7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 203/35 |
Artikolu 87
Stati Membri, persuni jew intrapriżi ikollhom drittijiet l-aktar wiesgħa għall-użu u għall-konsum ta' materjali speċjali fissibili li jkunu fil-pussess tagħhom kif xieraq, suġġetti għall-obbligazzjoniji tagħhom li jirriżultaw mid-disposizzjonijiet ta' dan it-Trattat, partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontroll ta' sigurtà, id-dritt ta' opzjoni mogħti mill-Aġenzija u l-protezzjoni tas-saħħa.