7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/26


Artikolu 58

Meta produttur iwettaq diversi stadji ta' produzzjoni mill-estrazzjoni tal-mineral sa, u inkluża, l-produzzjoni tal-metall, hu għandu joffri l-prodott tiegħu lill-Aġenzija fi stadju kwalunkwe tal-produzzjoni kif magħżul minnu.

L-istess disposizzjoni għandha tapplika għall-intrapriżi li jkollhom rabta ma' xulxin, basta li rabta bħal din tkun ġiet innotifikata kif xieraq lill-Kummissjoni u diskussa magħha skond il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 43 u 44.