7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/13


Artikolu 20

Il-proprjetarju jista', f' terminu ta' xahar min-notifika msemmija fl-Artikolu 19, jipproponi lill-Kummissjoni u, fejn meħtieġ, lill-parti terza li tkun tapplika għal-liċenza, li jintlaħaq ftehim bl-iskop li l-materja tiġi riferita lill-Kumitat ta' l-Arbitraġġ.

Jekk il-Kummissjoni jew l-imsemmija parti terza jirrifjutaw li jilħqu ftehim, il-Kummissjoni m'għandhiex tobbliga lill-Istat Membru jew lill-aġenziji kompetenti tiegħu li jagħtu l-liċenza jew li jordnaw li din tingħata.

Jekk, meta l-materja titressaq quddiemu permezz ta' kompromess, il-Kumitat ta' l-Arbitraġġ jiddeċiedi li t-talba tal-Kummissjoni tkun konformi mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 17, dan għandu jagħti deċiżjoni motivata li jkun fiha l-għoti ta' liċenza lill-applikant, u jiddetermina l-kondizzjonijiet li għandhom ikunu osservati u l-kumpens li għandu jingħata sa fejn il-partijiet ma jkunux laħqu ftehim dwar dan.