MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 202/311


PROTOKOLL (Nru 29)

DWAR IS-SISTEMA TAX-XANDIR PUBBLIKU FL-ISTATI MEMBRI

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

WAQT LI JIKKUNSIDRAW li s-sistema ta’ xandir pubbliku fl-Istati Membri hija direttament relatata mal-ħtiġijiet demokratiċi, soċjali u kulturali ta’ kull soċjetà u mal-ħtieġa li jkun imħares il-pluraliżmu tal-media,

FTIEHMU DWAR id-dispożizzjonijiet ta' interpretazzjoni li ġejjin, li għandhom ikunu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

Id-dispożizzjonijiet tat-Trattati għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kompetenza ta' l-Istati Membri li jipprovdu għall-finanzjament ta’ servizz pubbliku ta’ xandir sa fejn dan il-finanzjament ikun mogħti lill-organizzazzjonijiet tax-xandir għat-twettiq tal-missjoni ta' servizz pubbliku kif mogħtija, definita u organizzata minn kull Stat Membru, u sakemm dan il-finanzjament ma jaffettwax il-kondizzjonijiet ta’ kummerċ u l-kompetizzjoni fl-Unjoni sal-punt li jkun kuntrarju għall-interess komuni, waqt li jibqa' jittieħed kont tat-twettiq tal-missjoni ta' dak is-servizz pubbliku.