7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/128 |
Artikolu 178
(ex Artikolu 162 TKE)
Ir-Regolamenti ta' implimentazzjoni li għandhom x’jaqsmu mal-Fond Ewropew ta’ Żvilupp Reġjonali għandhom isiru mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja wara li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
Għal dak li għandu x’jaqsam mal-Fond Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji fl-Agrikoltura, Sezzjoni tal-Gwida, u mal-Fond Soċjali Ewropew, l-Artikolu 43 u 164 rispettivament għandhom jibqgħu japplikaw.