|
|
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/320 |
PROTOKOLL (Nru 35)
DWAR L-ARTIKOLU 40.3.3 TAL-KOSTITUZZJONI TA' L-IRLANDA
IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,
QABLU dwar id-dispożizzjoni li ġejja, li tkun annessa mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea ta' l-Enerġija Atomika:
Xejn fit-Trattati, fit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, jew fit-Trattati jew Atti li jimmodifikaw jew jissupplimentaw dawk it-Trattati, ma għandu jeffettwa l-applikazzjoni fl-Irlanda ta' l-Artikolu 40.3.3. tal-Kostituzzjoni ta’ L-Irlanda.