7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 202/347


28.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 98 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tinnota li d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 98 għandhom jiġu japplikati skond il-prattika attwali. Il-frażi "il-miżuri (…) meħtieġa sabiex jikkumpensaw għall-iżvantaġġi ekonomiċi kkawżati mid-diviżjoni tal-Ġermanja lill-ekonomija ta' ċerti żoni tar-Repubblika Federali milquta minn dik id-diviżjoni" għandha tiġi interpretata skond il-każistika eżistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea.