7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 203/34 |
Artikolu 84
L-ebda diskriminazzjoni, fit-twettieq tal-kontroll, m'għandha ssir fuq il-bażi ta' l-iskop li għalih minerali, materji primi u materjali speċjali fissibili jkunu intiżi.
Il-qasam ta' l-azzjoni, il-manjera ta' kontroll u l-poteri tal-korpi responsabbli għall-kontroll għandhom ikunu limitati għall-ħtiġijiet neċessarji biex jintlaħħqu l-iskopijiet stabbiliti f'dan il-Kapitolu.
Il-Kontroll ma jistax ikun estiż għall-materjali ntiżi għall-iskopijiet ta' difiża li jkunu qiegħdin jiġu speċjalment ipproċessati għal dawk l-iskopijiet jew li, wara li jkunu pproċessati, ikunu, skond pjan operazzjonali, installati jew maħżuna fi stabbiliment militari.