7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 203/21 |
Artikolu 42
Il-proġetti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 41 għandhom ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni u, għall-iskopijiet ta' l-informazzjoni, lill-Istat Membru kkonċernat, mhux aktar tard minn tlett xhur qabel il-konklużjoni ta' l-ewwel kuntratti mal-fornituri jew, jekk ix-xogħol ikun ser jitwettaq mill-intrapriża nnifisha bil-mezzi tagħha, minn tlett xhur qabel jibda dak ix-xogħol.
Il-Kunsill li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jvarja dan it-terminu ta' żmien.