|
7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/139 |
Artikolu 203
(ex Artikolu 187 TKE)
Il-Kunsill, b' mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu, abbażi ta' l-esperjenza akkwistata taħt l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji ma' l-Unjoni u tal-prinċipji stabbiliti fit-Trattati, jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar ir-regoli dettaljati u l-proċedura għall-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji ma' l-Unjoni. Meta d-dispożizzjonijiet imsemmija jiġu adottati mill-Kunsill skond il-proċedura leġislattiva speċjali, dan għandu jiddeċiedi b'unanimità fuq proposta tal-Kummissjoni u wara l-konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.