinnotifikaw lill-Kunsill Ewropew u lill-Kummissjoni li l-evoluzzjoni kurrenti fl-istatus intern tal-gżira tippermetti dan.