7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/48


Artikolu 196

Għall-iskopijiet ta' dan it-Trattat u ħlief fejn hemm previst mod ieħor,

(a)

il-kelma “persuna” għandha tfisser kull persuna fiżika li tkun tiżvolġi parti jew kollha kemm hi l-attività tagħha fejn għandu x'jaqsam qasam definit f'kapitolu approprjat ta' dan it-Trattat, fit-territorji ta' Stati Membri;

(b)

il-kelma “intrapriża” għandha tfisser kull intrapriża jew istituzzjoni li tkun tiżvolġi parti jew kollha kemm hi l-attività tagħha taħt l-istess kondizzjonijiet, independentament minn x' ikun l-istatus tagħħa kemm pubbliku jew privat.