7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 203/38 |
Artikolu 101
Il-Komunità tista', fil-limiti tal-kompetenza tagħha, tidħol f'obbligi billi tikkonkludi ftehim jew konvenzjonijiet ma' pajjiż terz, ma' organizazzjoni internazzjonali jew ma' ċittadin ta' pajjiż terz.
Ftehim u konvenzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu innegozjati mill-Kummissjoni skond direttivi maħruġa mill-Kunsill u għandhom ikunu konklużi mill-Kummissjoni bl-approvazjoni tal-Kunsill, li jaġixxi permezz ta' vot ta' maġġoranza kkwalifikata.
B'dana kollu, ftehim jew konvenzjonijiet li ma jeħtieġux l-azzjoni tal-Kunsill biex jitwettqu u li jistgħu jiġu esegwiti fil-limiti ta' l-estimi approprijati, għandhom ikunu nnegozjati u konklużi mill-Kummissjoni, basta li hi żżomm lill Kunsill infurmat b'dan.