MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 202/318


PROTOKOLL (Nru 33)

DWAR L-ARTIKOLU 157 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI EWROPEA

Il-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

Għall-fini ta' l-Artikolu 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, il-benefiċċji pagabbli taħt skemi ta' sigurtà soċjali in konnessjoni ma' l-impjieg, ma jiġux ikkunsidrati bħala rimunerazzjoni jekk u sakemm jistgħu jiġu attribwiti għal perijodi ta' impjieg li ġew qabel is-17 ta' Mejju 1990, ħlief fil-każ ta' ħaddiema jew ta' dawk l-aventi kawża, u li qabel dik id-data jkunu bdew proċeduri legali jew introduċew talba ekwivalenti taħt il-liġi nazzjonali li tkun tapplika.