7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 202/343


14.   Dikjarazzjoni dwar il-politika estera u ta' sigurtà komuni

Flimkien mar-regoli u l-proċeduri speċifiċi msemmija fl-Artikolu 24(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Konferenza tenfasizza li d-dispożizzjonijiet dwar il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni, inkluż f'relazzjoni mar-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u s-Servizz għall-Azzjoni Esterna mhux ser jaffettwaw il-bażi legali, ir-responsabbiltajiet, u l-kompetenzi eżistenti ta' kull Stat Membru fir-rigward tal-formulazzjoni u t-tmexxija tal-politika estera tiegħu, tas-servizz diplomatiku nazzjonali tiegħu, ir-relazzjonijiet tiegħu ma' pajjiżi terzi u l-parteċipazzjoni tiegħu f'organizzazzjonijiet internazzjonali, inkluż is-sħubija ta' Stat Membru fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

Il-Konferenza tinnota wkoll li d-dispożizzjonijiet dwar il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni ma jagħtux kompetenzi ġodda lill-Kummissjoni sabiex tieħu l-inizjattiva f'deċiżjonijiet u lanqas ma jkabbru r-rwol tal-Parlament Ewropew.

Il-Konferenza tfakkar ukoll li d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-politika Ewropea ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni ma jippreġudikawx il-karattru speċifiku tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża ta' l-Istati Membri.