|
7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 203/21 |
Artikolu 40
Sabiex tistimula l-inizjattiva ta' persuni u impriżi u biex tiffaċilita l-iżvilupp koordinat ta' l-investiment minnhom fil-qasam nukleari, il-Kummissjoni għandha perjodikament tippubblika programmi li jindikaw, b'mod partikolari, il-miri tal-produzzjoni għall-enerġija nukleari u tat-tipi varji ta' investiment meħtieġ biex dawn jintlaħqu.
Il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar programmi bħal dawn qabel il-publikazzjoni tagħhom.