7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/116 |
Artikolu 155
(ex Artikolu 139 TKE)
1. Jekk min imexxi u l-ħaddiema hekk jixtiequ, id-djalogu bejniethom fil-livell ta' l-Unjoni jista' jwassal għal relazzjonijiet kontrattwali, inkluż ftehim.
2. Il-Ftehim konklużi fil-livell ta' l-Unjoni għandhom jkunu implementati skond il-proċeduri u prattiċi speċifiċi għal min imexxi u l-ħaddiema u l-Istati Membri, jew, f’materji li huma koperti mill-Artikolu 153, fuq talba konġunta mill-partijiet firmatarji, b’deċiżjoni tal-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi informat.
Il-Kunsill għandu jaġixxi b'mod unanimu meta l-ftehim in kwistjoni jkun fih dispożizzjoni waħda jew aktar konnessi ma’ wieħed mill-oqsma li għalihom hija meħtieġa l-unanimità skond l-Artikolu 153(2).