|
7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/64 |
Artikolu 42
(ex Artikolu 36 TKE)
Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu li jirriferi għar-regoli tal-kompetizzjoni għandhom japplikaw għall-produzzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli biss safejn jista’ jiġi deċiż mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-qafas tad-dispożizzjonijiet u skond il-proċedura li hemm fl-Artikolu 43(2), u meħud kont xieraq ta' l-objettivi imsemmija fl-Artikolu 39.
Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, jista’ jawtorizza l-għoti ta’ għajnuna:
|
a) |
biex jipproteġi impriżi żvantaġġati minħabba kondizzjonijiet strutturali jew naturali, |
|
b) |
fil-qafas ta' programmi ta’ żvilupp ekonomiku. |