7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/30


Artikolu 72

L-Aġenzija tista', mill-kwantitajiet disponibbli ġewwa jew barra mill-Komunità, tibni ħażniet kummerċjali meħtieġa li jiffaċilitaw il-fornimenti tal-Komunità jew il-forniment kurrenti.

Il-Kummissjoni tista', fejn neċessarju, tiddeċiedi li tibni ħażniet ta' riserva. Il-kondizzjonijiet ta' finanzjament ta' ħażniet bħal dawn jeħtieġu l-approvazjoni tal-Kunsill, li jaġixxi permezz ta' vot b'maġġoranza kkwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni.