7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/151 |
Artikolu 230
(ex Artikolu 197, it-tieni, it-tielet u r-raba' subparagrafu, TKE)
Il-Kummissjoni tista' tattendi għal-laqgħat kollha u għandha tinstema' fuq talba tagħha.
Il-Kummissjoni għandha twieġeb oralment jew bil-miktub il-mistoqsijiet magħmulha lilha mill-Parlament Ewropew jew mill-membri tiegħu.
Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill għandhom jinstemgħu mill-Parlament Ewropew skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill Ewropew u f'dawk tal-Kunsill.