7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/22


Artikolu 47

Meta l-materja tkun ġiet riferita lilu mill-Kummissjoni, il-Kunsill jista' jitlob lill-Kummissjoni li tissuplixxi informazzjoni addizzjonali jew li twettaq inkjesti addizzjonali skond ma' l-Kunsill iħoss li jkunu meħtieġa.

Jekk il-Kunsill, li jaġixxi b'vot ta' maġġoranza kkwalifikata, jikkonsidra proġett li jkun trasmess mill-Kummissjoni b'opinjoni sfavorevoli, għandu b'dana kollu jitwettaq, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill il-proposti u r-rapport dettaljat li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 46.

Fil-każ ta' opinjoni favorevoli mill-Kummissjoni jew fil-każ li hemm referenza għalih fil-paragrafu preċedenti, il-Kunsill għandu jaġixxi permezz ta' vot b'maġġoranza kkwalifikata fuq kull waħda mill-proposti tal-Kummissjoni.

B'dana kollu, il-Kunsill għandu jaġixxi b'vot unanimu f'dak li għandi x'jaqsam ma':

(a)

parteċipazzjoni mill-Komunità fil-finanzjament ta' l-Intrapriża Konġunta;

(b)

parteċipazzjoni minn pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew xi ċittadin ta' pajjiż terz, fil-finanzjament jew l-amministrazjoni ta' l-Intrapriża Konġunta.