7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/93 |
Artikolu 112
(ex Artikolu 92 TKE)
Rigward il-ħlasijiet ħlief ħlasijiet fuq it-turnover, dazji tas-sisa u miżuri oħra ta’ tassazjoni indiretta, eżenzjonijiet u rifużjonijiet dwar esportazzjonijiet għal Stati Membri oħra ma jistgħux jingħataw, u taxxi li jikkumpensaw fuq importazzjonijiet minn Stati Membri oħra ma jistgħux jiġu imposti, ħlief safejn il-miżuri kontemplati jkunu ġew approvati minn qabel għal perjodu limitat mill-Kunsill fuq proposta tal-Kummissjoni.