|
|
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/289 |
PROTOKOLL (Nru 18)
DWAR FRANZA
IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,
BIX-XEWQA li jieħdu in kunsiderazzjoni punt partikulari li għandu x'jaqsam ma' Franza,
QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea;
Franza tibqa' żżomm il-privileġġ ta' emissjoni ta' munita fil-Kaledonja Ġdida, fil-Polineżja Franċiża u għal Wallis u Futuna taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti mil-liġijiet nazzjonali tagħha, u tkun intitolata waħedha li tiddetermina l-parità tal-franc taċ-CPF.