7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 203/20 |
Artikolu 38
Il-Kummissjoni għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri rigward il-livell ta' radjo-attività ta' l-atmosfera, l-ilma jew il-ħamrija.
Fil-każ ta' urġenza, il-Kummissjoni għandha toħroġ direttivi li jobbligaw lill-Istat Membru interessat li jieħu f' terminu stabbilit mill-Kummissjoni il-miżuri kollha meħtieġa biex ma jħallix li n-normi bażiċi jiġu maqbuża u biex jassigura l-osservanza tad-disposizzjonijiet applikabbli.
Jekk dan l-Istat ma jikkonformax ruħu mad-direttiva tal-Kummissjoni fit-terminu preskritt, il-Kummissjoni jew xi Stat Membru kkonċernat jistgħu, indipendentement mid-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 258 u 259 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, jirreferi l-materja immedjatament lill-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea.