|
7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/142 |
Artikolu 212
(ex Artikolu 181 A TKE)
1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra tat-Trattati, u b'mod partikolari dawk ta' l-Artikoli 208 sa 211, l-Unjoni għandha twettaq azzjonijiet ta' koperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika, inkluża għajnuna, b'mod partikolari għajnuna finanzjarja, ma' pajjiżi terzi li mhumiex pajjiżi li qed jiżviluppaw. Dawn il-miżuri għandhom ikunu koerenti mal-politika għall-iżvilupp ta' l-Unjoni u għandhom jitwettqu fil-qafas tal-prinċipji u l-objettivi ta' l-azzjoni esterna tagħha. L-azzjonijiet ta' l-Unjoni u dawk ta' l-Istati Membri għandhom jikkomplementaw u jsaħħu lil xulxin.
2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1.
3. Fil-kwadru tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jikkoperaw ma’ pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti. Il-modalitajiet ta’ koperazzjoni ta' l-Unjoni jistgħu jkunu l-oġġett ta’ ftehim bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi involuti.
L-ewwel subparagrafu ma jippregudikax il-kompetenza ta’ l-Istati Membri li jinnegozjaw f’sedi internazzjonali u li jikkonkludu ftehim internazzjonali.