26.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/391


IL-KARTA TAD-DRITTIJIET FUNDAMENTALI TA' L-UNJONI EWROPEA

TITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI LI JIRREGOLAW L-INTERPRETAZZJONI U L-APPLIKAZZJONI TAL-KARTA

Artikolu 53

Il-livell ta' protezzjoni

Xejn f'din il-Karta m'għandu jiġi interpretat bħala li jillimita jew li jolqot b'mod negattiv id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali rikonoxxuti, fl-oqsma ta' applikazzjoni rispettivi tagħhom, mil-liġi ta' l-Unjoni u mil-liġi internazzjonali u mill-konvenzjonijiet internazzjonali li fihom l-Unjoni jew l-Istati Membri kollha huma parti, b'mod partikolari l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, u mill-kostituzzjonijiet ta' l-Istati Membri.