|
7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 203/18 |
Artikolu 28
Jekk applikazjonijiet għall-patenti jew mudelli rreġistrati ma jkunux għadhom ġew ippublikati, jew patenti jew mudelli rreġistrati kklassifikati għal raġunijiet ta' difiża, jiġu utilizzati kif mhux xieraq jew issir taf bihom parti terza mhux awtorizzata bħala riżultat ta' komunikazzjoni lill-Kummissjoni, il-Komunità għandha tħallas kumpens għall-ħsara li tkun sofriet il-persuna kkonċernata.
Fil-każ ta' persuni bħal dawn li jkollhom id-dritt li jieħdu azzjoni kontra partijiet terzi, il-Komunità għandha, mingħajr preġudizzju għat-talbiet tagħha kontra l-awtur tal-ħsara, tkun surrogata fid-drittijiet ta' dawk il-persuni sal-limiti tal-kumpens għall-ħsara. Id-dritt tal-Komunità nnifisha li tibda azzjoni kontra l-awtur tal-ħsara, skond id-disposizzjonijiet ġenerali eżistenti, m'għandux ikun milqut.