|
7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/52 |
Artikolu 5
1. L-Istati Membri għandhom jikkoordinaw il-politika ekonomika tagħhom fi ħdan l-Unjoni. Għal dan il-għan, il-Kunsill għandu jadotta miżuri, b'mod partikolari linji gwida ġenerali għal din il-politika.
Dispożizzjonijiet speċifiċi għandhom japplikaw għal dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
2. L-Unjoni għandha tieħu miżuri sabiex tassigura l-koordinazzjoni tal-politika dwar l-impjieg ta' l-Istati Membri, partikolarment billi tiddefinixxi linji gwida għal din il-politika.
3. L-Unjoni tista' tieħu inizjattivi sabiex tassigura l-koordinazzjoni tal-politika soċjali ta' l-Istati Membri.