7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/48


Artikolu 195

L-istituzzjonijiet tal-Komunità, kif ukoll ta' l-Aġenzija u ta' l-Intrapriżi Konġunti għandhom, fl-applikazzjoni ta' dan it-Trattat, jikkonformaw rwieħhom mal-kondizzjonijiet, f'dak li għandu x'jaqsam ma' aċċess għal minerali, materji primi u materjali speċjali fissibili, imposti bir-regolamenti nazzjonali maħruġa għal raġunijiet ta' ordni pubblika jew saħħa pubblika.