7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 202/348


31.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 156 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tikkonferma li l-politika deskritta fl-Artikolu 156 essenzjalment taqa' taħt il-kompetenza ta' l-Istati Membri. Il-miżuri ta' inkoraġġiment u ta' koordinazzjoni li għandhom jittieħdu fil-livell ta' l-Unjoni skond id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu ta' natura komplementari. Dawn iservu sabiex isaħħu l-koperazzjoni bejn Stati Membri u mhux sabiex jarmonizzaw sistemi nazzjonali. Il-garanziji u l-prattiċi eżistenti f'kull Stat Membru fir-rigward tar-responsabbiltà ta' l-imsieħba soċjali ma jiġux milquta.

Din id-Dikjarazzjoni hija mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-Trattati li jagħtu kompetenzi lill-Unjoni, inkluż fil-qasam soċjali.