7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/49


Artikolu 197

Għall-iskopijiet ta' dan it-Trattat:

1.

Il-frażi “materjali speċjali fissili” għandha tfisser plutonju 239, uranju 233, uranju imsaħħaħ bl- Iżotopi 235 jew 233, u kull materjal li jkun fih wieħed jew aktar minn dawn imsemmija, u xi materjali bħal dawn oħra fissili hekk kif ikunu definit mill-Kunsill li b'vot ta' maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni; imma l-frażi “materjali speċjail fissili” m'għandiex tinkludi materja prima;

2.

Il-frażi “uranjum imsaħħaħ bl-iżotop 235 jew 233” għandha tfisser uranju li jkun fih l-iżotopji 235 jew 233 jew it-tnejn f'ammont tali li r-relattività bejn is-somma ta' dawn l-iżotopi għal dik ta' l-iżotupu 238 tkun akbar mir-relatività bejn l-iżotopu 235 u l-iżotopu 238 kif tinstab fin-natura;

3.

Il-frażi “materja prima” għandha tfisser unranju li jkun fih taħlita ta' l-iżotopi kif jinstabu fin-natura, uranju imnaqqas bl-iżotopu 235; xi forom mettaliċi ta' dawn imsemmija, liega, komponenti kimiċi, jew konċentrat; xi materjal ieħor li jkun fih wieħed jew aktar minn dawn imsemmija f'konċentrazzjoni tali hekk kif għandha tkun definita mill-Kunsill, b'maġġoranza kkwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni;

4.

Il-kelma “minerali” għandha tfisser kull minerali li jkun fihom medja tali ta' konċentrazzjoni hekk kif għandha tkun definita mill-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, ta' sustanzi li minnhom il-materja prima definita hawn fuq għandha tkunu estratta bi trattament kimiku jew fiżiku approprjat.