7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/51 |
Artikolu 4
1. L-Unjoni għandha kompetenza kondiviża ma' l-Istati Membri fejn it-Trattati jtuha kompetenza li ma tirrigwardax l-oqsma previsti fl-Artikoli 3 u 6.
2. Il-kompetenza kondiviża bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tapplika għall-oqsma prinċipali li ġejjin:
a) |
is-suq intern; |
b) |
il-politika soċjali, għall-aspetti definiti f'dan it-Trattat; |
ċ) |
il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; |
d) |
l-agrikoltura u s-sajd, eskluża l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar; |
e) |
l-ambjent; |
f) |
il-protezzjoni tal-konsumatur; |
g) |
it-trasport; |
h) |
in-netwerks trans-Ewropej; |
i) |
l-enerġija; |
j) |
l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja; |
k) |
l-interessi komuni ta' sigurtà f'materji ta' saħħa pubblika, għall-aspetti definiti f'dan it-Trattat. |
3. Fl-oqsma tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-ispazju, l-Unjoni għandha l-kompetenza sabiex tieħu azzjonijiet, b'mod partikolari sabiex tiddefinixxi u timplimenta programmi mingħajr ma' l-eżerċizzju ta' din il-kompetenza ma jkun jista' jimpedixxi lill-Istati Membri milli jeżerċitaw tagħhom.
4. Fl-oqsma tal-koperazzjoni għall-iżvilupp u ta' l-għajnuna umanitarja, l-Unjoni għandha l-kompetenza sabiex tieħu azzjonijiet u tmexxi politika komuni mingħajr ma l-eżerċizzju ta' dik il-kompetenza jkun jista' jimpedixxi lill-Istati Membri milli jeżerċitaw tagħhom.