7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/41


Artikolu 145

Jekk il-Kummissjoni tikkonsidra li persuna jew intrapriża jkunu kkomettew xi ksur ta' dan it-Trattat li għalih id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 83 ma jkunux applikabbli, din għandha tistieden lill-Istat Membru li jkollu l-ġurisdizzjoni fuq dik il-persuna jew intrapriża li jimponi pieni skond il-leġislazzjoni nazzjonali f'dak li għandu x'jaqsam ma' dan il-ksur.

Jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jikkonformax ma' din l-istedina fit-terminu stabbilit mill-Kummissjoni, din ta' l-aħħar tista' tirreferi l-materja lill-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea bl-iskop li tistabbilixxi li dak il-ksur ikun ġie mwettaq mill-persuna jew mill-intrapriża kkonċernata.